Jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li Wied Blandun jerġa' jagħmel mal-konfini ta' Raħal Ġdid?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond l-Artikolu
3 (3) ta` l-Att ta` l-1993 dwar Kunsilli Lokali, tibdil
fil-konfini ta` lokalitajiet isiru biss mill-Kummissjoni
Elettorali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jsir il-proġett ta' water culverts u asfalt ta' Fisherman Street, Marsa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li d-Dipartiment tat-Toroq diġa' kellu xi diskussjonijiet dwar il-bini ta' 'culverts' fil-lokal u hekk kif ikun hemm kollox iffinalizzat il-proġett jitwettaq.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda l-project area ta' Xlejli, fil-Gudja fejn kien se jsir ġnien u banolli? Il-kuntrattur intgħażel? Jekk iva, għaliex il-proġett għadu ma bediex?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Onorevoli Interpellant huwa ġentilment mitlub jirreferi din id-domanda lill-Onorevoli Ministru għall-Politika Soċjali għax dan ix-xogħol mistenni jitwettaq mid-Dipartiment tal-Bini u Manutenzjoni tad-Djar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew asfaltati kilometri ta' toroq minn kemm ilhom imwaqqfa l-kunsilli lokali, lokalita' b'lokalita', u jagħti l-isem ta' kull triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ma jzommx l-informażżjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir id-dawl f'Paola Hill, Raħal Ġdid fejn kien sar il-proġett ta' ħdejn ir-roundabout ta' Sare'? Il-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid diġa' ħa ħsieb li jgħaddi l-pipes biex ma jkunx hemm problemi tat-traffiku?
Response (BONNICI, JOSEF)
Riċentement il-Korporazzjoni Enemalta ħadet ħsieb li jsir xogħol ta' manutenzjoni fl-inħawi msemmija fil-mistoqsija ta' l-Onor.Interpellant. L-Enemalta ma fadlilha l-ebda talba pendenti għal iktar dawl f'dawn l-inħawi.
Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jagħti tarmak jew concrete fejn hemm l-oqbra fiċ-ċimiterju ta' Marija Addolorata, Raħal Ġdid, peress li jiġi ffrekwentat minn ħafna anzjani?
Hemm il-ħsieb li jitwaħħlu aktar bankijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parti l-kbira tal-passaġġi taċ-ċimiterju Santa Marija Addolorata hija asfaltata jew mgħotija l-konkrit. Għad jonqos xi passaġġi li għad iridu jiġu miksija waqt li ħarget "call for tender" għall-asfaltar ta' parti mix-xogħol pendenti.
Waqt li ninfurmaw lill-Onor. Interpellant li saru numru ta' bankijiet għal użu tal-pubbliku fl-istess ċimiterju hemm il-ħsieb li dan in-numru jiżdied.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk bdewx isiru n-negozjati biex il-ħaddiema impressed isiru impjegati mal-Gvern kif ġie mwiegħed fl-aħħar Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista? Jekk iva, fiex waslu? L-FOI hija parti mid-diskussjonijiet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat illi l-proċess biex l-Impressed Drivers
mal-Gvern u mal-Korporazzjonijiet Pubbliċi jsiru mpjegati
permanenti qiegħed fil-fażi ta' ġbir ta' informazzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk saritx xi inkjesta fil-Kunsill Lokali tal-Marsa? Jekk iva, jista' jpoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi ghall-
Interim Audit magħmul mill-Awditur tal-Gvern Lokali.
Dan ir-rapport diġa tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-poplu Marsi jiġi kkumpensat għad-danni li josfri mid-dħaħen taċ-ċmieni tal-power station tal-Marsa, bħalma ħa l-Perit Duminku Mintoff għad-danni li sofra bil-power station ta' Delimara mibnija mill-Gvern Nazzjonalista? Jekk iva, x'tip ta' kumpens ingħata?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpens lill-Perit Mintoff qed isir skond 'letter of intent' maħruġa mill-Gvern preċedenti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex se tinżamm il-wegħda li Triq Angelo Psaila, Triq Carmelo Robinich, Triq Marija Addolorata, Triq tax-Xewk, u Triq Mons. Franġisk Xuereb, kollha f'Raħal Ġdid jingħataw it-tarmak wara li fi żmien il-Ministru Michael Frendo ta' Gvern Nazzjonalista kien ġie mwiegħed dan lili bħala Sindku ta' dak iż-żmien u l-istess kien imwiegħed lili mill-Ministru Charles Buhagiar ta' Gvern Laburista bħala Sindku ta' dak iż-żmien u minħabba l-elezzjoni ġenerali dan reġa' ma sarx?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat lix-xogħol indikat mill-Onor Interpellant ser issir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-Dipartiment.
Sptar San Vincenz de Paule — Anzjani fil-waiting list
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani fil-waiting list għad-dħul f'St Vincent de Paule u fid-djar ta' l-anzjani? Kemm inqdew mill-5 ta' Settembru 1998? Jista' l-Ministru jipprovdi lista?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-'waiting list' għar-Residenza San Vinċenz, f'Ottubru kien hemm 672 persuna, filwaqt għad-Djar ta' l-Anzjani kien hemm 573 persuna.
Mill-5 ta' Settembru sat-28 t'Ottubru fir-Residenza San Vinċenz daħlu 43 persuna filwaqt li fid-Djar ta' l-Anzjani daħlu 6 persuni. Mhux etika li tingħata lista ta' persuni.
17.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk flat, li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament, jistax jinxtara minn min qiegħed jabita fih?
Response (GONZI, LAWRENCE)
S'issa l-Awtorita' tad-Djar ma rċevitx talba għax-xiri ta' dan il-fond.
Għaldaqstant, dan il-kerrej hu mitlub li japplika taħt Skema 'I' biex l-Awtorita' tad-Djar tkun lesta titlob l-awtoriżazzjoni tal-Kummissarju ta' l-Artijiet għall-bejgħ ta' dan il-fond.
17.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk bdewx isiru l-interviews tan-nursing aides li kienu applikaw xi xhur ilu? Jekk iva, lill-kandidati li applikaw intbgħatilhom avviż bil-miktub jew bit-telephone? Jekk iva, ir-riżultat ħareġ? Jekk iva, kemm intgħażlu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 509.