Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħidilna eżatt kemm ġiet tqum lill-Kaxxa ta' Malta, ir-refurbishing ta' l-uffiċċju tal-Medical Administrator fir-Residenza San Vinċenz de Paule?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-'refurbishment' tal-uffiċċju tas-Supretendent Mediku fl-SVPR kien jinkludi l-ftuħ tal-'Customer Care Unit' biswit l-uffiċċju w l-irranġar tal-kuridur u l-kamra tas-segretarji. B'hekk sar 'refurbishing' globali li jgħati dehra iktar moderna.
Ir-'refurbishing' kien jikkonsisti f'tibdil ta' skrivaniji u filing cabinets, tibdil tal-art tal-uffiċċju u l-kuridur kif ukoll xiri ta' 'airconditioner'.
L-iskrivaniji u l-filing cabinets ittieħdu għal użu tas-segretarji u l-'Customer Care Unit' li ma swewx spejjeż extra. Il-panelling tal-Injam li kien hemm fl-uffiċċju tas-supretendent u l-kuridur inqalgħu u hemm il-ħsieb li jintużgħaw f'post ieħor. Inqala' ukoll is-suffett li ntuża f'post ieħor fir-residenza u ma ġiex 'replaced'.
L-ispejjeż globali kienu ta' madwar Lm1,700.
28.09.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nies ta' aktar min 25 sena minn Ħal Tarxien li qed jirreġistraw għax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' nies minn 25 sena 'l fuq, minn Ħal Tarxien li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Lulju 1999 kien jammonta għal 101 persuna.
27.09.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom il-kartuna r-roża? Kemm hemm anzjani li jieħdu s-servizz tat-telecare? Kemm hemm persuni li jieħdu servizz tal-home help? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal persuni minn Ħal Tarxien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Matul is-sena li bdiet fl-1 ta' Awwissu 1998 u spiċċat fil-31 ta' Lulju 1999 saru 7,390 talba għall-karta roża li minnhom 7,300 ġew aċċettati filwaqt li 90 ġew miċħuda.
Ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika li turi kemm hu n-numru ta' dikjarazzjonijiet validi f'xi żmien partikolari u mil-liema lokalita' dawn ikunu ġejjin. B'danakollu tinżamm statistika dwar in-numru ta' talbiet li jkunu saru ġodda kull sena.
Barra dan, in-numru t'Anzjani li jieħdu s-servizz tat-Telecare f'Ħal Tarxien huwa 159. In-numru t'Anzjani li jieħdu s-servizz tal-Home Help f'Ħal Tarxien huwa 66.
27.09.99
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda xogħol ta' asfaltar ta' toroq ta' maġenb l-iskejjel fi Triq xintill, Tarxien, minħabba l-istat li jinsabu fih dawn it-toroq?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għal bozoz ġodda fil-lokalita' ta' Ħal Tarxien u liema huma t-toroq fejn qed jintalab li ssir bozza?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-preżent hemm talba biex jitwaħħlu sitta u għoxrin bozza ġdida f'diversi toroq ta' Ħal Tarxien. Lista ta' dawn it-toroq qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu l-isptar persuni b'overdose mill-1990 sal-lum mil-lokalita' ta' Ħal Tarxien?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn tagħrif li beda jinġabar mill-1994 permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li fis-snin mill-1994 sal-31 ta' Awissu ta' din is-sena iddaħħlu fl-Isptar San Luqa 18-il każ ta' avvelenament f'persuni minn Hal Tarxien. It-terminu 'avvelenament' jew 'overdose' jinkludi tliet kategoriji:
Kategorija A: Avvelenament aċċidentali minn kimika u sustanzi noċivi (Accidental poisoning by exposure to chemicals and noxious substances: ICD-9 code E85; ICD-10 codes X40 - X49).
Kategorija B: Avvelenament intenzjonat bi drogi, medikamenti, sustanzi bijoloġiċi, kimika u sustanzi noċivi (Intentional self-poisoning by drugs, medicaments, biological substances, chemicals and noxious substances: ICD-9 code E95; ICD-10 codes X60 - X69)
Kategorija C: Avvelenament minn kimika u sustanzi noċivi, fejn l-intenzjoni ma' kenitx stabilita (Poisoning by and exposure to chemicals and noxious substances, undetermined intent: ICD-9 codes E98; ICD-10 codes Y10 - Y19)
Sena
____________________________________________ __________
Kategorija 1994 1995 1996 1997 1998 1999 Total
_________________________________________(p arti)______
A 1 1 0 1 0 0 3
B 0 0 0 0 0 0 0
C 3 0 3 3 4 2 15
Total 4 1 3 4 4 2 18
______________________________________________ ________
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għal card phone booths ġodda f'Ħal Tarxien?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bħalissa hemm talba waħda biex titwaħħal cardphone fi Triq Santa Marija f'Ħal Tarxien. Din it-talba intlaqgħet u qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex din titwaħħal fit-triq imsemmija. Tajjeb jingħad li minbarra din it-talba, hemm tmien cardphones imqassmin f'diversi partijiet ta' Ħal Tarxien.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Ġnien Gaddafi f'Raħal Ġdid jiġi rranġat? Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux diskussjonijiet mal-Gvern Libjan biex dan il-ġnien jiġi mibdul f'post b'kultura Libjana u faċilitajiet sportivi għan-nies ta' Raħal Ġdid u ta' madwar?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` Gvern Lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-meżżi tagħhom.
Ghaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabiltajiet tal-Kunsilli.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninfurmak li minn naħa tal-Ministeru tiegħi ma saru l-ebda diskussjonijiet mal-Gvern Libjan fir-rigward ta` dan il-Ġnien.
Jista' l-Ministru jara li tittieħed bis-serjeta' l-problema tal-Ġnien Pawlu Boffa f'Raħal Ġdid u jinfetaħ mill-aktar fis possibbli wara li jsir aktar dawl fih, ikun hemm watchman fil-post, tinfetaħ il-latrina, jinfetaħ il-bar u jitnaddfu l-funtani?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħal ma jafl-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-meżżi tagħhom.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabiltajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8927?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' Anzjani mill-Lokalita' tar-Raħal Ġdid li għandhom it-Telecare huwa 404.
In-numru ta' Anzjani mill-Lokalita' tar-Raħal il-Ġdid li għandhom is-servizz tal-Home Help huwa 219.
26.7.99
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8790?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-preżent hemm 15-il talba għal bozoz ġodda f'dawn it-toroq tal-Marsa:
Stiefnu Żerafa, Xemxija, Sqaq Bajada, Marsa, l-Iskola, is-Sebħ,
Nerik Sacco, Patri Magri, San Bernard, Assunta, Kungress Marjan,
San Franġisk, Ġnien 6 ta' Awwissu, Sqaq fi Triq Ħal-Qormi,
Sqaq Lamacca fi Triq Diċembru 13
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8791 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' l-Ministru jgħid x'kumpens se jieħdu n-nies tal-Marsa minħabba l-ħmieġ li qegħda toħloq il-Power Station tal-Marsa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kull talba għal danni li l-Enemalta jkollha, tiġi mistħarrġa u jekk jirriżulta li hemm każ ta' kumpens, dan jingħata skond il-liġi li tirrigwarda l-ambjent.
Pero' ta' min jinnota li l-Enemalta qed tagħmel ħilitha kollha biex in-nies tal-Marsa ma jbatux mill-emissjonijiet li joħorġu miċ-ċmieni tal-Power Station. Fil-fatt, l-ewwelnett, diġa' saru pjanijiet biex il-kwalita' taż-żejt li jintuża jkollu kontenut ta' sulphur (kubrit) ferm inqas milli għandu llum, u t-tieni, it-tħaddim tal-combined cycle f'Delimara naqqset id-domanda għall-użu ta' l-impjant fil-Marsa.
Ta' min josserva li d-diversi amministrazzjonijiet laburisti mhux biss ma offrewx kumpens lin-nies tal-Marsa, talli lanqas biss ħadu miżuri biex jonqos it-tħaddim tal-Power Station tal-Marsa.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8792 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek, u ċioe' jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-gvern ċentali wasal biex jasfalta ġewwa l-lokalita' tal-Marsa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-toroq li l-Gvern ċentrali ser jasfalta fil-Marsa qed jiġu ddentifikati mid-Dipartiment tat-Toroq u l-Kunsill Lokali. Naturalment, dawn ix-xogħolijiet isiru skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment kif ukoll jekk is-servizzi kollha huma diġa fil-post.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8926 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħlu nies minn Raħal Ġdid b'overdose fid-Detox Centre fis-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuni li jkunu qed ibatu minn 'overdose' ma jiddaħlux fid-Detox, iżda fis-sezzjoni tal-Emergenza ta' l-Isptar San Luqa.
23.7.99
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8922?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li d-dawl fil-post imsemmi għandu jsir mill-Kunsill Lokali b'materjal ipprovdut mill-Korporazzjoni Enemalta. Meta l-Kunsill Lokali jlesti x-xogħolijiet meħtieġa, l-Enemalta tkun tista' tagħti l-provvista ta' l-elettriku.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani li jieħdu l-home help? Kemm hemm anzjani li għandhom is-servizz tat-telecare fil-lokalita' tal-Marsa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' Anzjani li bħalissa qed jirċievu l-'home help' huwa ta' 2,603.
Fil-lokalita' tal-Marsa hemm 154 persuna li għandha s-servizz tat-telecare.
23.7.99
AnzjaniServizzi soċjali — Servizz ta' telecare/home help
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani fil-lokalita' ta' Raħal Ġdid li għandhom it-telecare? Jista' jgħid kemm hemm anzjani f'Raħal Ġdid li għandhom is-servizz tal-home help?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata aktar il-quddiem.
20.7.99
Jista' l-Ministru jgħid fejn hemm talbiet għal cardphones fil-lokalita' ta' Raħal Ġdid?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bħalissa f`Raħal Ġdid il-Maltacom għandha talba biex titwaħħal cardphone ħdejn il-Hypogeum u talba oħra sabiex tiġi spustata l-cardphone li hemm fi Pjazza Raħal Ġdid ħdejn il-fergħa tal-Maltacom.
Kien hemm talba biex titwaħħal cardphone fi Triq Paola ħdejn il-Klabb tal-Paola Wolves li ma ġietx milqugħa peress li hemm cardphone oħra ftit metri l-bogħod.
Tajjeb jingħad li f`Raħal Ġdid hemm 17-il cardphone, li huma meqjusa biżżejjed biex jaqdu sewwa lir-residenti.