Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bħalissa persuni fuq il-kartuna roża awtorizzata mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-karta r-roża għall-mediċini b'xejn tingħata wara li ssir dikjarazzjoni finanzjarja. Jekk persuna tissodisfa t-test tal-mezzi tingħata l-karta roża li tkun valida għal sitt xhur, u f'każ ta' pensjonanti u familji fuq l-Għajnuna Soċjali tkun valida għal sena. Għaldaqstant ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika li turi kemm hu n-numru ta' dikjarazzjonijiet validi f'xi żmien partikolari. B'danakollu tinżamm statistika dwar in-numru ta' talbiet li jkunu saru ġodda kull sena. Matul is-sena 1998 saru 5,018 talba għall-karta roża li minnhom 4,822 ġew aċċettati filwaqt li 196 ġew miċħuda.
26.4.99
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pilloli out of stock bħalissa fl-ispiżeriji tal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-pilloli li kienu 'out of stock' fil-25 ta' Jannar fl-ispiżeriji tal-Gvern huma dawn:
1. Pilloli li qegħdin jiġu diskussi mid-'DrugsandTherapeutics Committee (DTC)' biex jiġu maqtugħa minn fuq il-formularju
Stilboestrol 1mg tablets
2. Pilloli li s-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern għandu problema biex jixtrihom.
Hydroxychloroquine 200mg tablets
Methylergometrine tablets
Pancreatin high dose tablets
Stilboestrol 5mg tablets
3. Pilloli li għalkemm ma jinstabux fl-imħażen tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern ikun fadal stokk minnhom f'xi spiżeriji tal-Gvern.
Methylcellulose tablets
Sucralfate 1G tablets
Hyoscine butylbromide 10mg tablets
Senna tablets
Quinidine sulphate tablets
Prothionamide tablets
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqdew persuni ġodda mis-servizz ta' inkontinenza mil-5 ta' Settembru sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Persuni ġodda li qed jagħmlu użu mis-servizz ta' l-inkontinenza, f'Malta u Għawdex, mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-25 ta' Jannar, 1999 jammontaw għal 204.
26.4.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Ministru jieħu azzjoni biex fit-toroq jkun hawn aktar sigurta' f'dak li għandhom x'jaqsmu l-anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Ministeru tal-Politika Soċjali permezz tad-Dipartiment għall-Anzjani qiegħed f'konsultazzjoni ma diversi dipartimenti u organizzazzjonijiet oħra biex ikun hemm aktar sigurta' fit-toroq speċjalment fejn għandhom x'jaqsmu l-anzjani.
26.4.99
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati u meta se jibda x-xogħol ta' estensjoni tal-Poliklinika ta' Raħal Ġdid? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti dwar dan ix-xogħol?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li meta id-Dipartiment fil-1995 sar jaf li s-sular ta' fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid ser jiġi vakat, beda proċeduri mal-Lands Department biex is-sular battal jintuża bħala estensjoni taċ-Ċentru tas-Saħħa.
Il-pjanti għadhom qed jiġu ffinalizzati u huwa ppjanat li jinbeda xi xogħol lejn tmiem din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani li ma jieħdu l-ebda tip ta' pensjoni mil-Gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt il-liġi tas-Sigurta' Soċjali ta' Malta, persuna jista' jkollha dritt kemm għal pensjoni Kontributorja jew Mhux Kontributorja. Fost kundizzjonijiet oħra, mhux bilfors li persuna jkollha cittadinanza Maltija jew tgħix Malta biex tikkwalifika għal pensjoni Kontributorja u l-anqas li tkun reġistrata fuq ir-reġistru elettorali ta' Malta.
F'dawn iċ-ċirkostanzi jkun diffiċli li wieħed iżomm l-istatistika kif qed jitlob l-Onor. Membru.
29.3.99
Persuni nieqsa mid-dawl — Sussidju fuq it-telephone
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li persuni li huma nieqsa mid-dawl (għomja) jieħdu sussidju fuq it-telephone?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Naħseb li l-possibilta' ta' dan it-tip ta' benefiċċju għandha tiġi kkunsidrata fuq il-bażi tal-bżonn u mhux fuq il-kawża tad-diżabilita'.
Jien infurmat li, fil-passat, il-Korporazzjoni Telemalta u l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' kienu waqqfu Kumitat Konġunt sabiex jiddiskuti flimkien kif jistgħ joffru dejjem aktar opportunitajiet indaqs lill-persuni b'diżabilita'. Dan il-Kumitat ma kienx baqa' jiltaqa' u l-Kummissjoni għandha talba pendenti lill-Maltacom Ltd. sabiex dan il-Kumitat jerġa' jibda jopera.
29.3.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm żdied il-qgħad mil-5 ta' Settembru sal-lum? Jista' jagħti l-etajiet ta' dawn il-persuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mill-aħħar ta' Awissu 1998 sa l-aħħar ta' Ottubru 1998 il-qgħad żdied b'177 persuna. L-etajiet tal-persuni fejn kien hemm żieda huma kif ġejjin:
Taħt it-18 26
bejn it-18 u d-19 77
l-25 u d-29 20
it-30 u l-34 19
il-35 u d-39 32
l-40 u l-44 40
l-50 u l-54 2
u
l-55 u d-59 sena 1
29.3.99
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-ħsieb tal-Gvern dwar il-futur tal-pensjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif tħabbar fid-Diskors tal-Budget għas-sena kurrenti, il-Gvern jirrikonoxxi l-fatt li fi żmien għoxrin sena l-pajjiż ser jiffaċċja problema fil-qasam tal-pensjonijiet minħabba li ser jkollna numru akbar ta' anzjani sostnuti minn numru iżgħar ta' ħaddiemajikkontribwixxu fl-iskema nazzjonali tas-sigurta' soċjali. Din il-problema rridu niffaċċjawha bis-serjeta'. Għalhekk kif tħabbar mill-Onor. Ministru tal-Finanzi il-Gvern beħsiebu jwaqqaf kummissjoni nazzjonali li preferibilment tkun magħmula minn membri mill-partiti kollha politiċi, korpi kostitwiti, rappreżentanti tal-pensjonanti, u rappreżentanti ta' l-assoċċjazzjoni ta' l-assikurazzjoni. L-għan ta' din il-kummissjoni jkun biex tiġi riveduta s-sistema tal-pensjoni u biex isiru rakkomandazzjonijiet għal-liġi ġdida aktar sempliċi, ekwa u sostenibbli.
29.3.99
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3046, jista' l-Ministru jirrispondi għall-perjodu tul il-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?
Response (ZAMMIT, NINU)
Mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum ingħataw żewġ riċevimenti mill-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd:-
(a) Fl-okkażżjoni tal-World Food Day, f'Ottubru 1998 intnefqu Lm109.80.
(b) Fi żmien il-Milied sar riċeviment li b'kollox sewa Lm911.00. Aktar dettalji ngħataw fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3296.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3050 u ċioe' jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-persuni li qegħdin jintalbu liċenzja għal stazzjoni tar-radju?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jekk l-Onor Interpellant qed jirreferi għal liċenzji biex
jitwaqqfu stazzjonijiet tar-radju, l-Awtorita tax-Xandir
m'għandha l-ebda applikazzjoni pendenti għal stazzjon mal-
pajjiż kollu. Għar-rigward tas-servizzi tax-xandir fil-
komunita, l-Awtorita titratta talbiet simili skond ma
jaslulha minn żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jara li min jgħix bil-pensjoni tal-bord u huwa marid u jkun taħt is-60 sena, it-telecare jingħatalu b'xejn bħalma jieħdu b'xejn min ikollu 'l fuq minn 60 sena, jgħix waħdu u għandu l-Karta r-Roża biex b'hekk nimxu pass 'il quddiem fuq ġustizzja soċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Din it-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata.
24.3.99
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-file li n-numru tiegħu qed jintbagħat separatament dwar housing li huma mhedda li jiġu mkeċċija peress li m'għandhomx u ma jridux jagħmlulhom il-ktieb tal-kera?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
24.3.99
Raħal Ġdid — Ċimiterju ta' l-Addolorata - Vit ta' l-ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħditx azzjoni fuq il-mistoqsija parlamentari numru 974 dwar vit ta' l-ilma f'section Q jara fiex waslu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kif diġa għidt fi-tweġiba għall-mistoqsija numru 974, biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tkun tista' tinstalla servizz ġdid ta' l-ilma fil-post imsemmi, trid issir applikazzjoni mill-entita' responsabbli. S'issa l-Korporazzjoni għadha ma rċevietx tali applikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet biex jinbena t-Teatru Rjali fil-Belt?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-bini tas-sit tat-Teatru Rjal li jifforma parti mill-Proġett kollu tal-bini ta' l-Arts Centre u rijabilitazzjoni ta' l-area tad-dawra nkluż il-Bus Terminus, bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant tħejjiet Master Plan li se tkun preżentata lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar permezz ta' Outline Development Application.
Jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' djar li kienu rekwiżizzjonati, min għandu jħallas il-kont tad-dawl u l-ilma għall-perijodu sa kemm kienu rekwiżizzjonati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-kontijiet tad-dawl u ilma ta' postijiet rekwiżizzjonati jitħallsu mill-inkwilini li joqgħodu f'dawk il-postijiet. Id-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali jħallas taż-żmien ta' meta l-postijiet idumu vojta bejn kirja u oħra.
23.3.99