Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li se jingħataw it-tarmac f'Raħal Ġdid mill-Gvern Ċentrali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-toroq identifikati mill-Kunsill u d-Dipartiment tat-Toroq huma dawn li ġejjin. Ix-xogħlijiet isiru skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment.
Triq Anġelo Psaila
Triq Ġdida fi Triq Ninu Cremona
Triq Maria Addolorata
BHALA RIKOSTRUZZJONI
Triq Antoine de Paule
Triq il-Belt Valletta
Triq Ħal Tarxien
Triq Raħal Ġdid
Triq Santa Monika
Triq Baċir
Triq Gurbell
Triq l-Isqof Buħaġiar
Dawn it-toroq ikunu jistgħu jingħataw it-tarmac wara li jiġi assigurat li s-servizzi kollha jkunu fil-post.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tidħol f'St. Vincent de Paule minħabba li l-qagħda kritika li tinsab fiha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament qegħda fil-"waiting list" sabiex tidħol f'San Vinċenz. Il-każ tagħha qiegħed jiġi kkonsidrat skond il-mertu tagħha.
B'kollox għandna 373 applikazzjoni pendenti tan-nisa biex jidħlu ġewwa San Vinċenz, li l-maġġoranza tagħhom hija ta' natura urġenti. Għalhekk naħseb illi l-Onor. jifhem illi l-proċess biex jiġu deċiżi l-ammissjonijiet ġewwa San Vinċenz de Paule huwa wieħed diffiċli ħafna.
20.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-flats ta' Telgħet Raħal Ġdid, Blokk 2, Skema 2, Raħal Ġdid jitbajdu u jsiru l-lifts fihom peress li hemm wisa' biżżejjed peress li issa hemm toqgħod ukoll persuna nieqsa mid-dawl?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba dwar ix-xogħol rikjest lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa. Sadanittant dwar il-lifts infakkar lill-istess interpellant li skond l-iskema riċenti li ħarġet l-Awtorita' tad-Djar, f'dan l-istadju il-lifts ser jiġu stallati biss f'bini tal-Gvern il-Belt, Floriana u l-Kottonera. Applikazzjonijiet minn lokalitajiet oħrajn jintlaqgħu biss meta din l-iskema tiġi estiża.
19.7.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqdew nies fiċ-ċentru tas-saħħa f'Raħal Ġdid fis-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-total globali ta` nies li attendew għal xi servizz fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta` Raħal Ġdid fi-snin konċernati kien hekk:
Sena Total
_________________________________________________
1995 327,603
1996 353,615
1997 373,109
1998 332,193
1999 161,803 (sa l-aħħar ta` Mejju 1999)
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni, nisa u rġiel inkluż l-eta' tagħhom, jirreġistraw fil-lokalita' ta' Raħal Ġdid, sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-figura ta' kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol fil-lokalita' ta' Raħal Ġdid fl-aħħar ta' Mejju 1999, f'Diċembru 1998 u Diċembru 1997.
19.7.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata fondi l-Kunsill Lokali tal-Marsa għas-sena 1999?
Response (GATT, AUSTIN)
Din is-sena, jigifieri ghas-sena finanzjarja tal-Kunsilli Lokali li taghlaq fil-31 ta` Marzu 2000 il-Kunsill Lokali Marsa se jkun inghata dawn il-fondi:
Fondi Ordinarji: Lm78,O38
Fondi Speċjali: Lm36,700
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni b'overdose fl-isptarijiet mil-lokalita' tal-Marsa għas-snin 1990 sa l-1999?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li minn Jannar 1994 s'issa ġew ammessi 16 każ ta' 'overdose' f'persuni mill-lokalita' tal-Marsa fl-isptar San Luqa. It-terminu 'overdose' jinkludi dawn it-tliet kategoriji:
Kategorija A: Avvelenament inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-9 codes E850 - E858; ICD-10 codes X40 - X44)
Kategorija B: Attentat ta' suwiċidju kkawżat minn avvelenament b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-9 code E950.0 - E950.4; ICD-10 codes X60-X64)
Kategorija C: Avvelenament minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenament kienx inċidentali jew premeditat (ICD-9 codes E980.1 - E980.5; ICD-10 codes Y10 - Y14)
______________________________________________
Sena Kategorija Numru
_______________________________________________
1994 A 0
B 1
C 1
Total 1994 2
________________________________________________
_________________________________________________
1995 A 1
B 0
C 3
Total 1995 4
_________________________________________________
1996 A 0
B 0
C 4
Total 1996 4
_________________________________________________
1997 A 0
B 0
C 3
Total 1997 3
_________________________________________________
1998 A 1
B 0
C 1
Total 1998 2
__________________________________________________
1999 (sa Mejju) A 0
B 0
C 1
Total 1999 1
__________________________________________________ _
L-informazzjoni mitluba ma kienetx tinġabar qabel l-1994.
Jista' l-Ministru jgħid kemm attendew persuni fil-Berġa tal-Marsa għas-snin 1997, 1998 u 1999?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' persuni li attendew fil-Berġa tal-Marsa huwa kif ġej:
SENA PERSUNI
------------------------
1997 9224
1998 8271
1999 (sa Ġunju) 3517
------------------------
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jirreġistraw fil-lokalita' tal-Marsa, nisa u rġiel? Jista' jgħid, sena b'sena, kemm hu n-numru li jirreġistraw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Sa l-aħħar ta' Mejju 1999, kien hemm 233 persuna tirreġistra fil-lokalita' tal-Marsa. 206 kienu rġiel u 27 kienu nisa. Fl-istess lokalita', fl-aħħar ta' Diċembru 1998 kien hemm 231 persuna tirreġistra, 208 kienu rġiel u 23 kienu nisa.
13.7.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-post, li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament ma' din il-mistoqsija, huwiex bil-kera jew le? Jekk inbiegħ, f'liema sena u xahar inbiegħ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jara r-risposta li tajt għall-Mistoqsija Nru. 7236.
12.7.99
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-rimunerazzjoni, il-benefiċċji u l-inċentivi kollha li jirċievu l-membri tal-bord tad-diretturi tal-kumpannija nazzjonali ta' l-ajru Air Malta? Jista' l-Ministru jgħid kemm dawn il-membri ilhom fil-kariga? Jista' jgħid ukoll jekk jeżistux benefiċċji u inċentivi li membri li jkunu jifformaw il-bord tad-diretturi ta' l-Air Malta jistgħu jibqgħu jgawdu anke wara li jtemmu l-kariga tagħhom? X'inhuma l-kriterji li jintitolaw lill-membri li jibqgħu jgawdu ċerti benefiċċji u inċentivi anke wara t-tmiem tal-kariga tagħhom? Mill-membri preżenti fuq il-bord, min se jkun intitolat li jibqa' jgawdi dawn il-benefiċċji u inċentivi wara t-tmiem tal-kariga tiegħu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ir-renumerazzjoni tal-membri tal-Bord tad-Diretturi ta' l-Air Malta, li ilhom fil-ħatra minn Marzu 1997, tammonta għal Lm650 fis-sena. Barra dan, il-Membri huma ntitolati, bħalma kien dejjem il-każ minn mindu twaqqfet il-Kumpanija, għal 'firm free travel allowance' fuq it-titjiriet ta' l-Air Malta. Skond l-istess policy, dan il-benefiċċju jiġi estiż, iżda f'miżura ridotta u skond in-numru ta' snin ta' servizz bħala diretturi, wara li dawn jirtiraw minn din il-kariga.