Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni tal-katarretti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fl-2011 in-numru ta’ stennija ghall-operazzjoni tal-katarretti kien ta’ 5192, filwaqt li din is-sena n-numru ta’ stenijja nizel ghal 1559.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ mal-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, il-garaxx li huwa nteressat fih l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament huwa diġa’ meħud, filwaqt li l-garaxx imsemmi li qiegħed fi Triq Anġlu Psaila huwa abbinat mal-postijiet tal-blokka.
Jista’ l-Ministru jara li jsir it-tarmak fi Triq Mikiel Calleja f’Ħal Tarxien?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq din it-triq ser isiru skont il-progress tal-formazzjoni, fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akwist tas-servizzi tal-kuntratturi.
Ħal Tarxien – Triq ix-Xintill – Sleeping policeman
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien għamel fuq sleeping policeman fi Triq ix-Xintill f’Ħal Tarxien?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni għal xogħlijiet fuq ir-round topped road hump fi Triq Xintill, Ħal Tarxien, ġiet approvata minn Transport Malta matul Awwissu li għadda.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ mal-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li minn verifika li għamlet l-Awtorita' tad-Djar jidher, li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat, qatt ma daħlet ilmenti jew bgħatet applikazzjonijiet dwar xogħlijiet ta' irranġar għall-attenzjoni tal-Awtorita’ tad-Djar. L-Awtorita’ tad-Djar għamlet diversi tentattivi biex tagħmel kuntatt mal-persuna, permezz tan-numru telefoniku li ingħatalna mill-Onor. Interpellant, bħala parti mid-dettalji. Madanakollu, il-persuna qatt ma wieġbet it-telefonati tagħna.
Il-persuna għandha tirċievi bil-miktub sabiex tasal wasla sal-uffiċini tal-Customer Care tal-Awtorita, u tapplika kif meħtieġ.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' stairlift mal-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, is-Sinjura li d-dettalji tagħha ngħataw separatament, applikat taħt l-Iskema tad-Diżabilita’ nhar it-23 ta’ Diċembru 2014, għall-installar ta’ kamra tal-banju u stairlift għall-bżonnijiet tagħha.
L-applikazzjoni ġiet ipproċessata u s-Sinjura ser tingħata s-somma ta’ €7325 għal bdil tal-kamra tal-banju u stairlift ġdid. Is-Sinjura ġiet infurmata ukoll bl-appuntament tagħha li kien għas-17 ta’ Settembru. Ix-xogħol seta’ jibda minnufih waqt li ġiet infurmata biex tibgħat l-irċevuti fiskali lill-Awtorita’ tad-Djar sabiex titħallas tax-xogħol approvat.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ tal-Awtorità tad-Djar? Jista l-Ministru jara li jiġi vverifikat dan il-każ minn naħa tal-Awtorita tad-Djar li dettalji tiegħu qed jintbgħatu separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Awtorita’ tad-Djar ħadet nota ta’ dan u sar kuntatt mal-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament, fejn din ikkonfermat li l-kerrej tal-flat ikkonċernat, ma sabx oġġezzjoni li din tagħmel ix-xogħlijiet li hemm bżonn li jsiru.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward servizz ta’ ilma fis-sit li r-ritratti tiegħu ukoll qed jingħataw separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sar kuntatt mal-individwu u l-każ issa huwa solvut.