B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 17947, jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt ma dan is-sinjur li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament wara li kien hemm żieda fil-membri tal-familja?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interperllant illi, sar kuntatt mal-applikant li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, fl-10 ta’ Settembru 2015. Is-social worker tal-Awtorita’ tad-Djar għamlet l-intervista mal-persuna kkonċernata sabiex jkun jista’ jsir l-assessjar tal-każ tiegħu.
Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward ċint ta’ għalqa li waqa’?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern ser jagħmel kuntatt mall-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament sabiex tiġi iddentifikata l-għalqa fejn hemm iċ-ċint li waqa’ u jittieħdu passi skont il-bżonn.
Jista’ l-Ministru jara li jitnaddaf Wied Għammieq peress li jinsab mitluq (ritratti qed jintbagħtu separatament)?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li regolarment isir tindif taż-żona imsemmija, pero’ sfortunatament għad hawn min għadu jabbuża minn rimi llegali ta’ skart. Dan it-tindif isir minn ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif. Tajjeb wieħed jinnota li fiż-żona imsemmija twaħħlet camera tas-sigurta’ li b’effett tagħha tnaqqas drastikament l-ammont ta’ skart mormi fiż-żona.
Jista’ l-Ministru jara li titnaddaf it-triq li mir-Rinella Gun Battery roundabout twassal għall-Wied Għammieq (ir-ritratti qed jintbagħtu separatament) peress li din titqies bħala żona turistika u għalhekk għandha titnaddaf?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimgħat li għaddew sar eżerċizzju sabiex jitnaddaf l-ammont ta’ skart mormi illegalment wara ċ-ċnut ta’ din it-triq. Tneħħew madwar 20 tunellata ta’ skart minn wara dawn iċ-ċnut.
Jista’ l-Ministru jara li jsir tindif ħdejn is-siti storiċi ftit ‘l barra minn Fort Ricasoli (ritratti qed jintbagħtu separatament)?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan it-tindif sar fil-ġimgħat li għaddew. Għad baqa xi materjal tal-kostruzzjoni li għad irid jitneħħa meta jkun hemm l-makkinarju disponibbli.
Applikazzjoni għal Dar tal-Anzjani – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għall-Dar tal-Anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat, ġiet allokata post ġewwa d-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla, fl-1 ta’ Settembru 2015.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward skwalifika tal-applikazzjoni mal-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjoni għal post bil-kera tal-Gvern tal-persuna li ddettalji tagħha qed jintbgħatu separatament ma ġietx aċċettata peress li għandha assi li jammontaw għal aktar minn €28,000 u dan skont il-kundizzjonijiet tal-istess applikazzjoni.
Il-każ tressaq quddiem ir-
‘Revisory Committee’
wara li kien hemm oġġezzjoni, u ġie deċiż li għandna nimxu mall-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jara l-problema ta’ asfalt ta’ Triq il-Lewż il-Gudja peress li parti minnha saret u l-parti l-oħra ġiet abbandunata? Jista’ jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuqha?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni hija fuq il-lista ta’ toroq li jridu jinbnew minn Transport Malta, madanakollu din it-triq għadha ma ġietx żviluppata mill-iżviluppaturi skont l-obligi tagħhom.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn, flimkien mar-residenti ta’ Pjazza Rjali fil-Fgura qed jilmentaw biex tingħata tarmak?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm bżonn isir ta’ ebda espropji minn naħa ta’ Transport Malta. Mill-informazzjoni li għandna, din il-medda ta’ art hija privata u kienet ġiet iffurmata rampa minn terżi skont l-obbligi tagħhom. Jidher li din ir-rampa fil-fatt ġiet iffurmata fl-istess perjodu meta l-bini ġie żviluppat għalkemm jidher ukoll li l-formazzjoni mhuiex skont il-livelli stabbiliti mill-MEPA. Transport Malta tasfalta t-toroq residenzjali għall-ewwel darba meta dawn ikunu iffurmati skont il-linji u l-livelli tal-MEPA, kif ukoll skont il-prijoritajiet u l-fondi disponibli.
Awtorità tad-Djar — Rikonoxximent bħala inkwilin - każ ta' individwu
Question
Jista' l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ minn naħa tal-Awtorità tad-Djar li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward rikonoxximent bħala inkwilin u rigward xogħlijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, irid jitressaq quddiem l-Ad Hoc Committee sabiex jiġi determinat għandhiex tiġi aċċettata t-talba li qiegħed iressaq, bħal kif isir f’kull każ ieħor.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward dewmien fil-Qorti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qiegħed jimplimenta diversi miżuri biex jispedixxi l-proċeduri fil-Qrati, speċjalment dawk Ċivili u fil-fatt bi Clearance Rate ta’ 104% il-Qrati tagħna jinsabu fit-tielet post komparat mal-bqija tal-pajjizi li ssottomettew informazzjoni lill-Kunsill tal-Ewropa.
Dan ifisser li qed jinqatgħu iktar kawżi milli fil-fatt jidħlu u fl-aħħar snin kien hemm tnaqqis ta’ 11 fil-mija fil-kawzi pendenti.
S’intendi dan ma jfissirx li l-problemi ssolvew kollha – ifisser biss li bdejna nimxu fit-triq it-tajba ta’ iktar effiċjenza.
M’huwiex desiderabbli li l-Ministru tal-Ġustizzja jgħarbel każijiet pendent individwali, anke għaliex hemm strutturi u fora oħra mwaqqfa bil-Kostituzzjoni li jistgħu jagħtu r-rimedji meħtieġa u nkun dispost li nindika l-liġijiet opportuni lill-Onor Interpellant.