Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru traffic lights fi Triq 28 ta' April, Raħal Ġdid peress li jeżisti periklu? Jekk se jitwaħħlu dawn it-traffic lights, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plan li turi fejn se jitwaħħlu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ser nirreferi s-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant għal konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-traffiku.
Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jikkonsidra li ssir lampa fi Triq il-Karmnu, Raħal Ġdid?
Response (BONNICI, JOSEF)
Triq il-Karmnu, l-Fgura hija triq pjuttost twila u peress li l-Onor. Interpellant ma ndika l-ebda parti speċifika, il-Korporazzjoni Enemalta għamlet stima biex jiżdied id-dawl fl-imsemmija triq. Għaldaqstant din it-talba, flimkien ma' oħrajn, qed tiġi kkunsidrata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li flats tal-gvern fi Triq Ġuże' D'Amato, Raħal Ġdid jinżebgħu fid-dħul intern? Hemm il-ħsieb li jsiru lifts fil-komun?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-talba għat-tibjid tal-entraturi komuni fl-appartamenti tal-Gvern fi Triq Guze' D'Amato, r-Rahal il-Ġdid ġiet inkluża fil-programm tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar. Rigward il-'lifts', għandha tiġi mfassla 'policy' dwar kif u fejn għandhom jiġu stallati 'lifts' kemm f'bini tal-Gvern kif ukoll f'dak privat kif imwiegħed fil-programm elettorali tal-Gvern.
3.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir dar għall-persuni b'diżabilita'? Jekk iva, fejn se ssir u kemm se tkun tesa' persuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
1. Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' ilha żmien twil impenjata biex tindirizza l-bżonn għal servizzi residenzjali għall-persuni b'Diżabilita'. Fis-snin li għaddew, twaqqfu djar żgħar fil-komunita' u dawn swew biex inħolqot esperjenza prattika li minnha għandna x'nitgħallmu.
2. Barra minn dan, jien infurmat li l-Kummissjoni talbet li jsir rapport dettaljat dwar Servizzi Residenzjali għall-Persuni b'Diżabilita'.
(a) Dan ir-rapport huwa fdat f'idejn uffiċjali fi ħdan il-Management Efficiency Unit (MEU), fi ħdan l-Uffiċju tal-Prim Ministru.
(b) Il-Kummissjoni insistiet li dan ir-rapport jrid jagħti stampa ċara tal-bżonnijiet wiesgħa f'dan il-qasam, joffri soluzzjonijiet differenti u flessibbli, u li r-rapport għandu b'mod partikolari jirrifletti l-ħsibijiet u xewqat ta' persuni b'diżabilita' u l-familjari tagħhom.
(c) Il-Kummissjoni talbet li r-rapport ikun lest sa' nofs Diċembru, 1998.
(d) Meta jiġi approvat mill-Kummissjoni dan ir-rapport ser jiġi ppreżentat lill-Ministru responsabbli mill-Politika Soċjali.
2.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx vakanzi fil-korp tal-pulizija? Jekk iva, x'inhuma?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li a bażi tal-'complement' approvat, fil-preżent hemm 94 vakanzi fil-Korp bħala total. Dawn jinsabu fil-gradi ta' Supretendenti, Spetturi, Surġent Maġġur ta' l-Ewwel Klassi, Surġenti Maġġuri, Surġenti u Kuntistabbli.
02.11.98
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pilloli out of stock li kienu nieqsa fl-ispiżeriji taċ-ċentri tas-saħħa mis-7 ta' Settembru 1998 sal-ġurnata tal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-informazzjoni li għandu d-Dipartiment, il-Pilloli li kienu out of stock jew nieqsa fl-ispiżeriji taċ-centri tas-saħħa mis-7 ta' Settembru 1998 sal-gurnata tal-lum huma dawn:
______________________________
Floriana 15/9/98
______________________________
Nifedipene 10mg
Isordil 10mg
Metformin 500mg
_______________________________
Gżira 09/9/98
_______________________________
Sodium Cromoglycate
Salbutamrol
Potassium Chloride
_______________________________
Mosta 28/9/98
_______________________________
Atropine Tabs*
Penicillamine
Hydrocortisone
_______________________________
G żira 29/9/98
_______________________________
Nil
_______________________________
Luqa 29/10/98
_______________________________
Hydrocortisone
_______________________________
P aola Hydrocortisone
Mebevirine
Metronidazole
Senna*
_______________________________
Postal 29/9/98
_______________________________
Atarax
Enalapril 20mg
Tryptizol 25mg
Ketotifen
Metformin
Naproxen*
Senna
Prednisolone
Anaframil
Tegretol
Benztropine
Stelazine
Vitamin B6
Gaviscon
Methylergotamine*
Nicotinamide
_______________________________
Flo riana 17/10/98
_______________________________
Augmentin Tabs
Digoxin PG
Warfarin 1mg
Warfarin 3mg
Ranitidine 150mg
Senna Tabs 7.5mg*
Tamoxifen 10mg
Fucidin Tabs*
Cromoglycate*
_______________________________
Gż ira 29/10/98
_______________________________
Senna 7.5mg
Folic Acid
Hydrocortisone
_______________________________
M osta 09/10/98
_______________________________
Atropine Tabs*
Hydrocortisone
Potassium Chloride
Mebevirine Tabs
Fludocortisone
_______________________________
P ostal 29/10/98
_______________________________
Senna Tabs
______________________________
Floriana 29/10/98
______________________________
Medroxyzine
Captopril
Tryptizol
______________________________
Mosta 29/10/98
______________________________
Atropine Tabs*
Hydrocortisone
Mebevirine Tabs
_____________________________
Skond l-out of stock list maħruġa mill-Medical Stores fit-22 ta' Ottubru, dawk il-pilloli immarkati b'* huma out of stock mill-Medical Stores. L-oħrajn hija kwistjoni li jkunu spiċċcaw mill-ispiżeriji u qed jistennew li dawn jiġu mwassla fl-ispiżeriji.
Il-lista ta' l-ispiżeriji tal-Postal Service għad 29 ta' Settembru hija twila għax dak iż-żmien l-ispiżeriji kienet qed tistenna l-konsenja tagħha ta' kull erba'xhur.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jikkonsidra li ssir lampa ġdida fi Triq Ġdida bejn Triq Dun Karm Sant u Triq l-Assedju l-Kbir faċċata tar-razzett, ġewwa Ħal Tarxien?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba biex issir lampa fil-lokalita msemmija mill-Onorevoli Membru qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani dwar l-estensjoni tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Il-proprjeta', fejn hemm il-ħsieb li jsir playing field, se tibqa' prijorita' tal-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid jew se tittieħed biex issir estensjoni tal-ħabs?
Response (BORG, TONIO)
Il-pjani dwar l-estensjoni tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin jinkludu t-tkomplija tax-xogħol (li diġa' beda) fuq id-Diviżjoni l-ġdida li tkun tesa' 36 ċella, bil-faċilitajiet l-oħrajn kollha, bħal 'common rooms', kċina, 'exercise yards', uffiċċji. eċċ. Hu maħsub li din id-Diviżjoni tintuża minn priġunieri żgħażagħ jew priġunieri li daħlu l-Ħabs għall-ewwel darba. Hekk kif jispiċċa dan ix-xogħol jibda x-xogħol fuq ir-'Remand Division' li ser tkun tesa' 164 ċella, bil-faċilitajiet kollha l-oħra neċessarji biex tkun indipendenti mill-bqija tal-Ħabs u li fiha jitqegħdu dawk il-priġunieri mhux sentenzjati. Il-bini ta' din id-Diviżjoni ser tagħti l-possibilita' li ssir klassifikazzjoni iktar effettiva fil-Ħabs u li tissepara priġunieri mhux sentenzjati minn priġunieri sentenzjati biex tiġi rispettata il-qagħda ġudizzjarja u legali tagħhom. Il-proġett tar-'Remand Division' jinkludi fih il-bini ta' blokk amministrattiv għall-Ħabs.
Dawn huma it-tliet proġetti kbar li baqa' pendenti fil-Ħabs u li xogħol fuqhom qiegħed għaddej b'ritmu tajjeb. 'L quddiem meta jitlesta dan ix-xogħol wieħed għad irid jistudja jekk ikun hemmx bżonn jiġu żviluppati aktar faċilitajiet oħra.
Dwar l-aħħar mistoqsija, ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tar-Raħal il-Ġdid f'laqgħa li kellu mad-diriġenti ta' l-Intern fil-11 ta' Mejju, 1998, ġie nfurmat li hemm il-ħsieb li biċċa art biswit il-Ħabs, fuq in-naħa t'isfel tiegħu, tingħata f'idejn il-Kunsill biex tkun żviluppata f'post rikrejattiv minnu. L-arranġamenti dwar dan mad-Dipartiment ta' l-Artijiet għadhom ma ġewx finalizzati.
02.11.98