Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li l-isem tagħha qed jintbagħat separatament, jingħata l-home help minħabba problemi ta' mard?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-applikazzjoni għal "Home Help" tal-persuna indikata waslet fid-Dipartiment fil-5 ta' Mejju 1999. Jidher li din il-persuna għandha biss 51 sena u skond ir-rapport mediku hija indipendenti.
Wara li jsir ir-rapport tas-"Social Worker" tittieħed deċiżjoni finali dwar dan il-każ.
19.5.99
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5238 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tgħid meta se jibda x-xogħol ta' resurfacing u upgrading fuq il-Ġnien 6 ta' Awissu li jinsab ħdejn il-Marbelt Dept. Store fil-Marsa? Veru li l-gvern preċedenti alloka Lm15,000 għal dan ix-xogħol? Jekk iva, x'sar mill-fondi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ix-xogħol indikat mill-Onorevoli Interpellant qed jiġi kkunsidrat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jsiru lifts fl-appartmaenti (flats) Fi Triq Sant'Anna ġewwa l-Furjana minħabba li l-maġġoranza tar-residenti huma anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fi ftit ta' ġranet oħra ser tiġi imħabbra l-Iskema għall-installar ta' "lifts' fi blokki tal-Gvern. Ir-residenti ta' dawn il-blokki jkunu jistgħu japplikaw.
19.5.99
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4337 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' tista' tagħti lista tal-mediċini bil-prezz tagħhom kif kien sa Settembru 1998 u kif inhu issa, Jannar 1999?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħti l-lista tal-mediċini li qed jirreferi għaliha.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4547 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tgħid fiex wasal il-Proġett ta' Rebirth 2000?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-progett `Rebirth 2000` kien inizjattiva ta` 11 il-Kunsill Lokali.
Il-Kunsilli Lokali involuti kienu qed ifittxu fondi minn sorsi barranin biex ighin fil-finanzjament tal-proġett. S`issa ma rriżulta xejn f`dan ir-rigward u ghalhekk il-proġett ghadu wieqaf.
Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jirranġa l-bankina ta' Triq Paola Hill u Valletta Road, Raħal Ġdid wara x-xogħol li sar minħabba l-estensjoni tal-ħabs?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-bankina li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ġiet maqluha mill-Enemalta biex jingħata servizz lill-Faċilita`. Din il-bankina trid tiġi rranġata mill-istess Enemalta u l-awtoritajiet tal-Ħabs qed jieħdu l-passi neċessarji biex dan ix-xogħol isir kemm jista` jkun malajr.
19.05.99 (a.m.)
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinfetaħ dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa? Jekk iva, kemm hemm anzjani fil-waiting list minn dik l-area?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Iva, qiegħed jiġi ppjanat li għandha tinfetaħ Dar ta' l-Anzjani fil-Mellieħa.
In-numru t'anzjani fil-'waiting list' li joqgħodu f'din l-area huwa 93.
Dawn huma mqassma hekk:
Mġarr 1
Burmarrad 1
Mellieħa 3
Mosta 12
Rabat 68
San Pawl 5
Buġibba 1
Mtarfa 2
TOTAL 93
19.5.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-dar ta' l-anzjani f'Bormla hijiex se titmexxa mill-privat bħad-dar taż-Żejtun jew mill-gvern stess? Jekk se titmexxa mill-privat, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema kuntrattur se jmexxi din il-home?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Huwa ppjanat li d-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla għandha titmexxa mill-privat. Għadu kmieni biex wieħed jgħid liema kuntrattur se jmexxi din id-Dar. Iridu jinħarġu t-tenders sabiex jintgħażel il-kuntrattur.
19.5.99
Jista' l-Ministru jara li jsiru lights (flash) fuq zebra crossing ta' Triq Qormi, Marsa, quddiem dar Numru 135, minħabba l-urġenza tal-każ peress li t-talba ilha tiġi mitluba?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta` l-Onorevoli Interpellant qed tiġi ikkunsidrata flimkien ma` talbiet oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li ssir reserved parking quddiem ir-residenza, 59 Triq Pompei Rabat, Għawdex, peress li hemm persuna b'diżabilita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuna konċernata applikat għall-'Reserved Parking' quddiem ir-residenza tagħha. Din it-talba ma setgħetx tintlaqa' mit-'Traffic Control Board' u għalhekk il-Mistoqsija għandha ssir lill-Ministru konċernat.
18.5.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet tesa' nies id-dar tal-Furjana għall-anzjani qabel ġiet irranġata? Jista' jgħid kemm daħlu pazjenti ġodda u minn fejn huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-dar ta' l-Anzjani tal-Furjana kienet tesa' 29 persuna. Il-lum li ġiet irranġata tesa' 47 persuna.
In-numru ta' residenti ġodda li daħlu f'din id-dar huwa 17 u huma minn dawn l-Ibliet:
Ħamrun 2
Sliema 1
B'Kara 1
Gżira 1
Żabbar 1
Floriana 8
Valletta 2
Marsa 1
Il-ġimgħa d-dieħla (17.05.99 u 19.05.99) ser jidħlu sitt (6) persuni oħra ġodda f'din id-dar u huma minn dawn l-ibliet.
Ħamrun 2
Valletta 1
Paola 1
Sta. Luċija 1
SVPR (Luqa) 1
18.5.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm swiet l-ispiża għall-gvern sakemm kien qiegħed isir ix-xogħol fid-dar ta' l-anzjani fil-Furjana u r-residenti kienu rikoverati f'Villa Messina?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-ftehim li kien sar ma' Villa Messina Limited huwa ta' natura kummerċjali u ma jistgħax jiġi pubblikat iżda nixtieq nassigura lill-Onor. Membru li huwa irħas milli qed iħallas il-Gvern għal kull anzjan li huwa residenti fid-Dar ta' l-Anzjani taż-Żejtun.
18.5.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk barra r-residenti li kien hemm fid-dar ta' l-anzjani fil-Furjana ddaħlux residenti oħra ġewwa Villa Messina minn barra? Jekk iva, kemm? Kemm kien ilhom li applikaw? Minn fejn huma u jekk humiex fis-sodda (bedridden)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Barra dawk tal-Furjana, ma ddaħlux residenti oħra ġo Villa Messina minn barra.
Kien hemm numru żgħir ta' 'Respite Cases' li daħlu Villa Messina li sa llum kollha rritornaw lura lejn djarhom.
18.5.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm reġistrati li jużaw is-servizz ta' inkontinenza (Ħrieqi)? Kemm minnhonm jeħduhom b'xejn u kemm jieħdu kull xahar? Fil-każ li mhux kollha b'xejn, kemm jeħduhom b'xejn u għaliex dawn biss? Kemm jiswew kull xahar ta' b'xejn u kieku kellhom jeħduhom kollha?
Dawk li jħallsu għalihom, bil-kemm jixtruhom (il-kbar għall-anzjani) kemm hu s-sussidju tal-gvern u kif joħorġu t-tenders? Kemm tiġi n-nefqa f'sena kieku kellu jħallashom il-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni reġistrati li jużaw is-servizz ta' l-inkontinenza f'Marzu 1999 huwa:
Skema A 616
Skema B 1303
Dawk ta' skema A jeħduhom b'xejn u jieħdu kull xahar ammont li jkun ġie allokat lilhom skond id-diżabilita' tagħhom u fejn hemm massimu ta' 112. Dawn jeħduhom b'xejn għax persuni b'diżabilita' u mill-bidu nett kien ġie deċiż li dan is-servizz ikun b'xejn. Dawn jiswew madwar Lm8,000 fix-xahar.
Kieku ta' skema A u ta' skema B kellhom jeħduhom kollha b'xejn huwa stmat li l-ispejjeż jitilgħu għal madwar Lm45,000 fix-xahar.
Il-prezzijiet ta' dawk li jħallsu għalihom ta' skema B huma hekk:
'Normal' Small at 9c5
Medium at 13c
Large at 15c7
'Extra Absorbent' Small at 10c2
Medium at 15c2
Large at 18c8
Is-sussidju tal-Gvern għal skema B huwa ta' 3c kull 'nappy'.
It-tender għas-servizz ta' l-inkontinenza joħroġ kull sentejn.
Kieku kellu jħallas kollox il-Gvern in-nefqa titla għal madwar Lm540,000 fis-sena.
Tajjeb li wieħed isemmi li kieku ma kienetx għall-introduzzjoni ta' l-iskema B f'dan is-servizz, kieku dawn il-ħrieqi kienu jiġu ferm aktar għoljien kieku jinxtraw mir-'retailers'.
18.5.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħidilna x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern rigward il-pensjoni ta' żewġ terzi fejn jirrigwardja lill-ex-ħaddiema tas-Servizzi Ingliżi u jekk hux se jkompli fuq dak li kien beda l-Gvern Laburista, voldieri li dawn jibdew jieħdu pensjoni ta' 2/3 u bl-ebda tnaqqis?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, jiżdidilha l-ħin tal-home help peress li għandha 'l fuq minn 80 sena, tgħix waħidha u ma għandha support ta' ħadd?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-laqgħa tal-Bord tal-4 ta' Mejju, 1999, il-Bord approva żieda ta' sagħtejn (2) fil-ġimgħa għas-servizz ta' "Home Help" lil persuna li isimha ġie mogħti separatament.
18.5.99