Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2187 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Toroq — Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April, 1999 se jingħataw it-tarmak?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #2188 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fid-Dipartiment tas-Saħħa mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Mil-liema dipartimenti u għal-liema dipartimenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-5 ta' Settembru sat-2 ta' Diċembru 1998 ġew trasferiti 80 impjegat li minnhom 69 ġo Dipartimenti li jaqgħu f'dan il-Ministeru u 11 f'Ministeri oħra. Minn dawn it-80 impjegat 48 talbu li jiġu trasferiti huma stess waqt li l-bilanċ kienu trasferiti skond l-esiġenzi tas-servizz. Minbarra dawn kien hemm 16 impjegat ieħor li talbu u marru fis-Segretarjati ta' Ministri u Segretarji Parlamentari oħra.
Leg 9 PQ #2189 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni maqbuda b'senter bla permess

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu nies b'senter bla permess mill-5 ta' Settembru, 1998?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant għall-perijodu 5 ta` Settembru, 1998, sat-30 ta Novembru, 1998, kien kif ġej:- Settembru 12 Ottubru 1 Novembru 8 07.12.98
Leg 9 PQ #2190 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pilloli out of stock li hemm fl-ispiżeriji taċ-ċentri tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-pilloli `out-of-stock' li hemm fl-ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa llum huma: Compound Antacid tablets Atropine sulphate tablets Mesalazine tablets Flurazepam 15mg tablets Sotalol tablets Senokot tablets Pancreatin hig dose tablets Pancreatin tablets Vitamin A & D tablets Hydrocortisone 20mg tablets Salbutamol 4mg tablets Phenytoin 300mg capsules Calcium lactate tablets Indomethacin capsules Prednisolone 5mg tablets
Leg 9 PQ #2023 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti governattivi — Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iddaħħlux karozzi ġodda tal-kiri mill-elezzjoni tal-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum ta' kumpanniji oħra li ma kenux qabel jagħmlu xogħol f'dipartimenti ta-gvern? Jekk iva, kemm ġew mikrija karozzi u min hija l-kumpannija?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

No response available.
Leg 9 PQ #2107 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — Triq il-Karmnu - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fuq No. 15, Triq il-Karmnu, Raħal Ġdid jsir id-dawl peress li r-residenti ilhom żmien twil jitolbu li dan ix-xogħol isir?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onor. Interpellant ser tkun kunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

Impjiegi — Ħaddiema impressed

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-5 ta' Settembru 'l hawn, il-gvern daħħalx ħaddiema impressed mad-dipartimenti tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment tax-Xogħol ma ġiex infurmat b'kiri ta' vetturi ġodda bis-sistema 'impressed' mil-5 ta' Settembru 1998 sallum. Madankollu kien hemm 3 każijiet fejn id-Dipartiment ġie nfurmat li kien hemm 3 sidien li kienu waqfu temporanjament minħabba f'mard u tħallew ikomplu il-kirja tal-vetturi tagħhom. 4.12.98

Djar — Tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li flat li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament jiġi rranġat l-aktar it-tieqa tal-komun, u jiġi mbajjad u mkaħħal peress li qiegħed jidħol ħafna ilma tax-xita?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ser jinvestiga l-każ imqajjem mill-Onor. Interpellant. 3.12.98

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru W5, jista' l-Ministru jara li s-Sinjura, li isimha qed jintbagħat separatament, hijiex se terġa' tmur fil-post li twaqqgħalha, peress li l-post kien tagħha personali u ma ħaditx kumpens?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi m'hemm l-ebda ħsieb li l-persuna indikata terġa tintbgħat fil-post li nbena flok dak li twaqqa' għax dan kontra l-'policy' tad-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Dwar kumpens, il-persuna għanda tmur id-Dipartiment tal-Artijiet u tingħata l-kumpens skond il-liġi. 3.12.98
Leg 9 PQ #2012 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Residenza San Vincenz de Paule — Manutenzjoni ta' swali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma is-swali li se jiġu rranġati f'San Vincenz de Paule u x'tip ta' xogħol se jsir fihom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-domanda għandha tiġi rreferuta lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #2013 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Residenza San Vincenz de Paule — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-Budget ta' flus maħsub biex jiġi rranġat ir-Residenza ta' San Vincenz de Paule?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-domanda għandha tiġi rreferuta lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #2021 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Messaġiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jiftaħ vakanzi ta' messaġiera mal-gvern jekk iva, meta u kemm?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat illi l-proċess biex jimtlew vakanzi fil-gradi tal-messaġġiera beda u wasal fi stadju avvanżat. In-numru ta' vakanzi li kienu ġew determinati fi żmien l- amministrazzjoni ta' qabel qegħdin jiġu aġġustati skond id- dekasteri l-ġodda.
Leg 9 PQ #2022 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Health Assistant trainee

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiftħu applikazzjonijiet għall-Health Assistance Trainee fid-Dipartiment tas-Saħħa? Jekk iva, meta u kemm?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Skond ftehim li ntlaħaq bejn il-Gvern u l-Unions f'Mejju 1993, il-grad ta' Health Assistant ġie ddikjarat bħala 'dying grade' u ma kellu jsir l-ebda reklutaġġ iżjed ta' Health Assistants. Għalhekk id-Diviżjoni tas-Saħħa mhix ser tibda taħriġ ta' Health Assistant Trainees.
Leg 9 PQ #1608 Sitting 19 1998-12-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kalkara - Skola Lorenzo Gafa'

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġa' jiftaħ mill-ġdid il-cantenn fl-Iskola Lorenzo Gafa', fil-Kalkara?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minħabba n-numru limitat ta' studenti ma rriżultax vijabbli canteen fl-iskola.
Leg 9 PQ #1706 Sitting 19 1998-12-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Raħal Ġdid — Ħajt perikoluż

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet qiegħed jieħu biex ħajt perikoluż maġenb iċ-Ċentru Laburista f'Raħal Ġdid fuq il-ħanut tal-Gala ma jibqax fl-istat li qiegħed minħabba l-periklu li jista' jaqa'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija fl-għassa ta' Raħal Ġdid ma kellha l-ebda rapport dwar il-ħajt perikoluż li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. Madankollu, il-Pulizija ser tieħu l-passi neċessarji biex jekk jirriżulta li l-ħajt hu fi stat perikoluż, dan il-periklu jitneħħa. 02.12.98

Trasport pubbliku — Rotta Nru. 8

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex qiegħed jinżamm il-ħin tar-rotta Nru. 8 (tal-Gudja) peress li qiegħed ikun hemm ħafna ilmenti mir-residenti? Jekk le, x'pożizzjoni se tieħu l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dan l-aħħar is-servizz ta-Rotta 8 beda jaħdem fuq bażi ċirkolari bir-riżultati li naqsu l-ilmenti msemmija mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #1729 Sitting 19 1998-12-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — Dawl

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 664 biex isir id-dawl f'Paola Hill, Raħal Ġdid, fejn kien sar il-proġett ta' Sare', fejn kien inqala' double arm pole mis-central strip biex jitwaħħlu single pole fuq kull naħa tat-triq, li bi ftehim mal-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid kienu saru l-pipes?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jitlob biex jiġi nstallat dawl ġdid, it-talba ser tiġi mgħoddija lill-korporazzjoni.

Gudja — Ta' Xlejli - Project area

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda l-project area ta' Xlejli, fil-Gudja, fejn kien se jsir ġnien u bandli? Il-kuntrattur intgħażel? Jekk iva, għaliex il-proġett għadu ma bediex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li t-tender ingħatat u x-xogħol jinsab fl-idejn taħt is-superviżjoni tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar. 2.12.98

Djar — Każ ta' housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-każ fuq housing li dwaru qed nibgħat informazzjoni u ritratti separatament li juru l-gravita' tal-post?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali. 2.12.98