Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ingaġġ ta’ patoloġisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu patoloġisti fis-sena 2015 u jista’ jgħid ta’ liema nazzjonalità huma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispecifika għal-liema patoloġisti qiegħed jirreferi

Ingaġġ ta’ fiżjoterapisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu fiżjoterapisti fis-sena 2015 u jista’ jgħid ta’ liema nazzjonalità huma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sat-18 ta’ Settembru 2015, ġew ingaġġata wieħed u għoxrin (21)-il fiżjoterapista matul is-sena 2015 u dawn huma kollha Maltin

Djar tal-Anzjani tal-privat – sodod lill-gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Djar tal-Anzjani fil-privat li qed jagħtu sodod lill-gvern? Jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’sodod li qed jingħataw?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi,i l-Gvern għandu ftehim mas-segwenti: · Villa San Lawrenz · Dar Sant’ Anna · Dar Saura · Casa Leone · Holy Family Home · Central Home · Villa Messina · Casa Serena · Roseville · Casa Arkati · Casa San Paolo It-total ta’ sodod li l-Gvern għandu bi ftehim mal-Privat huwa ta’ 704.

Telecare – waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija biex jieħdu s-servizz tat-telecare?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 36 psersuna li qed jistennew sabiex jieħdu s-servizz tat-Telecare.

Djar privati – servizz ta’ nursing – waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija biex jieħdu servizz ta’ nursing fid-djar privati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorvevoli Interpellant illi, fir-rigward tas-servizz ta' nursing offrut fid-djar privati, m'hemmx listi ta' stennija.

Dipartiment tas-Saħħa — magazine

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-magazine li ppubblika d-Dipartiment tas-Saħħa din is-sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispecifika l-isem tal-magazine

Dipartiment tal-Enerġija — magazine

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-magazine li ppubblika d-Dipartiment tal-Enerġija din is-sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal-liema magazine qed jirreferi.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — magazine

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-magazine li ppubblika d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali din is-sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.

Persuni li jużaw it-trasport pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li użaw is-servizz tat-trasport pubbliku fis-sena 2015?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minħabba li fl-aħħar ftit xhur ġiet introdotta tallinja card, kien hemm ukoll bidla fil-metodu ta’ ġbir ta’ statistika rigward in-numru ta’ persuni li jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku. Għaldaqstant, din l-informazzjoni għadha mhux disponibbli fil-preżent.

Toroq asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm toroq li ġew asfaltati fis-sena 2015 u liema huma?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn ix-xogħlijiet saru sal-aħħar ta’ Settembru 2015.

Asfaltar ta’ Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-gvern għandu l-pjan jasfalta minn Settembru 2015 sal-aħħar ta’ din is-sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Minbarra dawn ix-xogħlijiet, bejn issa u l-aħħar ta’ Novembru Transport Malta se tkun għaddejja b’diversi xogħlijiet marbuta mal-avveniment taċ-CHOGM. F’dan ir-rigward, Transport Malta se tkun qed tasfalta mal-60,000 metru kwadru ta’ toroq. Fil-ġimgħat u ġejjin ukoll, Transport Malta se tibda xogħlijiet fuq ir-rotot ta’ devjazżjoni li se jkunu qed jintużaw waqt il-Proġett tal-Kappara.

SVPR – Waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija biex jidħlu fir-residenza SVPR?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru tal-lista ta’ stennija biex jidħlu fil-homes tal-Gvern u fir-residenza SVPR hu ta’ 1663. Id-Dipartiment m’għadux jiddistingwi bejn iż-żewġ listi għax pazjent jista’ jaqleb minn lista għall-oħra skont il-bżonn.

Homes tal-Gvern – waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija biex jidħlu fil-homes tal-gvern? Liema huma dawn il-homes?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18163.

Użu taċ-Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li jagħmlu użu miċ-Ċentri tas-Saħħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-persuni li għamlu użu miċ-Ċentri tas-Saħħa f-2014 kien ta’ 1,757,172.

Ċentri tas-Saħħa – tqassim ta’ siringi minħabba droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni marru ċ-Ċentri tas-Saħħa biex jieħdu siringi minħabba problema tad-droga?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li informazzjoni għadha qed tinġabar.

Eżami tad-demm – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija biex jittieħdilhom l-eżami tad-demm?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li għal testijiet urġenti, id-demm jittieħed l-istess ġurnata għalhekk m’hemmx lista ta’ stennija.

Riżultat tad-demm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li għamlu użu miċ-Ċentri tas-Saħħa biex jingħataw ir-riżultat tad-demm għal din is-sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li għamlu użu miċ-Ċentri tas-Saħħa biex jingħataw ir-riżultat tad-demm mil-1 ta’ Jannar sa l-ahhar ta’ Lulju 2015 kien ta’ 8,618.

Ċentri tas-Saħħa – vista tal-għajnejn – lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija biex jagħmlu eżami tal-vista tal-għajnejn fiċ-Ċentri tas-Saħħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li informazzjoni ghadha qed tingabar