Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni b'diżabilita' u bi blue sticker għandhomx sussidju fuq it-trasport tal-vapur ta' Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Persuni f'diżabilita' li għandhom il-karta tal-identita speċjali maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' jistgħu jivvjaġġaw bejn Malta u Għawdex fuq il-vapuri tal-Kumpanija Gozo Channel mingħajr ħlas.
Ma hemm l-ebda konċessjoni mill-Gozo Channel fuq il-karozzi ta' persuni b'diżabilita'.
23.3.99
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3038 u ċioe' jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-area ta' Albertown, fil-Marsa tingħata tindifa ġenerali u jsiru l-bankini ġodda?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, Il-Kunsilli Lokali
huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-
funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet
esiġenzi u l-mezzi tagħhom.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi
l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-
funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-
responsabbiltajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3042 u ċioe' jista' jgħid kemm intnefqu flus f'riċevimenti fil-Ministeru tas-Saħħa mill-20 sa 31 ta' Diċembru, 1998?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba, diġa ingħatat fir-risposta għad-domanda parlamentari numru 3294.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-kampanja dwar l-indafa li nieda l-istess ministeru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Saru diversi kampanji dwar l-indafa. Fost dawn il-kampanja "Clean Up the World" u "Clean Up the Sea" kif ukoll qed isir tindif fuq bażi regolari.
Bħalma jaf l-Onorevoli Interpellant, kampanji bħall-ewwel tnejn li semmejna jkunu sponsorjati minn kumpanniji privati li għalhekk ikopru parti mill-ispejjeż li jsiru. Spejjeż oħra li jsiru speċjalment fuq it-tindif regolari ikunu koperti mid-dipartiment speċifikament minn dak li huwa l-vot tal-Personal Emoluments ta' l-impjegati li jkunu qegħdin jaħdmu fuqu u għalhekk ma jkunx possibli li tingħata ċifra speċifika fuq kull waħda minn dawn il-kampanji.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-miżuri li ħa l-Ministru biex jilqa' għan-nuqqas ta' kenniesa f'Mount Carmel Hospital?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fil-preżent żewġ persuni qegħdin jagħmlu ix-xogħol ta' kenniesa fil-grounds ta' l-isptar Monte Carmeli. Fil-fratemp qed issir evalwazzjoni tal-bżonnijiet f'dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu biex ma jkunx hemm overtime bla bżonn ġewwa l-Isptar Monte Carmeli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-'overtime' fl-isptar Monte Carmeli qiegħed jiġi ikkontrollat. L-'overtime' isir biss fejn il-'management' iħoss li jkun hemm ħtieġa għalih. Ser jiġu wkoll introdotti miżuri li jirrisponsabilizzaw lil min japprova l-overtime u tiddaħħal sistema ta' monitoring ta' overtime approvat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jimpjega social workers f'St. Vincent de Paule għas-sena 1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nahseb li jagħmel sens li d-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani jkollu numru ta' "social workers" li jkunu assenjati mar-Residenza San Vinċenz.
Id-Dipartiment, fil-fatt, qed jistħarreġ din il-possibilta' u jien infurmat li, f'dan il-kuntest, diġa nbeda l-proċess sabiex jiġi stabbilit il-'complement' meħtieġ.
17.3.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni b'overdose bejn it-23 ta' Diċembru u l-1 ta' Jannar 1999, ġurnata b'ġurnata, u l-eta' tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' persuni li daħlu b'overdose bejn it-23 ta' Diċembru 1998 u l-1 ta' Jannar 1999 hu hekk:
Data Numru ta' Sess Eta'
persuni li daħlu
b'overdose
23.12.98 1 Male 40
24.12.98 1 Male 30
*25.12.98 1 Male 37
*26.12.98 1 Male 37
26.12.98 1 Male 24
27.12.98 1 Female 53
28.12.98 0 Nil Nil
29.12.98 0 Nil Nil
30.12.98 1 Male 43
31.12.98 0 Nil Nil
01.01.99 0 Nil Nil
* Dawn jirreferu għall-istess persuna.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pilloli out of stock li hawn bħalissa fl-ispiżeriji tal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-pilloli li ma ngħatawx lill-pazjenti u li qegħdin 'out of stock' illum huma:
1. Pilloli, li qegħdin jiġu diskussi mid-'Drugs & Therapeutics Committee(DTC) biex jiġu maqtugħa minn fuq il-formularju:
Atropine Sulphate tablets
Stilboestrol 1mg tablets
Fosfestrol tetrosodium 100mg tablets
2. Pilloli, li s-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern għandu problema biex jixtrihom:
Stilboestrol 5mg tablets
Methylergometrine tablets
Hydroxychloroquine tablets
Methylcellulose tablets
3. Pilloli, li għalkemm ma jinstabux fl-imħażen tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern ikun fadal stokk minnhom fl-ispiżeriji tal-Gvern:
Hyoscine Butyl Bromide tablets 10mg
Quinidine Sulphate tablets 200mg
Jista' l-Ministru jara li l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament tingħata l-home help fid-dar tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-każ ta' din l-anzjana ġie mistħarreġ u ġie deċiż li ma tingħatax l-għajnuna tas-Servizz tal-Home Help għax jidher li hija persuna ndipendenti li m'għandiex bżonn għajnuna sabiex tagħmel il-bżonnijiet tagħha ta' kulljum.
17.3.99
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' urġenza dwar mistoqsija parlamentari numru 975 fi Vjal Santa Luċija, Raħal Ġdid?
Response (ZAMMIT, NINU)
Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura diġa ħa l-passi neċessarja u bagħat il-ħamrija mitluba mill-bidwi biex jirranġa l-ħsarat li kienu saru fl-għalqa tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju dwar Wied Blandun fil-Fgura wara l-mistoqsija parlamentari numru 1302?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
In-'National Country Parks Steering Committee' irrikonoxxa l-importanza nazzjonali tal-propost Cottonera Heritage Park. Il-pjani ta' dan il-park ma jinkludux biss is-swar iżda l-faxxa ta' taħt is-swar li baqgħet tul iż-żmien mhix mibnija.
Din il-faxxa, f'estremita' minnhom, tinkludi wkoll Wied Blandun.
Għalhekk il-Gvern hu favur it-tindif u t-tisbieħ ta' Wied Blandun iżda għadu ma tfassalx pjan ta' azzjoni fid-dettal.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1567, jista' l-Ministru jara li jibda jsir ix-xogħol meħtieġ peress li sal-11/1/99 kien għadu ma sar l-ebda progress fit-talba tiegħi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Onor. Interpellant indika l-post fejn issuġġerixxa li ssir ir-rampa lit-tekniċi tad-Dipartiment tat-Toroq. Fil-post indikat qatt ma kien hemm rampa u `l ftit ġebel li hemm forma ta` taraġ saru minn nies mhux magħrufa, billi qalgħu l-ġebel mill-ħajt u poġġewħ fuq xulxin. Għalhekk jidher li m`hemmx bżon għall-aċċess f`dan il-post għaliex jekk wieħed jimxi ftit metri l-isfel jaqbad it-triq li tagħti għal ġo ċ-ċimiterju.