Legislature:
Category:
Reset
Active:

Crash barrier

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3660 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Interu u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' jara li titwaħħal crash barrier quddiem id-dar li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Irreferejt is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant għall-konsiderazzjoni tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.

Anzjani — CSAs

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma s-CSAs jaħdmu mad-Dipartiment Kura ta' l-Anzjani? Kif inhuma mqassma? Kemm daħlu ġodda mid-9 ta' Settembru, 1998? Dawk li daħlu mid-9 ta' Settembru fejn qegħdin jaħdmu? Kemm irriżenjaw mit-8 ta' Settembru, 1998? Fejn kienu jaħdmu u x'kienet ir-raġuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni għada qed tinġabar. 12.5.99

Impjiegi — Ħlas ta' sahra

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara għaliex il-persuna anzjana, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ħaditx overtime li kienet għamlet mill-1 sat-30 ta'Settembru, 1997 fil-Ġnien tax-Xlejli, l-Gudja bħala watchman tal-PWD?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-ħlas għal xi 'overtime' li jkun sar minn impjegati fis-Servizz Pubbliku normalment isir mid-Dipartiment fejn jaħdem jew kien jaħdem l-impjegat. Għalhekk nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat. 12.5.99
Leg 9 PQ #5449 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Każ ta' EN Casual

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex il-persuna, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, itterminawlha xogħol bħala EN Casual wara li rċeviet ittra fejn qalulha li fil-21 ta'Jannar, 1999 ġie tterminat ix-xogħol tagħha? Peress li persuna oħra bl-istess grad ukoll irċeviet din l-ittra imma issa reġgħu bagħtu għaliha biex terġa' lura x-xogħol, jista' l-Ministru jgħid għaliex din il-persuna ma bgħatux għaliha? Hemm il-ħsieb li d-dipartiment juża s-servizz tagħha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma' jirriżultax li mill-impjegati 'part-time' li kien intemmilhom l-impjieg tagħhom għaliex kienu għalqu l-65 sena, kien hemm xi ħadd li reġa' ġie mpjegat. M'hemm l-ebda ħsieb li d-Diviżjoni terġa' tuza s-servizz ta' mpjegati li jkunu għalqu l-65 sena.
Leg 9 PQ #5526 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Meningitis — Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hawnx epidemija ta' Meningitis type C f'Malta? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fl-iskejjel jingħataw tip ta' injection biex nilqgħu għal din l-epidemija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant illi m'hemmx epidemija ta' Meninġite tip C f'Malta. Ma hemmx raġuni medika sa llum, għaliex il-vaċċin tal-Meninġite tip C tingħata fl-iskejjel.

Djar — Allokazzjoni ta' post

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-individwu, li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament, hux se jieħu l-post li kellu f'No 36, Sqaq 2, Brittaniku Street, Tarxien fejn kien tiegħu personali? Jekk le, x'tip ta' kumpens se jieħu tal-proprjeta' li kellu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M'hix il-policy, meta jinħarġu nies minn djarhom għal proġetti ta' slum clearance, li jerġgħu jiġu allokati fil-post il-ġdid li jkun inbena flok tagħhom. Dwar kumpens, il-persuna indikata għandha tkellem lid-Dipartiment tal-Art, u tiġi mgħarrfa kemm se jkun, jekk għadha ma rċievitx in-"notice to treat" fejn ikun hemm indikat il-prezz li se titħallas. 12.5.99
Leg 9 PQ #5528 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Port Ħieles — Equipment operators

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fil-Freeport Terminal qatt ħarġet vakanza għal equipment operators għax-xahar ta' Marzu 1999? Jekk iva, għaliex individwi rċevew karta li issa dan ir-reklutaġġ ġie mwaqqaf wara li bagħtu għalihom għall-interview? Hemm il-ħsieb li jerġa' jinfetah? Jekk iva, se jibgħatu għal dawk il-persuni li bgħatu għalihom għall-interviews ma' l-ETC?

Response (BONNICI, JOSEF)

Dwar l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija numru 5411 mogħtija fis-seduta numru 75. Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija nixtieq ninforma li hija l-proċedura stabbilita f'azjendi parastatali, inkluż il-Port Ħieles, li biex isir reklutaġġ, l-ewwel issir talba lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.
Leg 9 PQ #5533 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Petroleum Division

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta fil-Petroleum Division ġewwa Ras Ħanżir ingħatawx overtime għal Jannar u Frar? Jekk iva, jista'l-Ministru jgħid kemm ammonta ras għal ras?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul Jannar u Frar 1999 il-Korporazzjoni Enemalta ħallset is-somma totali ta' Lm8786.26c f'sahra lill-ħaddiema fit-Taqsima tal-Petroelum ġewwa Ras Ħanżir. Ras għal ras kull ħaddiem irċieva s-somma ta' Lm 418.39c f'xahrejn.
Leg 9 PQ #5349 Sitting 95 1999-05-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu nies jaħdmu mal-gvern mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi mill-5 ta' Settembru 1998 sa l-aħħar ta' Frar 1999, daħlu jaħdmu mal-Gvern 475 persuna. Minn dawn, 201 kienu ħatriet li ġew rakkomandati qabel il-5 ta' Settembru 1998.
Leg 9 PQ #5350 Sitting 95 1999-05-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Pilloli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pilloli out of stock li hemm fl-ispiżeriji ta' dawn iċ-ċentri tas-saħħa: Raħal Ġdid, Furjana, Qormi, Rabat, Gżira u Mosta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-pilloli li kienu 'out of stock' fl-4 ta' Marzu 1999 fl-ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa imsemmija huma: Raħal Ġdid Ergotamine compound tablets Hyoscine butylbromide tablets Senna tablets Furjana Pancrex V forte tablets Senna tablets Qormi Senna tablets Gżira Tamoxifen tablets Salbutamol tablets Sotalol tablets Mosta Hyoscine butylbromide tablets Metoprolol tablets Pancrex V forte tablets Rabat m'hemmx spiżerija fiċ-Centru tas-Saħħa ta' dan il-Lokal
Leg 9 PQ #5351 Sitting 95 1999-05-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Port Ħieles — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk daħlux nies jaħdmu fil-Freeport mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jekk iva, kemm? Taħt liema gradi daħlu? Hemm il-ħsieb li jidħlu aktar ħaddiema? Jekk iva, meta? Xi gradi hemm bżonn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perjodu msemmi, fil-Freeport ġew impjegati 13-il persuna f'dawn il-gradi: 1 skrivan, 2 planners, 1 assistant manager operations, 1 system network support, 2 supervisors/purchasing officers, 3 mechanics, 1 equipment operator u 2 electrical/electronics technicians. Rigward ingaġġ ta' ħaddiema fil-futur, dan isir meta l-interessi tal-Korporazzjoni ikunu jitolbu dan.
Leg 9 PQ #5356 Sitting 95 1999-05-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Raħal Ġdid - Kindergarten

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex twaqqaf ix-xogħol fl-iskola tal-kindergarten fi Triq Brittanja, Raħal Ġdid? Veru li fi żmien gvern Laburista dan ix-xogħol kien se jibda? Veru li kien hemm il-pjanti? Min kien il-perit? Meta huwa ppjanat li jsir ix-xogħol? Il-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid se jingħata sala għall-ġid tat-tfal u ż-żgħażagħ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol fiċ-Ċentru tal-Kindergarten fi Triq Brittanja, Raħal Ġdid għadu ma nbediex għaliex id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għandha prijoritajiet oħra fil-Programm ta' Xogħlijiet Kapitali fl-Iskejjel. Informat ukoll li kienu saru l-pjanti u t-tħejjijiet meħtieġa biex jibda l-proġett bħalma jsiru tħejjijiet fuq diversi proġetti oħrajn fl-iskejjel. Il-Perit inkarigat għall-proġett tal-kindergarten f'Raħal Ġdid hu l-Perit Lawrence Mintoff. Il-proġett jinkorpora wkoll sala li tista' tintuża mill-Kunsill Lokali ta' Raħal il-Ġdid b'risq il-komunita' lokali. Wieħed japprezza li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fiċ-ċirkostanzi trid tqis sew il-proritajiet tagħha.
Leg 9 PQ #5362 Sitting 95 1999-05-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tħaffir għaż-żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu r-riżultati dwar it-tħaffir għaż-żejt ġewwa Kerċem, Għawdex?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Kif intqal fl-istqarrija maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fil-15 ta' Marzu 1999, ġiet studjata il-possibilita li jsiru nterventi fil-bir bil-għan li tista tiżdied il-produzzjoni tal-gass li nstab waqt il-provi. Intervent ta' din ix-xorta qed isir bħalissa permezz ta' tħaffir ta' toqba oriżżontali fiż-żona fejn instab il-gass. Dan ix-xogħol mistenni jkun lest sa l-aħħar ta' Mejju.
Leg 9 PQ #5363 Sitting 95 1999-05-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Sahra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw flus f'overtime fl-Isptar San Luqa? Jista' l-Ministru jagħti dan it-tagħrif fi gradi u kemm ħadu flus f'overtime?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex ikun iktar speċifiku dwar il-perjodu ta' żmien li għalih qed jitlob l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #5343 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Każi ta' overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nies l-isptar San Luqa b'overdose mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum? Jista' jagħti l-eta' tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-1 ta` Jannar 1999 u l-15 ta` Marzu 1999 kien hemm 57 każ ta` overdose li attendew San Luqa, 30 kienu rġiel u 27 kienu nisa. L-etajiet kienu kif gej:- Eta` Rġiel Nisa -------------------------------------------------- ------ taħt 20 sena 3 3 20-29 11 4 30-39 sena 4 2 40-49 sena 7 5 fuq 50 sena 1 8 mhux magħruf 4 5 -------------------------------------------------- ------- Total 30 27 -------------------------------------------------- ------- Minn dan in-numru ġew amessi '29' skond kif ġej: KATEGORIJA -------------------------------------------------- -------- ETA` A B C TOTAL -------------------------------------------------- -------- 0-4 5 0 0 5 15-19 0 0 3 3 20-24 0 0 7 7 25-29 0 0 3 3 30-34 0 0 0 0 35-39 0 0 3 3 40-44 0 0 4 4 45-49 0 0 1 1 50-54 0 0 3 3 -------------------------------------------------- -------- TOTAL 5 0 24 29 -------------------------------------------------- -------- Nagħtu spjegazzjoni tal-kategoriji: Kategorija A: Avvelenament aċċidentali minn kimika u sustanzi noċivi (Accidental poisoning by exposure to chemicals and noxious substances: ICD-10 codes X40 - X49). Kategorija B: Avvelenament intenzjonat bi drogi, medikamenti, sustanzi bijoloġiċi, kimika u sustanzi noċivi (Intentional self-poisoning by drugs, medicaments, biological substances, chemicals and noxious substances: ICD-10 codes X60 - X69). Kategorija Ċ: Avvelenament minn kimika u sustanzi noċivi, fejn l-intenzjoni ma kenitx stabbilita (Poisoning by and exposure to chemicals and noxious substances, undetermined intent - ICD-10 codes Y10 - Y19).
Leg 9 PQ #5344 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rave parties

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il permess ingħata għal rave parties mill-1 ta' Jannar, 1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar u s-6 ta' Mejju, 1999, il-Pulizija kienet approvat permess wieħed għall-rave party. Pero` din l-attivita` kienet ġiet imħassra mill-organizzatur. 11.05.99 (a.m.)

Anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani ta' l-eta' bejn il-61 u s-70 sena, is-70 u t-80 sena, bejn il-81 u d-90 sena, bejn il-91 u 104 sena? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti taħt is-60 sena? Jista' l-Ministru jagħti n-numru, eta' b'eta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru t'anzjani skond l-etajiet mitluba huwa hekk: Anzjani bejn 60 sa 70 - 34,856 Anzjani bejn 71 sa 80 - 23,257 Anzjani bejn 81 sa 90 - 8,052 Anzjani bejn 91 sa 104 - 1,209 Mhux ċar x'irid l-Onor. Interpellant fit-tieni parti tal-Mistoqsija. Pazjenti ta' fejn? 11.5.99
Leg 9 PQ #5346 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ta' l-Istat - Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx għalliema nieqsa fl-iskejjel statali? Jekk iva, f'liema skejjel qegħdin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat illi fil-Junior Lyceums, Skejjel Sekondarji, Skejjel Primarji u Skejjel tas-Snajja' bħalissa hemm dawn l-għalliema nieqsa: Mrieħel Girls' Junior Lyceum - Għalliema - Computer S'hurst Girls' Junior Lyceum - Għalliema - Computer Naxxar Boys' School - Għalliema - Art'Craft Mtarfa Boys' Secondary - 6 Lezzjonijiet tal-Computer Umberto Calosso - 12-il lezzjoni tal-Physics Qegħdin jittieħdu l-passi kollha neċessarji biex dawn il-vakanzi jimtlew mill-aktar fis possibbli. Fl-iskejjel ta' l-Edukazzjoni Speċjali hemm dawn l-għalliema neqsin: Floriana - Special Education Centre - 4 Ħamrun - 'Guardian Angel' School - NIL Msida - 'Mater Dei' School - 1 Msida - 'Sta Marija' Day School - 1 Qrendi - Special School - 3 Sannat Gozo - Special Unit - 1 St Andrew's - 'San Miguel Corderro' School - NIL Wardija - 'Dun Manuel Attard' School - NIL Total - 10 Fis-Settur Post-Sekondarju, hemm nieqes għalliem wieħed fl-iskola Salvatore Demech ta' Tarġa Gap. Is-suġġett mhux kopert hu "Computer Graphics".

Sptar San Vinċenz de Paule — Trasferimenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fl-Isptar San Vinċenz de Paule u jagħti d-dettalji post b'post u isem b'isem ta' fejn u min ingħata transfer?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 11.5.99
Leg 9 PQ #5348 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fl-Isptar San Luqa? Jista' l-Ministru jgħid, post b'post u isem b'isem, ta' fejn u min ingħata t-transfers?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika għall-liema perjodu qed jirreferi.