Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l-flats tal-gvern li se jinżebgħu fil-lokalita' tal-Marsa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif aktarx jaf l-Onor. Interpellant, huma t-tronob u l-partijeit komuni tal-flats tal-Gvern u mhux il-flats individwali li jinżebgħu/jitbajdu mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar. Ma nħossx li jkun prudenti li wieħed jippubblika l-lista ta' postijiet fejn hemm ix-xogħol approvat.
12.7.99
Jista' l-Ministru jgħid x'kumpens se jieħdu l-familjari tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li ġie maqtul waqt id-doveri tiegħu? L-ammont li se jieħdu huwa qrib l-ammont li ħa l-persuna li isimha wkoll qed jintbagħat separatament u li ġiet attakkata waqt il-qagħdi ta' dmirha?
Response (BORG, TONIO)
F'dan l-istadju m'għandi xejn xi nżid mat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 5919 u 6590.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il-każ ta' single mother dwar housing, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi ikkunsidrata flimkien ma' l-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li ikollu d-Dipartiment għall-akkomodazzjoni Soċjali.
12.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l-flats li se jinżebgħu l-parti tal-komun tagħhom fil-lokalita' ta' Sta. Luċija? Jekk hemm xogħol approvat meta hemm il-ħsieb li jibdew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għandu lista konsiderevoli ta' xogħolijiet approvati f'Sta. Luċija u hemm il-ħsieb li dawn ix-xogħolijiet jinbdew fil-ġimgħat li ġejjin.
7.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jirreġistraw mil-lokalita ta' Santa Luċija? Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni, bl-eta', sena sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni li jirreġistraw mill-lokalita' ta' Santa Luċija bl'eta sena b'sena huwa kif jidher hawn taht:
ETA NUMRU TA' PESUNI
17 4
18 3
19 1
20 4
21 3
22 2
23 1
24 4
25 1
26 3
27 2
28 1
29 1
33 1
34 3
35 2
36 3
37 4
38 1
40 1
41 4
42 1
43 3
45 2
46 3
47 2
48 1
49 1
52 3
53 2
54 2
55 1
60 1
________________________
TOTAL 71
7.7.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru aktar cardphones fil-lokalita' ta' Santa Luċija? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid fejn ser jitwaħħlu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Sa issa ma tinħassx il-ħtieġa, la mill-Kunsill Lokali u lanqas mill-Maltacom, li jiġu stallati aktar cardphones mis-sebgħa li hemm bħalissa f'Santa Luċija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Ġnien is-Serenita' li hemm f'Sta. Luċija jinfetaħ xi forma ta' restaurant biex St. Luċija tkompli tressaq lejha aktar nies mil-lokalitajiet oħra u tfal, żgħażagħ u familji jkollhom fejn jirrikreaw ruħhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7285 (Seduta 110).
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinfetaħ branch tal-Mid-Med Bank jew Bank of Valletta fil-lokalita' ta' Sta. Luċija?
Response (DALLI, JOHN)
Il-ftuħ ta` fergħat hija deċiżjoni ta` natura kummerċjali tal-banek. Skond l-Att ta` l-1994 dwar il-Kummerċ Bankarju, bank lanqas ma għandu l-obbligu li jitlob permess mill-Awtorita` Kompetenti biex jiftaħ fergħa ġdida ħlief li jagħti avviż lill-Awtorita` qabel ma jiftaħ din il-fergħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-budget ta' flus li l-Gvern Ċentrali ta għas-snin 1998/99 lill-Kunsill Lokali Santa Luċija?
Response (GATT, AUSTIN)
L-allokazjonijiet finanzjarji li l-Gvern Ċentrali ta lill-Kunsill Lokali ta` Santa Lucija fis-snin 1998 u 1999 huwa kif ġej:
Sena Finanzjarja 1998 - 1999
Fondi Ordinarji LM43,363 Fondi Specjali LM25,792
Sena Finanzjarja 1999 - 2000
Fondi Ordinarji LM 48,338 Fondi Specjali LM 26,455
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid jinbidlu l-bankini, isiru sinjali ta' parkeġġ fl-art u jsiru traffic lights fi Triq Kordin ħdejn ir-roundabout minħabba l-periklu li hemm biex jaqsmu r-residenti ta' din l-area?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li peress li t-triq hija waħda arterjali x-xogħolijiet isiru skond il-prijoritajiet li qed jiġu stabiliti fil-programm li qed jaħdmu fuqu l-esperti Ġermaniżi.
Jista' l-Ministru jara li jsir drenaġġ fit-Triq Leonardo Abela, Tarxien peress li hemm nies li jridu jmorru fil-post imma jistgħux jagħmlu dan għaliex m'hemmx drenaġġ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li din l-estensjoni qiegħda ssir preżentament, u hu maħsub li x-xogħol jitlesta dalwaqt.
Jista' l-Ministru jara li ġnien Pawlu Boffa, f'Raħal Ġdid jiġi rranġat? Jista' jgħid x'inhu li qiegħed iżomm lill-gvern milli jieħu passi biex jirrimedja s-sitwazzjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant qed ikun ikkunsidrat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq il-ground tal-football f'St. Lucija?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-1 ta' Settembru 1998 il-club tal-football ta' Santa Luċija kienu ingħataw Lm5,200 biex ikopru spejjeż konnessi mal-bini ta' ħajt mad-dawra tal-ground u għar-resurfacing tal-pitch. Ma kien hemm ebda commitment mid-Dipartiment dwar xi xogħlijiet pendenti ma' dan il-club.
Jista' l-Ministru jgħid kemm attendew pazjenti fl-berġa ta' St. Luċija għas-snin 95/96/97/98/99?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-total ta` pazjenti li attendew fil-berġa ta` Santa Luċija fis-snoin
imsemmija huma:
Sena Total
__________________________
1995 2067
1996 1771
1997 1801
1998 1949
1999 (sa Mejju) 914
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni neqsin mid-dawl fil-lokalita' ta' St. Luċija? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma b'diżabilita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Numru ta' persuni neqsin mid-dawl fil-lokalita' tal-Kunsill Lokali ta' Santa Luċja reġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' - 5 persuni.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata ta' persuni b'diżabilita' reġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' skond
a) il-Kunsilli Lokali
b) s-sess tagħhom
c) l-eta tagħhom
Din l-istatistika hi tal-persuni b'diżabilita' li l-informazzjoni dwarhom iddaħħlu fil-kompjuters tal-Kummissjoni sal-25 ta' Ġunju 1999.
5.7.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk bħalissa hemmx talbiet għal bozoz ġodda f'Santa Luċija? Jekk iva, f'liema toroq hemm it-talbiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta għandha talbiet għall-istallazzjoni ta' bozoz ġodda fit-toroq segwenti ta' Santa Luċija.
Triq Klemantis, Triq il-Kahwiela, Triq ir-Rand, passaġġ bejn Triq Inez Soler u Triq Lellux, Triq il-Margeriti, Triq Bwieraq kantuniera ma' Triq Għeneb id-Dib, Triq Tursin il-Bir (quddiem Blokk A), Binja tal-Faqqani, passaġġ bejn Triq it-Tulipani u Triq iż-Żinnija, Trejqet iż-Żahar, Triq Gardenja kantuniera ma' Dawret it-Torri, Triq tal-Barrani, Triq il-Girasol\Triq Ineż SOler, Triq Żnuber (ħdejn it-taraġ tal-pjazza), Dawret it-Torri (quddiem iċ-ċentru tal-ħwienet), Vjal l-Ewropa (daħla ta' Santa Luċija), Triq tal-Barrani (ħruġ u dħul ta' Santa Luċija), triq ħdejn il-Junior Lyceum, Triq Begonja kantuniera ma' Dawret it-Torri, Triq Begonja kantuniera ma' VJal l-Oleandri, Trejqet ta' Ġarnaw u Triq il-Qoton.
Jista' l-Ministru jara li l-każ tas-sinjura, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata l-attenzjoni biex taħdem f'xi home ta' l-anzjani peress li miċ-ċertifikati li għandha ta' mard qiegħda tkun diffiċli li taħdem fid-djar partikolari ta' l-anzjani bħala CSA?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ippresent ċertifikat mediku li fil-futur tista' tiġi bżonn 'minor operation' f'idejha. Ma nħossx li dan il-każ jimmerita li għandha teħdem f'xi dar ta' l-Anzjani, kif mitlub fil-Mistoqsija Parlamentari. Hemm fatti oħra, minn barra s-saħħa, li jridu jittieħdu inkonsiderazzjoni f'dawn il-każi.
30.06.99