Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2607 Sitting 34 1998-12-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Tluq mill-iskola qabel is-16-il sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal taħt is-16-il sena talbu lid-dipartment permess biex jispiċċaw mill-iskola għax sabu xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Maltacom — Qtugħ ta' linji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-5 ta' Settembru sal-lum inqatgħu linji tat-telephone lil konsumaturi għax ma ħallsux il-kont tat-telephone?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #2597 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Port Ħieles — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu l-Freeport mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2598 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Casual nurses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm casual nurses bħalissa jaħdmu fid-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bħalissa hemm 52 Casual Nurses jaħdmu fid-Diviżjoni tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #2599 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-futur tal-ħaddiema tal-Kalaxlokk li bħalissa jinsabu bla xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2036.
Leg 9 PQ #2601 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bħalissa konsulenti jaħdmu mal-gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi sakemm ġiet miġbura din l- informazzjoni, kien hemm 3 konsulenti mpjegati mal-Gvern fuq kuntratt - tnejn full-time u wieħed part-time. Hemm ukoll 21 Adviser, 8 full-time u 13 part-time. Minn dawn l-24 konsulenti/advisers wieħed biss ġie mpjegat mill-5 ta Settembru 'l hawn. Dawn il-figuri ma jinkludux konsulenti oħra (per eżempju tobba fil-Ministeru tas-Saħħa) li jiġu mpjegati wara proċess differenti li jgħaddi mill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #2602 Sitting 33 1998-12-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Għalliema fuq long sick leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa għalliema li qegħdin fuq long sick leave fid-Dipartment ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa hemm 33 għalliem fuq 'long sick leave'fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #2503 Sitting 32 1998-12-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agriculture Leases (Reletting) Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Agricultural Leases (Reletting) Act tiġi emendata billi l-aħwa jkunu jistgħu jirtu lill-aħwa peress li fil-preżent qiegħda tiddiskrimina kontra l-aħwa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-Ministeru tiegħi jinsab involut f'diskussjonijiet ma'l-Uffiċċju Konġunt u mad-Dipartiment ta' l-Artijiet dwar proposti għal emendi għal-Agricultural Leases (Reletting) Act. L-emenda li qed jissuġġerixxi l-Onor. Interpellant hija waħda minn dawk li qed tiġi kkunsidrata f'dawn id-diskussjonijiet.

Djar — Postijiet vojta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-flat li l-partikolaritajiet tiegħu jidhru separatament ma' din il-mistoqsija, huwiex battal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-fond indikat jinsab allokat lill-persuna li għandha l-kera mħallas sa Awissu li għadda. Id-Dipartiment qed jinvestiga jekk din il-persuna hiex fil-fatt qed tokkupa l-post. 14.12.98
Leg 9 PQ #2443 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Policy ġdida

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk li applikaw qabel il-Budget biex idaħħlu jew daħlu s-servizz ta' l-ilma mill-Water Service Corporation humiex se jiġu iċċarġjati? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-policy l-ġdida?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif kien tħabbar fil-konferenza dwar it-tariffi l-ġodda tad-dawl u ta' l-ilma, il-ħlas dovut għal installazzjoni għandu jsir kemm minn dawk li applikaw qabel kif ukoll minn dawk li applikaw wara l-Budget. Rigward il-policy l-ġdid ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-futur ser jiġi ppubblikat avviż legali fejn ikun hemm aktar tagħrif.

Detox Centre — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jattendu pazjenti id-Detox Centre, St Luke's kuljum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-istatistika eżatta li tinġabar dwar in-numru ta' pazjenti li jattendu ċ-Ċentru tad-Detox f'St. Luke's tinġabar fuq bażi ta' kull xahar. Għaldaqstant skond l-aħħar statistika huwa kkalkulat li bħalissa fid-Detox qed jattendu media ta' madwar 450 persuna kuljum. 11.12.98
Leg 9 PQ #2199 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm attendew pazjenti fiċ-Ċentri tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid, Bormla, Rabat, Gżira u Qormi mill-1 ta' Jannar, 1998 sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' pazjenti li attendew mill-1 ta' Jannar 1998 sa l-aħħar ta' Ottubru fiċ-Ċentri tas-Saħħa huma: Raħal Ġdid 82,700 Bormla 28,491 Rabat 35,210 Gżira 41,970 Qormi 44,634
Leg 9 PQ #2200 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Casualty Department — Persuni b'overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu fil-Casualty Department persuni b'overdose mill-5 ta' Settembru, 1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' persuni li daħlu fil-Casualty Department b'overdose mill-5 ta' Settembru sa l-4 ta' Diċembru hu ta' 67 persuna.
Leg 9 PQ #2202 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni jaħdmu bla permess

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jaħdmu bla permess mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Mil-liema nazzjonalita' huma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn il-5 ta' Settembru, 1998, u t-3 ta' Diċembru, 1998, in-numru ta' persuni barranin li nqabdu jaħdmu bla permess kien ta' 8, u dawn kienu mill-Jugoslavja, mill-Libja u mill-Eġittu. 07.12.98pm
Leg 9 PQ #2184 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Bereġ — Pjan

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-pjan tad-Dipartiment ta' l-Embellishment tal-Bereġ u liema huma l-bereġ bi prijorita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma jeżisi l-ebda Dipartiment ta' l-Embellishment fid-Dipartiment tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #2186 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Detox Centre — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jattendu pazjenti id-Detox Centre, St. Lukes kuljum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.