Jista' l-Ministru jara li jsir reserved parking quddiem ir-residenza, 59 Triq Pompei, Rabat, Għawdex peress li hemm persuna b'diżabilita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
'Reserved Parking areas' quddiem residenzi ta' persuni b'diżabilita' jiġu approvati mill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku fuq parir tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' taħt ċerti kundizzjonijiet fosthom li dawn ma joħolqux problemi ta' traffiku. Il-każ partikolari ġie rakkomandat mill-Kummissjoni pero l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku ma laqgħax din ir-rakkomandazzjoni minħabba problemi ta' traffiku.
8.6.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, hemmx il-ħsieb li tingħata post peress li l-post li tgħix fih huwa ikkundannat u perikoluż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tkun ikkunsidrata ma oħrajn simili.
8.6.99
Jista' l-Ministru jara li l-pazjenta li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament ma' din il-mistoqsija, issirilha transfer minn Mount Carmel Hospital għal St. Vincent de Paule?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-deċiżjonijiet fuq trasferimenti ta' pazjenti minn sptar għall-ieħor għandhom jittieħdu mill-management bl-għajnuna tal-professjonisti li jaħdmu magħhom. Il-kriterji għal kull trasferiment ta' pazjenti huma biss dawk mediċi.
Jista' l-Ministru jara li titwaħħal telephone box quddiem l-istage tal-karozzi tal-linja fi Triq Paola Hill ħdejn il-Paola Wolves, peress li hija bżonnjuża għar-residenti u mijiet ta' studenti?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta beħsiebu jwettaq il-wegħda li kien hemm fl-aħħar Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista fuq paragrafu 18 li romol mhux se jibqgħu jiġu ntaxxati bħala ġuvintur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant li billi l-Mistoqsija tiegħu tirreferi għat-taxxa fuq l-income li jkollhom iħallsu r-romol, din jressaqha lill-Onor. Ministru tal-Finanzi.
31.5.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-post, li l-partikolarijiet tiegħu qed jintbagħtu separatament, huwiex tal-Housing Authority? Jekk iva, jista' jgħid jekk huwiex battal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-fond indikat, li hu propjeta' tal-Gvern, hu mikri.
31.5.99
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma (u jekk jista' jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra) l-kriterji u ż-żmien biex wieħed jaddotta tfal minn barra minn Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kriterji lokali biex wieħed jadotta tfal minn barra minn Malta huma dawk indikati fil-Kodiċi Ċivili dwar l-Adozzjoni: fosthom illi koppja tkun tista' tħares l-aħjar interessi tal-minuri li tkun ser tadotta u tkun ilha miżżewġa ħames snin; illi r-raġel jew il-mara jkunu għalqu t-tletin sena u ma jkunux għalqu s-sittin sena u li l-wieħed jew l-oħra jkunu wieħed u għoxrin sena akbar mill-minuri. Persuna weħidha tista' tadotta.
Il-kriterji barranin ivarjaw minn pajjiż għal ieħor imma l-interessi tal-minuri li jkun ser jiġi adottat huma dejjem ewlenin skond konvenzjonijiet internazzjonali.
Adozzjonijiet mir-Rumanija u mill-Albanija huma regolati bi ftehim bi-laterali bejn iż-żewġ pajjiżi. Dokumentazzjoni dwar il-koppja tintbagħat lill-kumitati kompetenti f'dak il-pajjiż u dokumentazzjoni dwar il-minuri li ser ikun adottat, jiġifieri sfond soċjali u ċertifikati mediċi u oħrajn, jintbagħtu lill-koppja f'Malta permezz tad-Dipartiment Ħarsien tal-Familja.
Iż-żmien meħud biex wieħed jadotta tfal minn barra minn Malta jiddependi minn każ għal każ. Fin-normalita' tal-każi dan jieħu minn sena sa sentejn.
Importanti li, qabel ma koppja jew persuna tadotta, tieħu parir espert jew tmur fit-Taqsima ta' l-Adozzjonijiet, Dipartiment Ħarsien tal-Familja, Santa Venera.
31.5.99
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7103 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u li ġiet riferuta lilha u cioe': tista' tara li jsir reserved parking quddiem ir-residenza, 59 Triq Pompei, Rabat, Għawdex peress li hemm persuna b'diżabilita'?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 7104 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u cioe': jista' jgħid x'sar min-negozjati biex jiġi rranġat ġnien Pawlu Boffa f'Raħal Ġdid? Hemm il-ħsieb li l-funtani jibdew jaħdmu? Hemm il-ħsieb li s-siġar jinżabru? Hemm il-ħsieb li l-gabbana tinfetaħ? Hemm il-ħsieb li tiġi rranġata l-irħama li tikkommemora lil Pawlu Boffa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpelant għar-risposta għal mistoqsija parlamentari PQ No. 5016.
Jista' l-Ministru jara li l-ikel fl-Isptar San Luqa jkun ta' kwalita' tajba peress li f'Sala M7 l-ikel fil-għaxija qed jiġi servut kiesaħ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-infermiera nkarigata mis-sala M7 stqarret li ma kien hemm l-ebda lmenti fuq ikel kiesaħ ma'l-istaff tas-sala f'dawn l-aħħar żminijiet. Stqarret ukoll li t-trolley ta'l-ikel, li hu wieħed mill-mudelli riċenti fl-isptar, jasal jaħraq fis-sala u li jsaħħnu l-platti ta'l-ikel qabel ma jservu fihom. Is-sala kollha tiġi servuta fi żmien 15-20 minuta.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6257 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tara li jsir reserved parking quddiem ir-residenza, 59 Triq Pompei Rabat, Għawdex, peress li hemm persuna b'diżabilita'?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
24.05.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid x'sar min-negozjati biex jiġi rranġat ġnien Pawlu Boffa f'Raħal Ġdid? Hemm il-ħsieb li l-funtani jibdew jaħdmu? Hemm il-ħsieb li s-siġar jinżabru? Hemm il-ħsieb li l-gabbana tinfetaħ? Hemm il-ħsieb li tiġi rranġata l-irħama li tikkommemora lill-Pawlu Boffa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-għalliema fl-iskejjel tal-Knisja se jieħdu s-somma ta' Lm234 li l-għalliema fl-iskejjel statali ilhom ix-xhur li ħadu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-talba li saret mill-Awtoritajiet tal-Knisja sabiex l-għalliema fl-iskejjel tagħha jieħdu s-somma ta' Lm234 kull wieħed qed tkun ikkunsidrata. Hu mistenni illi tittieħed deċiżjoni dwar dan fl-iqsar żmien possibbli.
Jista' l-Ministru jara għaliex l-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, naqsulha l-ħin tal-home help meta bħalissa tinsab fi problema ta' dawl fl-għajnejn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament f'Marzu 1999 żdiedulha sagħtejn oħra ta' Home Help f'Marzu li għadda.
Ma jirriżultax li kellha tnaqqis ta' siegħat.
24.5.99
Jista' l-Ministru jara li cable tad-dawl quddiem u mar-residenza, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, jinħareġ 'l barra mill-faċċata tad-dar minħabba l-periklu ta' high tension, peress li huwa 3 phase u wara li xogħol simili sar f'toroq oħra?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li għalkemm mhemmx periklu mill-linji tal-low tension fl-inħawi indikati mill-Onorevoli Interpellant, dawn il-linji ser jinħarġu l-barra kif sar f`toroq oħra fl-inħawi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-regolamenti dwar turġien ta' fuq il-bankini, peress li xi kultant minħabba fihom wheelchair ma jkunx jista' jgħaddi?
Response (GATT, AUSTIN)
Gejt infurmat li turgien kostruwiti fuq il-bankini huma meqjusa bhala encroachment skond il-Kodici tal-Pulizija, Cap. 10.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-liġi tal-kera għal min jikri dar tiegħu lill-privat tinbidel? Jekk iva, x'tip ta' tibdil hemm il-ħsieb li jsir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed nistenna r-rapport finali tal-Kummissjoni dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet tal-Kera li kienet twaqqfet xi żmien ilu. Għalhekk għadu prematur li nagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.
24.05.99
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 5448, li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li ġiet riferuta lilek, ċioe' jista'jara għaliex il-persuna anzjana, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ħaditx overtime li kienet għamlet mill-1 sat-30 ta' Settembru, 1997 fil-Ġnien tax-Xlejli, l-Gudja bħala watchman tal-PWD?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-persuna msemmija li l-partikolaritajiet tagħha intbagħtu separatament spiċċat mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fis-16 ta' Settembru 1994 u qatt ma rritornat lura lejn dan id-Dipartiment. Minn informazzjoni oħra li ġbarna nstab li dan ġie 'medically boarded out' fil-15 ta' Awissu 1997, mill-VAT Department, jiġifieri ma setax ħadem overtime f'Settembru 1997 aktar u aktar ma' dan id-Dipartiment wara li dan kien spiċċa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-eta' ta' l-irtirar mix-xogħol issir ta' aktar minn 61 sena? Jekk iva, kemm se tkun l-eta' u meta se tiġi fis-seħħ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li diga' kelli l-opportunita', fil-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari, li ninforma lil din il-Kamra dwar il-pożizzjoni ta' dan il-Gvern fir-rigward tal-pensjonijiet ta' pajjiżna. Għaldaqstant nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġibiet tiegħi għal mistoqsijiet tiegħu, numru 3985 u numru 4335.
Fil-ġimgħat li għaddew ħabbart il-ħatra taċ-Ċhairman tal-Kummissjoni Nazzjonali. Dalwaqt jitħabbru r-rappreżentanti l-oħra fuq din il-Kummissjoni biex tkun tista' tibda l-istudji tagħha biex fl-aħħar twassal rakkomandazzjonijiet dwar xi tibdil li jkun meħtieġ fl-iskema tal-pensjoni.
Nerġa' nappella lill-Oppożizzjoni Laburista biex taċċetta l-istedina tal-Gvern biex ninomina rappreżentant fuq din il-Kummissjoni Nazzjonali.
24.05.99