B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2633 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' jekk jogħġbok tgħid kemm mill-5 ta' Settembru sal-lum inqatgħu linji tat-telephone lil konsumaturi għax ma ħallsux il-kont tat-telephone?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Flus minfuqa
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-ministeri biex jiġu rranġati mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Bejn il-5 ta` Settembru 1998 u s-17 ta` Diċembru, intefqet is-somma ta` Lm2,425.52 għal xogħolijiet ta` manutensjoni, tiswijiet u rranġar ġenerali ta` l-uffiċċji tal-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin f`Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-5 ta' Settembru sal-lum kien hemm konsumaturi li nqatgħalhom id-dawl u l-ilma għax ma ħallsux il-kont?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent ma għandi xejn u nżid mat-tweġiba li tajt għall-istess mistoqsija parlamentari numru 2634 magħmula mill-istess membru, għax l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-Ministeru biex jiġu rranġati mil-5 ta' Settembru, 1998?
Response (REFALO, MICHAEL)
Minħabba li l-Ministeru tat-Turiżmu daħal f'uffiċini ġodda f'Palazzo Spinola minn fejn kien qabel fil-Belt, kellhom isiru xi xogħlijiet biex il-bini l-ġdid ikun jista' jiġi rranġat u attrezzat kif jixraq. Jien infurmat li l-ispejjeż li saru jlaħħqu għal Lm3,230. Nirreferi wkoll lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt fis-Seduta 23 għall-Mistoqsija 2311 kif ukoll għal dik li tajt fis-Seduta 10 għall-Mistoqsija 546.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Flus minfuqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-ministeri biex jiġu rranġati mal-5 ta' Settembru, 1998?
Response (MARCO, GUIDO DE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra. Qed nassumi li l-perijodu li jixtieq li jkun kopert huwa dak bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Diċembru 1998.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa fl-uffiċini tal-ministeri biex jiġu rranġati mal-5 ta' Settembru, 1998?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li mill-5 ta' Settembru, 1998, s'issa l-ispiża li saret sabiex jiġu rranġati l-uffiċini tal-Ministeru tal-Intern kienet tammonta għall-Lm5,430.59, li huma relatati prinċipalment max-xogħol għall-uffiċini ġodda tas-Segretarju Parlamentari.
15.12.98 (2pm)
Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn hemm vakanzi ta' kunsilliera fil-kunsilli lokali f'Malta?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li sal-Ġimgħa, 11 ta' Diċembru 1998 f'Malta
kien hawn vakanza waħda ta' kunsillier, fil-Kunsill Lokali
ta' Lija.
F'Għawdex kien hemm oħra, fil-Kunsill Lokali ta' Sannat.