Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2936 Sitting 48 1999-01-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Raħal Ġdid — Triq l-Arkata - Palazz

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Palazz storiku f'163, Triq l-Arkata, Raħal Ġdid jiġi restawrat?

Response (GALEA, LOUIS)

Għaddejt is-suġġeriment għall-pariri tad-Dipartiment tal-Mużewijiet.

Sptar San Vinċenz de Paule — Ward 9/10

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'Ward 9/10 ta' l-irġiel fl-Isptar San Vinċenz de Paule hemmx servizz ta' misħun? Jekk iva, għaliex għal dawn l-aħħar ġimgħat il-pazjenti qegħdin jinħaslu bl-ilma kiesaħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fis-Sala 9/10 ta' l-irġiel ġewwa r-Residenza ta' San Vinċenz, is-servizz tal-misħun kien sospiż għal perjodu qasir, sakemm issewwiet ħsara li kien hemm fis-sistema. 12.1.99

Welfare fund — Infiq ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2826 ċioe' jista' jgħid kemm intnefqu flus mill-Welfare Fund għas-snin 1996, 1997 u 1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru hija kif tidher hawn taħt: 1996 - Lm1,310,570 1997 - Lm 844,232 1998 (sa Ġunju) - Lm 429,833 12.1.99
Leg 9 PQ #2985 Sitting 48 1999-01-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Raħal Ġdid - Kindergarten

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2862, ċioe' jista' jgħid meta se jibda l-proġett ta' l-iskola tal-kindergarten ta' Lourdes, f'Raħal Ġdid?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2862.
Leg 9 PQ #3003 Sitting 48 1999-01-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Permess għal ħruġ mill-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2607, ċioe' jista' jgħid kemm tfal taħt is-16-il sena talbu lid-dipartiment permess biex jispiċċaw mill-iskola għax sabu xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mis-16.9.98 sat-3.12.98, il-ġenituri ta' 43 tifel u 36 tifla, taħt is-sittax-il sena, talbu għal permess biex jisċiċċaw mill-iskola għax sabu xogħol.
Leg 9 PQ #2863 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tarxien — Triq Mater Boni Consiglii

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb kif kien fi ħsieb il-Gvern preċedenti li jsir ground sintetiku fejn illum hemm il-ġnien tas-Schreiber (tal-Boċċi) fi Triq Mater Boni Consiglii, Raħal Ġdid?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-proposta li jsir ground bit-turf sintetiku kienet tressqet mill-Onor. Interpellant bħala Kunsillier għal Raħal Ġdid. Il-Kunsill kellu jieħu ħsieb jipprepara pjanti u jibgħathom lill-uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Isport biex tkun tista' tiġi studjata din il-proposta. Informat ukoll li ma sar ebda commitment mill-Gvern preċedenti għat-twettiq ta' dan il-proġett minħabba li l-permessi u stima ta' spejjeż ma ġewx sottomessi.

Sptar San Vinċenz de Paule — Attivitajiet soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il attivita' soċjali organizzaw il-Welfare Fund fl-Isptar San Vinċenz de Paule?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nassumi li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-Welfare Committee u mhux il-Welfare Fund kif kiteb fil-mistoqsija. Il-Welfare Committee ma torganizzax attivitajiet soċjali fir-Residenza San Vinċenz. Dawn l-attivitajiet, li jsiru matul is-sena kollha, jiġu organizzati mill-Entertainment Section tar-Residenza. 11.1.99
Leg 9 PQ #2023 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti governattivi — Karozzi ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iddaħħlux karozzi ġodda tal-kiri mill-elezzjoni tal-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum ta' kumpanniji oħra li ma kenux qabel jagħmlu xogħol f'dipartimenti ta-gvern? Jekk iva, kemm ġew mikrija karozzi u min hija l-kumpannija?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fid-dekasteru tiegħi mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn inkrew dawn il-karozzi: Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru 1 John's Garage, Ħamrun 3 Autorentals Ltd, St Julians Diviżjoni tal-Ġustizzja 1 Autorentals Ltd, St Julians Qrati tal-Ġustizzja 15 Mexico Garage, Marsa Dipartiment tal-Kunsilli Lokali 9 Joe's Garage, Żabbar
Leg 9 PQ #2822 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Returns tat-taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ma bgħatux return tat-taxxa għas-sena 1997?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta` persuni li għadhom ma bgħatux ir-return tat-taxxa għas-sena 1997 huwa ta` 30,691.
Leg 9 PQ #2823 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Return tat-taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li ma bgħatux ir-return tat-taxxa għas-sena 1996?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta` persuni li għadhom ma bgħatux ir-return tat-taxxa għas-sena 1996 huwa ta` 20,478.

Raħal Ġdid — Triq Kordin - Crash barriers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru crash barriers fi Triq Kordin, Raħal Ġdid?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħti ndikazzjoni ċara ta` fejn jaħseb dawn il-crash barriers għandhom jitwaħħlu.
Leg 9 PQ #2862 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Raħal Ġdid - Kindergarten

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda l-proġett ta' l-iskola tal-kindergarten ta' Lourdes, f'Raħal Ġdid?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #2816 Sitting 45 1998-12-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Computers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx bżonn ta aktar computers fiċ-ċentri tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Filwaqt li aktar komputers fiċ-Ċentri tas-Saħħa dejjem ikunu utli, n-numru ta' komputers preżentament jaqdu l-ħtiġijiet ta' komputerizzazjoni fiċ-Ċentri tas-Saħħa fl-istadju preżenti.
Leg 9 PQ #2817 Sitting 45 1998-12-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Tqassim ta' gazzetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema gazzetti jitqassmu fis-swali ta' l-Isptar San Vinċenz de Paule u l-Isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ebda gazzetti ma jitqassmu fis-swali ta' l-Isptar San Luqa. L-Isptar San Vinċenz de Paule ma jaqax taħt id-dekasteru tal-Ministeru tas-Saħħa.

Sptar San Vinċenz de Paule — Ġonna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-ġonna ta' St. Vinċenz de Paule isiru bankijiet biex igawduhom l-anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Hemm il-ħsieb li għas-sena d-dieħla, fir-Residenza ta' San Vinċenz, se jitqegħdu bankijiet fil btieħi tan-naħa tan-nisa u ta' l-irġiel, kif ukoll fil-bitħa quddiem il-kappella. Dawn huma postijiet l-aktar frekwentati mir-residenti. 19.12.98
Leg 9 PQ #2819 Sitting 45 1998-12-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment għall-Ambjent — Sezzjoni tal-bini tal-ħitan tas-sejjiegħ

Question

Jista' l-Minstru jgħid jekk is-Sezzjoni tal-Bini tal-Ħitan tas-Sejjiegħ hijiex tiffunzjona fid-Dipartiment għall-Ambjent?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fi ħdan id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent hemm is-sezzjoni tal-Countryside li fiha hemm benneja li tul dawn l-aħħar erba' snin għamlu xogħol relatat mal-bini ta' ħitan tas-sejjieħ. Id-Dipartiment, flimkien mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għadu kemm nieda kors dwar il-bini tal-ħitan tas-sejjieħ. Id-Dipartiment ħareġ ukoll sejħa interna għal Rubble Wall Builders. Tul l-1999, hemm il-ħsieb li jiġu ngaġġati 40 Rubble Wall Builder.
Leg 9 PQ #2820 Sitting 45 1998-12-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Banek — BOV - Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-Bank of Valletta ta' Pjazza San Ġorġ, Valletta jsir refurbishment?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jekk id-direzzjoni tal-Bank tħoss il-ħtieġa li jsir ir-refurbishment imsemmi, dan isir. Tajjeb li wieħed ifakkar li l-Gvern għandu biss 25% fil-bank u għalhekk deċiżjoni fuq din il-materja hija kompitenza tal-Board tad-diretturi.

Marsa — Triq Qormi - Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq Qormi, fil-Marsa ssir bit-tarmak il-parti li ma kenitx saret?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ħarġet sejħa għall-offerti għall-resurfacing ta` din il-parti tat-triq li se tagħlaq fit-22 ta` Diċembru 1998. Fuq l-offerti li jintefgħu jista` jintgħażel il-kuntrattur sabiex ix-xogħol ikun jista` jsir.