Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #3044 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu bozoz ġodda mill-5 ta' Settembru sal-lum, lokal b'lokal?

Response (BONNICI, JOSEF)

Mill-5 ta' Settembru 'l hawn twaħħlu 87 bozza ġdida mqassmin hekk:- Kunsill Lokali Numru ta' bozoz installati Attard 5 B'Kara 8 Għargħur 2 Floriana 1 Ħamrun 4 Isla 3 Kalkara 2 M'Skala 10 Mġarr 6 Mosta 23 Msida 1 Naxxar 2 Paola 5 San Ġwann 1 San Pawl il-Baħar 2 Sta. Venera 7 Tarxien 1 Valletta 1 Żabbar 3
Leg 9 PQ #3045 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Riċevimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti fl-Uffiċċju tiegħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li mill-5 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Diċembru 1998 intefqu Lm6,181.21 f'riċevimenti fl-Uffiċċju tiegħi.
Leg 9 PQ #3046 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti fil-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jgħid għal liema perjodu qiegħed jirreferi. Niġbidlu l-attenzjoni għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1283 fejn jidhru l-ammonti li ntefqu bejn il-5 ta' Settembru 1998 u l-10 ta' Novembru 1998.
Leg 9 PQ #3047 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'parties fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni bejn l-20 u l-31 ta' Diċembru, 1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma ntnefqu ebda flus f'parties fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni bejn l-20 u l-31 ta' Diċembru 1998.
Leg 9 PQ #3048 Sitting 52 1999-01-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tħaffir għaż-żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema fażi wasal it-tħaffir għaż-żejt?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-bir illum wasal fl-ahhar parti tal-fażi ta' tħaffir u sal-lum ntlaħqu 7,750 metru.

Marsa — Albertown

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-area ta' Albertown, fil-Marsa tingħata tindifa ġenerali u jsiru l-bankini ġodda?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant jaqa` taħt ir-responsabilta` tal-Kunsill Lokali, għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #3041 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permessi għal rave parties

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn permessi għal rave parties fil-lejl tal-25 ta' Diċembru u l-31 ta' Diċembru u x'kienu l-kondizzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kellhiex talbiet għall-permessi għal rave parties fil-ġranet speċifikati mill-Onor. Interpellant u għalhekk ma nħarġux permessi. 18.01.99
Leg 9 PQ #3031 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Raħal Ġdid — Ġnien Pawlu Boffa - Ftuħ ta' gabbana

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati biex il-gabbana ta' Ġnien Pawlu Boffa, Raħal Ġdid tinfetaħ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l-Artijiet, flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid u d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, qed jikkunsidraw jekk u liema mill-kundizzjonijiet speċjali fl-aħħar ftehim tal-kirja, li kien sar fl-20 ta' Ottubru 1997, għandux jibqa' responsabbli għalihom il-kerrej prospettiv jew għandhomx jgħaddu taħt ir-responsabbilita' tal-Kunsill Lokali. 14.01.99

Santa Luċija — Bini ta' djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jinbnew flats jew maisonettes faċċata ta' Triq Katarina Vitale, Santa Luċija? Jekk se jinbnew flats, kemm se jkunu għolja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor. Membru qed jirreferi għall-art li qiegħda biswit l-iskola ġdida ta' Santa Luċia, il-proġett jikkonsisti fi 18 il-maisonette u garaxxijiet. 14.1.99
Leg 9 PQ #3033 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Santa Luċija — Xogħlijiet fil-ground

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema fażi wasal ix-xogħol fuq il-ground tal-football ta' Santa Luċija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol fil-ground tal-football ta' Santa Luċija kien ippjanat li jsir mill-Klabb tal-Football tal-lokal. Il-Klabb kien ingħata s-somma ta' Lm5,200 li ġiet approvata fil-31 ta' Awissu 1998 bħala għajnuna biex isir ix-xogħol meħtieġ. Ser inkompli nsegwi l-kwestjoni.
Leg 9 PQ #3034 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Marsa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-proġetti li hemm ippjanati mill-Kunsill Lokali tal-Marsa għall-poplu Marsi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal- funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-Lokalita` konċernata.

Tarxien — Toroq - Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jingħataw tarmac għas-sena 1999 fil-lokalita' ta' Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħalissa d-Dipartiment tat-Toroq qed ifassal pjan għall-kisi ta` toroq madwar Malta, naturalment inkluż Hal Tarxien. Meta dan il-pjan ikun finaliżżat inkun nista nagħti l-informazzjoni meħtiega.

Raħal Ġdid — Triq Kordin - Crash barriers

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 2824, il-post indikat huwa fi Triq Kordin, Raħal Ġdid, kantuniera ma' Kordin Road u Paola Hill, tat-Triq Kordin telgħin lejn l-iskola u Triq Sir Paul Boffa 'il fuq mill-pompa tal-petrol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-lokalitajiet indikati mill-Onor. Interpellant jidher illi aktar għandhom bżonn ta` `railings` milli `crash barriers` u għalhekk id-Dipartiment ser jara li dan ix-xogħol isir.

Gudja — Triq Safi

Question

Jista' l-Ministru jara li tingħata t-tarmac Triq Safi, Gudja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq imsemmija hija diġa ssfaltata u għandha bżonn ta` manutenzjoni, iżda r-resurfacing tagħha jrid isir mill-Kunsill Lokali.

PTA — Rotta Nru. 5

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li terġa' ssir ir-rotta Nru. 5 tal-karozzi tal-linja fil-lokalita' ta' Raħal Ġdid?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li peress li minn Raħal Ġdid jgħaddu karozzi tal-linja minn diversi rotot, ma' tinħassx il-ħtieġa li terġa' tkun introdotta mill-ġdid ir-Rotta Nru. 5, li ilha li spiċċat snin ilu minħabba nuqqas ta' patrunaġġ.

Raħal Ġdid — Triq il-Belt Valletta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq il-Belt Valletta, f'Raħal Ġdid tingħata t-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2972
Leg 9 PQ #3029 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb, kif kien tal-Gvern preċedenti, li l-Forzi Armati jnaddfu l-ħajt tad-dawra kollu tal-ground ta' Pace Grasso li jinsab f'Raħal Ġdid?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li waqt li kien hemm talba bil-fomm biss biex il-Forzi Armati jnaddfu l-ħajt tad-dawra kollha tal- ground ta' Pace Grasso f'Raħal Ġdid, it-tweġiba minn naħa ta' l-Armata kienet li dan mhux xogħol addattat għalihom. M'hemmx x'jindika bil-miktub li l-Gvern preċedenti kellu l- ħsieb jordna lill-Forzi Armati jagħmlu dan ix-xogħol ta' tindif u mhux xieraq li l-Armata tiġi mqabbda dan ix- xogħol.
Leg 9 PQ #3030 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali — Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jagħti kumpens lill-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid biex fi Ġnien Pawlu Boffa jiġu rranġati l-funtani?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Paola għamel talba lit- Taqsima ta' l-Artijiet fi ħdan il-Ministeru ta' l-Intern sabiex l-imsemmi ġnien jgħaddi f'idejn il-Kunsill Lokali fi stat tajjeb inklużi ż-żewġ funtani. Din it-talba sejra tiġi kunsidrata fil-kuntest tal-politika ta' devoluzzjoni lokali introdotta minn dan il-Gvern u li permezz tagħha l-Gvern irid jinkoraġixxi proġetti lokali billi jgħaddi f'idejn il-Kunsill Lokali propjeta li sal- lum hi amministrata minnhu u li tista tiġi amministrata aħjar mill-Kunsill Lokali.