Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #980 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — CSA's

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx CSA's nieqsa fi-dipartiment? Jekk iva, kemm hemm?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #1004 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — Triq il-Karmnu

Question

Jista' l-Ministru, fuq risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 717, jagħtini risposta għal Triq il-Karmnu, Paola u mhux Fgura kif tlabt jien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-Onor. Interpellant ma indika l-ebda post partikolari, ser issir stima biex jiżdied id-dawl fl-imsemmija triq.
Leg 9 PQ #1163 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Toroq — Tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk t-toroq u rampa li kienu jeżistu għall-persuni b'diżabilita' fid-daħla tat-triq iċ-Ċimiterju ta' Marija Addolorata, Raħal Ġdid u nqalgħu mal-proġett li sar, humwiex se jergġħu jsiru peress li qiegħed ikun ta' inkonvenjent kbir?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #971 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiteru Maria Addolorata — Oqbra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikanti għall-oqbra taċ-ċimiterju ta' Marija Addolorata, Raħal Ġdid? Jekk bħalissa huwiex isir tħaffir? Il-Gvern għandu oqbra xi jqassam? Jekk hux beħsiebu jkompli jħaffer u meta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 1295 applikant għall-oqbra fiċ-ċimiterju ta` Ġdid u li ma hemmx oqbra x'jitqassmu f'dan iċ-ċimiterju. Nifhem li l-Onorevoli Interpellant li dwar it-tieni u r-raba` talba fid-domanda tiegħu qed jirreferi għal xi estensjoni ta` tkabbir taċ-ċimiterju ta` Santa Marija Addolorata f'Raħal Ġdid. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa mhux qed isir tħaffir għalkemm hi l-intenzjoni ta` dan il-Gvern li espansjoni ta` attwata, wara li jiġu ffinalizzati l-proċeduri neċessarji ma` l-awtoritajiet kompetenti.
Leg 9 PQ #972 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Suldati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiftħu l-applikazzjonijiet għal suldati fil-Forzi Armati ta' Malta, regolari? Jekk iva, kemm huwa n-numru u meta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Għada kif ħarġet sejħa għall-Applikazzjonijiet għall- Kadetti li tagħlaq fl-20 ta' Novembru 1998. Hemm wkoll il-ħsieb li toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet għal suldati fil-Forzi Armati fil-1999. M'hiex il-prattika li jiġu ddikjarati ċ-ċifri tar- reklutaġġ minn qabel li jsir.

Djar — Appartamenti tal-Gvern - Lifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru lifts tal-flats tal-Gvern fi Blocks I,II,III, IV u V Triq Ħal Luqa, Tarxien? Hemm il-ħsieb li daħla komuni tingħata ż-żebgħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Rigward l-istallazzjoni ta' Lifts f'bini tal-Gvern, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta' PQ Nru. 409. Rigward it-talba li d-daħla komuni tinżebagħ, għaddejt il-każ lid-Dipartiment tal-Bini u Tiwsija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa. 16.11.98

Raħal Ġdid — Ċimiterju ta' l-Addolorata - Vit ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fiċ-Ċimiterju Marija Addolorata, Paola, isir vit ta' l-ilma f'Section Q peress li bħalissa ma hemmx?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qatt ma rċeviet applikazzjoni biex jiġi nstallat servizz ta' ilma fil-post imsemmi. Sabiex jingħata dan is-servizz ġdid huwa meħtieġ li ssir l-applikazzjoni lill-Korporazzjoni.

Raħal Ġdid — Vjal Sta. Luċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux lest li jitfa' ħamrija f'għalqa f'St Lucia Avenue - ħdejn it-tyre service, Paola - ta' l-individwu, li ismu qed jintbagħat separatament, li wara li sar il-proġett ta' daħla taċ-ċimiterju tellgħu ċint fl-għalqa u lanqas ħallew ħamrija biżżejjed b'dannu li l-inkwilin ma jistax jaħdem l-għalqa li ilu jagħmel għexieren ta' snin?

Response (ZAMMIT, NINU)

It-talba tal-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkonsidrata.

Anzjani — Servizz ta' CSA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-anzjani li qegħdin jistennew is-servizz ta' CSA? Kemm inqdew mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum? Jista' l-Ministru jipprovdi l-ismijiet ta' dawk li nqdew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' Anzjani li qed jistennew is-servizz tas-CSA huwa 55. Mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum (11/11/98) ingħataw is-servizz 119 persuna. Mhux etika li tingħata lista bl-ismijiet kif mitlub fil-mistoqsija. 16.11.98
Leg 9 PQ #855 Sitting 10 1998-11-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Marsa — Triq is-Sajjied

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 334, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jsir il-proġett ta' water culvert u asfalt ta' Fisherman Street, Marsa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Marsa — Ftuħ ta' triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinfetaħ triq billi jitwaqqa' parti minn bini fi triq San Vinċenz, Marsa (26/27 Triq San Vinċenz)? Jekk le, jista' jibgħat nota lir-residenti biex il-proprjeta' tagħhom tkun tista' tiġi żviluppata? (Kopja ta' requisition order konnessa ma' din il-mistoqsija parlamentari qed tintbagħat separatament)

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li ma' hemm l-ebda' pjan mid-Dipartiment tat-Toroq biex parti mill-bini msemmi mill-Onor. Interpellant jitwaqqa. Id-Dipartiment kien informa lill-Kummissarju ta' l-Artijiet biex issir 'release' ta' din il-propjeta fl- 1991 u għalhekk kwalunkwe' korrespondenza lir-residenti trid toħroġ mid-Dipartiment ta' l-artijiet.

Raħal Ġdid — Triq Għajn Dwieli - Bankini

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jikkonsidra li fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid jinbidlu l-bankini peress li jinsabu fi stat ħażin ħafna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li minħabba l-ħafna xogħol li jrid isir f'dan il-qasam fil-lokalitajiet kollha, ix-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment, sintendi wara li jkun żgurat li s-servizzi jkunu tqiegħdu kollha b'mod permanenti.
Leg 9 PQ #727 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jagħti t-tarmak jew concrete fejn hemm l-oqbra fiċ-Ċimiterju Santa Marija Addolorata, Raħal Ġdid peress li jiġi ffrekwentat minn ħafna anzjani? Hemm il-ħsieb li jitwaħħlu aktar bankijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Tarxien — Triq Sqajjaq

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li Sqajjaq Street, Tarxien tiġi rranġata bit-tarmak peress li hemm persuna b'diżabilita' u qiegħed ikun impossibbli li juża l-wheelchair waħdu? Jekk mhijiex se tiġi rranġata, jista' l-Ministru jikkonsidra li jgħin fil-proġett ta' irranġar ta' sqaqien li bħalissa għaddej bih il-Kunsill Lokali Tarxien u l-fondi huma limitati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li x-xogħol f'dan l-isqaq huwa ta' manutenzjoni u għalhekk ix-xogħol meħtieġ hemm bżonn li jsir mill-Kunsill Lokali. Minħabba l-każ tad-diżabilita' imsemmi mill-Onor Interpellant, id-Dipartiment tat-Toroq se jirreferi l-każ għall-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-Persuni b'Diżabilita'.

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Taraġ għall-persuni b'diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk taraġ u rampa li kienu jeżistu għall-persuni b'diżabilita' fid-daħla mat-triq taċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata f'Raħal Ġdid u nqalgħu mal-proġett li sar humiex se jerġgħu jsiru peress li qiegħed ikun ta' inkonvenjent kbir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat. 10.11.98
Leg 9 PQ #780 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-saħħa — Tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx tobba biżżejjed fil-Health Centres? Jekk iva, għaliex qiegħed ikun hemm queue ta' nies jistennew l-aktar bejn it-8.00 a.m. u l-10.00 a.m.? Jekk le, x'inhu jagħmel il-Ministru biex tiġi solvuta din il-problema?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-preżent in-numru ta' tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa huwa inqas minn dak stabbilit u dan huwa stat li ilu għaddej għal numru kbir ta'xhur. Minn barra li qed isir kull sforz biex jigu ngaġġati tobba iżjed, kemm fuq bażi full-time kif ukoll part-time, id-Dipartiment bħal issa għaddej b'diskussjonijiet mal-Assocjazzjoni Medika u mal-Kullegg tat-Tobba tal-Familja dwar riforma sħiħa fil-qasam tal-Kura Primarja.
Leg 9 PQ #781 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Raħal Ġdid - Trasport lill-istudenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir trasport għall-istudenti li joqogħdu fi Triq Dun Karm Sant, Triq Ħal-Luqa, Triq Bir Għelliem, Triq il-Ġdida, Triq il-Knisja, Triq G. Tanti, Triq G. Faure', Triq il-Palma, Market Place, Triq A Randon, Simmons Avenue, Triq Carmel, Triq Santu Wistin, Triq Xintill, Tarxien għall-iskola sekondarja Ġuże' D'Amato, Raħal Ġdid?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li jeżisti trasport minn Ħal Tarxien lejn l-iskola Ġuże' D'Amato, Raħal Ġdid, għal dawk it-tfal li joqogħdu 'l bogħod mill-iskola minn ħdejn in-naħat ta' Bulebel, Triq il-Palma, Triq Ħal Luqa u minn ħdejn il-Knisja.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sinjura, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, hijiex se terġa' tmur lura f'wieħed mill-postijiet li issa reġgħu telgħu fi Brittanika Street, Tarxien, peress li twaqqagħlha l-post biex jitilgħu flats?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mhix il-policy tad-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali li persuni li jkunu ġew evakwati minħabba proġetti ta' "slum clearance" jerġgħu jiġu allokati fil-post li minnhu jkunu nħarġu. Barra minn hekk, din il-persuna kienet qed tapplika snin qabel biex titlaq mill-post li kienet toqgħod fih peress li kien mhux tajjeb għall-abitazzjoni.

Sigurta' Soċjali — Foster Mothers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li foster mother tieħu benefiċċju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprovdi li fejn tfal ikunu qegħdin jiffurmaw parti minn familja, inkluż dik ta' ġenitur waħdu, ir-rata ta' benefiċċju, għajnuna jew allowance li titħallas tieħu f'kunsiderazzjoni lil dawn it-tfal. Dan, irrispettivament mill-fatt jekk dawn ikunux ulied naturali, addottati, ulied ir-raġel jew il-mara minn żwieġ ieħor, jew barra miż-żwieġ, inkluż tfal orfni jew li jkunu qed jiġu 'fostered'. Il-qagħda ġenerali tal-'Foster Parents' qed tiġi mħarrġa fl-aspett sħiħ tagħħa, biex naraw jekk wasalx iż-żmien li nipprovdu leġislazzjoni 'ad hoc' li tkun aktar adattata għar-realtajiet soċjali li dawn il-familji jiffaċċjaw. F'dan is-sens ikun tajjeb jekk is-suġġett jitressaq għad-diskussjoni quddiem il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali. 9.11.98
Leg 9 PQ #664 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir id-dawl f'Paola Hill, Raħal Ġdid fejn kien sar il-proġett ta' ħdejn ir-roundabout ta' Sare'? Il-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid diġa' ħa ħsieb li jgħaddi l-pipes biex ma jkunx hemm problemi tat-traffiku?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.