Jista' l-Ministru jara li l-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata servizz urġenti ta' home help peress li tgħix waħedha u permezz ta' din l-għajnuna tkun tista' tkompli tgħix id-dar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-applikazzjoni ta' din il-persuna, li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament, waslet fid-Dipartiment fit-22 ta' Ġunju 1999. Din issa tiġi pproċessata u l-Bord jiddeċiedi tingħatax dan is-servizz jew le. Pero', mill-parti medika ta' din l-applikazzjoni ma jidhirx li dan il-każ jimmerita xi urġenza.
30.06.99
Jista' l-Ministru jara li l-flats f'Telgħet Paola, Raħal Ġdid Skema 2/3, Block 2 u Block 1 jitbajdu fil-komun minħabba l-ħmieġ u d-dehra ta' telqa li hemm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien għaddejt dan il-każ lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għal azzjoni meħtieġa. Jien infurmat li x-xogħolijiet diġa ġew approvati.
30.06.99
Jista' l-Ministru jara li s-sinjuri, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, jingħatalhom is-servizz tal-home help minħabba l-urġenza tal-każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-applikazzjoni daħlet illum, 18 ta' Ġunju 1999 u intbagħtet sabiex isir l-assessment ta' din il-koppja.
21.06.99
Jista' l-Ministru jispjega r-raġuni għaliex id-detail ta' l-uffiċjali tal-ħabs ittieħdet mingħand uffiċjal tal-ħabs bir-rank ta' supervisor u ngħata lil Surġent tal-Pulizija li jiġu rank anqas?
Jista' l-Ministru jgħid kif dan jinkwadra fil-policy dikjarata tal-gvern li l-ħabs irid jitmexxa bl-uffiċjali korrettivi u jħossx li din il-miżura tista' tidher bħala vot ta' sfiduċja fil-korp tal-gwardjani tal-ħabs?
Response (BORG, TONIO)
Peress li riċentement infetħet it-taqsima l-ġdida taż-żgħażagħ, inħasset il-ħtieġa li uffiċjal fi grad ta' Supervisor jieħu ħsieb l-amministrazzjoni ta' din it-taqsima. Dan sar sabiex il-programm li ġie mfassal jiġi attwat għal benefiċċju tar-residenti li hemm fl-istess taqsima.
Ninsab infurmat li s-supervisor li kien jieħu ħsieb id-detail ta' l-uffiċjali tal-Ħabs ġie mogħti r-responsabbilita` ta' l-amministrazzjoni ta' din it-taqsima ġdida filwaqt li r-responsabbilita` tad-detail ta' l-uffiċjali ġiet mogħtija lill-surġent li jaħdem fil-Ħabs u li għandu esperjenza ta' dan ix-xogħol.
Għandu jingħad li kull min jaħdem fil-Faċilita`, kemm jekk hu membru tal-Korp tal-Pulizija u kemm jekk hu gwardjan, huwa uffiċjal tal-ħabs u m'għandux ikun hemm distinzjoni bejn wieħed u l-ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid taħt liema parti mill-kuntratt tax-xogħol tagħhom bħala Assistant Manager fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, żewġ Assistant Managers għandhom l-użu ta' karozza tal-gvern li jużawha għall-bżonnijiet personali u familjarji tagħhom, jeħduha u jżommuha magħhom meta jispiċċaw mix-xogħol u l-ispejjeż huma kollha mħallsa minn fondi pubbliċi?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm inħela petrol b'dawn il-karozzi allokati lill-Assistant Managers mill-1 ta' Jannar, 1999?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li m'hemm xejn stipulat fil-kuntratt tax-xogħol tal-Assistant Managers li dawn ikollhom l-użu ta' karozza tal-Gvern. Fil-preżent hemm żewġ Assistant Managers li qed jużaw il-karozza tas-servizz biex imorru d-dar wara x-xogħol u jiġu lura għax-xogħol u mhux għall-bżonnijiet personali u familjari tagħhom. Dawn il-karozzi ma jintużawx esklussivament minn dawn l-Assistant Managers iżda jintużaw ukoll għal xogħol ieħor.
Ninsab infurmat ukoll li l-ammont ta' petrol li ġie użat bejn Jannar u Mejju ta' din is-sena hu kif ġej : -
Vettura Jannar Frar Marzu April Mejju
------- ------ ---- ----- ----- -----
GVN 268 124.05 87.23 92.31 88 70.72
Opel Kadett litru litru litru88 litru litru
GVN 328 101 105.55 30.76 90 68.84
Renault 5 litru litru litru litru litru
Jista' l-Viċi Prim Ministru issa jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7610 u ċioe' jista' jgħid jekk f'każ ta' post mikri mill-gvern lill-anzjan jew anzjana li mbagħad jidħlu f'San Vinċenz de Paule, il-gvern għandux dritt li jieħdu lura? X'inhi l-policy?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-policy tad-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali hi li jieħu lura djar fejn jirriżulta li l-inkwilin ma jkunx għadu qiegħed jokkupa d-dar bħala residenza ordinarja tiegħu mingħajr raġuni valida.
17.6.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata s-servizz tal-home help peress li ilha titlob dan is-servizz iktar minn sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament applikat għas-Servizz tal-Home Help fil-25 ta' Settembru 1998. Skond l-applikazzjoni tagħha, hija "għandha bżonn min jgħinha fil-ħasil tad-dar".
Il-Bord wara li reġa' kkonsidra din l-applikazzjoni għal darbtejn, dehrlu li l-applikanta għadha relattivament indipendenti u m'approvax li jingħata dan is-servizz.
14.6.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk f'każ ta' post mikri mill-gvern lill-anzjan jew anzjana li mbagħad jidħlu f'San Vinċenz de Paule, il-gvern għandux dritt li jieħdu lura? X'inhi l-policy?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta għal din il-Mistoqsija tingħata f'xi Seduta oħra.
14.6.99
Jista' l-Ministru jara li ssir card phone fi Triq Luqa, Paola/Tarxien minħabba l-bżonn anke biex jużawha t-turisti peress li hija qrib ukoll tal-Hypogeum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fit-triq imsemmija diġa' hemm tlitt cardphones. Tnejn minnhom jinsabu f'kull tarf tat-triq u l-oħra fin-nofs tagħha.
Madankollu l-Maltacom ser tikkonsulta mal-Kunsill Lokali konċernat biex jiġi stabbilit jekk hemmx lok li titpoġġa cardphone oħra qrib fejn jipparkjaw il-coaches li jieħdu t-turisti l-Hypogeum.
Tajjeb jingħad li bħalissa l-Maltacom għandha 17-il cardphone f'Paola u 8 f'Hal Tarxien.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6971 u ċioe' jista' jara għaliex il-persuna anzjana, li l-partikolaritajiet qed jintbagħtu separatament, għadha ma ħaditx overtime li kienet għamlet mill-1 sat-30 ta' Settembru, 1987 fil-Ġnien ix-Xlejli, l-Gudja bħala watchman tal-PWD?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ma seta' jinstab l-ebda record li l-persuna li l-partikolaritajiet tagħha ingħataw separatament ħadmet xi overtime tnax-il sena ilu, ċioe bejn l-1 u t-30 ta' Settembru 1987 u ma tħallsitx tiegħu.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7552?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li ftit metri bogħod minn fejn qed jiġi issuġġerit li titwaħħal cardphone, diġa' teżisti waħda. Fiċ-ċirkostanzi, il-Maltacom ma jidhrilhiex li għandha titwaħħal cardphone oħra f'distanza hekk qasira.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huma s-CSAs jaħdmu mad-Dipartiment Kura ta' l-Anzjani? Kif inhuma mqassma? Kemm daħlu ġodda mid-9 ta' Settembru, 1998? Dawk li daħlu mid-9 ta' Settembru fejn qegħdin jaħdmu? Kemm irriżenjaw mit-8 ta' Settembru, 1998? Fejn kienu jaħdmu u x'kienet ir-raġuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
9.6.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jinfetħu vakanzi ta' mpjiegi fl-Air Malta din is-sena? Jekk iva, xi gradi huma?
Response (BONNICI, JOSEF)
Apparti mill-ingaġġ staġjonali ta` kull sena ta` ħaddiema fuq bażi każwali, jekk u meta jinħass il-bżonn li jimtlew xi vakanzi oħra, dawn ikunu avżati permezz ta` sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet jew inkella permezz ta` talba lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħrig skond ma` jkun il-każ.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, tidħol urġenti St. Vincent de Paule għaliex mhux fi stat li tgħix id-dar waħedha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma jidhirx li din il-persuna għamlet applikazzjoni sabiex tidħol fir-Residenza San Vinċenz. Meta ssir din l-applikazzjoni, din il-persuna tiġi kkunsidrata skond id-dikjarazzjoni medika li tinkiteb fl-applikazzjoni.
8.6.99
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7235 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jwettaq il-wegħda li kien hemm fl-aħħar Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista fuq paragrafu 18 li romol mhux se jibqgħu jiġu ntaxxati bħala ġuvintur?
Response (DALLI, JOHN)
Din hi parti mill-liġi li qiegħda tiġi diskussa fil-parlament bħalissa.
B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6813 fil-5 ta' Mejju, 1999, jista' l-Prim Ministru jgħid x'qiegħed iżomm il-Public Service Commission milli tapprova r-rapport tal-Bord ta' Selezzjoni għal supervisor fil-Ħabs li skond informazzjoni li għandi ilu għandha 11-il xahar?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi:
ir-rapport tal-Bord ta' l-Għażla għall-post ta' Supervisor Korrettiv fil-Faċilita Korrettiva ta' Kordin li jġib id-data tat-2 ta' Ġunju 1998, wasal għand il-Kummissjoni fil-11 ta' Ġunju 1998;
jirriżulta li kien hemm korrispondenza għaddejja bejn il-Minsteru ta' l-Intern u l-Uffiċċju tiegħi rigward jekk kellhomx jimtlew postijiet ta' Supervisor u n-numru ta' vakanzi;
fit-2 ta' Diċembru 1998, il-Ministeru ta' l-Intern informa lill-Kummissjoni li l-proċeduri kellhom jinżammu pendenti sakemm tittieħed deċiżjoni;
fid-29 ta' April 1999 il-Kummissjoni rċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Kap tad-Dipartiment biex jimtela post ta' Correctional Supervisor;
l-Uffiċċju tiegħi ivverifika din ir-rakomandazzjoni fit-13 ta' Mejju 1999;
il-Kummissjoni approvat ir-rapport tal-Bord ta' l-Għażla u ppublikatu fil-21 ta' Mejju 1999;
ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għall-mili ta' dan il-post saret fl-
24 ta' Mejju 1999 u jien iffirmajtha fis-27 ta' Mejju 1999.