Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10175 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u cioe, jista' jgħid kemm twieldu tfal fl-Isptar Karen Grech taħt "unknown father" għas-snin 1997, 1998 u 1999?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif speċifiku mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhuwiex dikjarat lill-awtoritajiet ta' l-isptar Karin Grech. Jien infurmat li dan it-tagħrif jinsab fid-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10173?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dwar l-applikanti fl-Out-Patients ta' l-Isptar San Luqa nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta ta' PQ 10185 fejn jirriżulta li ma hemm ebda dewmien biex pazjent jingħata appuntament bħala każ ġdid ġewwa l-Out-Patients Department dejjem jekk ma jagħżilx xi konsulent partikolari u allura ġieli jkollu jistenna iżjed.
L-appuntamenti għad-diversi kliniċi fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha huma fi żmien raġonevoli u ma hemmx dewmien żejed, ħlief il-klinika tal-viżti tal-għajnejn fejn id-dewmien hu kaġunat minn nuqqas ta' staff.
Jista' jkun hemm dewmien żejjed ukoll fis-servizz tat-tabib tal-familja (GP) fejn ukoll hemm nuqqas ta' tobba. Id-dipartiment qed jagħmel ħiltu kollha sabiex jinstab l-istaff li hemm bżonn.
Fis-servizz tas-Saħħa qed tiġ introdotta sistema ta' komputerizazzjoni tal-appuntamenti (PAS) sabiex ikun hemm aktar effiċjenza. Din diġa' qed titħaddem fil-Mosta u Floriana u f'diversi kliniċi fid-Dipartiment ta' l-Out-Patients ta' l-Isptar San Luqa.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10169?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Diviżjoni tas-Saħħa biħsiebha timpjega ħaddiema biex timla l-vakanzi li hemm skond il-Human Resources Plan approvata għas-snin 1998 - 2000 li hi bbażata fuq l-iżviluppi li jsiru fid-Diviżjoni tas-Saħħa u skond il-fondi li jiġu allokati għal dan il-għan fl-Estimi Ġenerali ta' kull sena. Dawn huma kif jidher hawn taħt:
Grad Numru
_____ ______
Tobba
_____
Director/Chairman 5
Consultant 48
Senior Registrar 83
Principal Medical Officer 7
Senior Medical Officer 4
Registrar/Senior House Officer/Medical Officer 45
Dentisti
________
Consultant 1
Senior Registrar 1
Dental Surgeon 4
Spiżjara
_________
Principal Pharmacist 2
Senior Pharmacist 7
Pharmacist 26
Scientific Officers 19
___________________
Inġiniera 2
_________
Health Promotion Officers 3
__________________________
Tekniċi
_______
Senior Technical Officer 10
Technical Officer 2
Assistant Technical Officer 11
Security Services
__________________
Chief Security Officer 1
Security Guards 16
Midwives
________
Deputy Midwifery Officer 4
Midwives 11
Infermiera
__________
Manager Nursing Services 1
Departmental Nurse Manager 7
Deputy Nursing Officer 15
Staff Nurse 188
Enrolled Nurse 52
Paramediċi
__________
Dental Hygienist 24
Dental Technologist 10
E.C.G. Technician 10
Assistant Principal Health Inspector 2
Health Inspector 19
Principal Medical Laboratory Technologist 6
Assistant Principal Medical Laboratory Technologist 16
Medical Laboratory Technologist 43
Assistant Principal Occupational Therapist 1
Occupational Therapist 4
Senior Pharmacy Technician 4
Pharmacy Technician 5
Physiotherapist 8
Radiologist 3
Principal Radiographer 1
Assistant Principal Radiographer 1
Radiographer 10
Speech Therapist 21
Minbarra dan jista' jkun hemm il-ħtieġa li jimtlew xi postijiet fi gradi oħra skond l-esiġenzi tas-servizz.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10174, jista' issa l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru totali ta` persuni li ddaħħlu b'overdose fid-Dipartiment ta` l-Isptar San Luqa bejn l-1 ta` Jannar 1999 u l-10 ta` Ottubru 1999 kien ta` 256. Dawn kienu mqassmin f'125 nisa u 131 irġiel. Minn dawn kien hemm 16-il persuna li ħtieġilhom kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva minħabba l-kundizzjoni kritika tagħhom.
Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar żviluppi dwar il-karozza Hyundai Lantra No. HAB 627 li tinsab f'St. Andrews proprjeta' tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi dan il-każ huwa suġġett ta' proċeduri kriminali u li l-karozza Nru. HAB 627 make Hyundai Lantra ġiet esebita f'dawn il-proċeduri. Il-każ qed jinstema quddiem il-Maġistrat Dr. C. Scerri Herrera LL.D. u għadu sub-judice.
13.10.99
Jista' l-Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni biex mara armla li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament tidħol taħdem bħala CSA?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-applikazzjoni tal-persuna (li l-partikolaritajiet tagħha intbagħtu separatament) li tixtieq taħdem bħala Assistenta Soċjali Każwali daħlet fl-1 t'Ottubru 1998. Din qegħda fil-'waiting list' bħal persuni oħra li jixtiequ jagħmlu dan ix-xogħol.
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema fażi wasal it-tħaffir għaż-żejt? X'inhu l-futur tat-tħaffir għaż-żejt f'Malta u Għawdex?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jirreferi għall-Press Release numru 1540 maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fit-8 ta' Ottubru 1999 fejn isib tweġiba għall-mistoqsija tiegħu. Kopja qegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan aħjar biex ir-riżultati ta' X-ray fl-iSptar St. Luke's jaslu għand il-pazjenti aktar malajr?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed tiġi studjata il-flessibilita` tas-sistema komputerizzata li għandna diġa` fl-Isptar San Luqa sabiex jiġi determinat kif tista` taqdi wkoll il-funzjoni ta` rapportar ta` X-Rays.
Ċertament li dan iħaffef ħafna l-proċess li permezz tiegħu tasal l-informazzjoni għand il-pazjent.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-assessments tal-performance bonus li ġew mgħoddija mill-kunsilli lokali lis-segretarji u skrivani għas-sena 1998/99?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-gvern li jimpjega ħaddiema fid-Dipartiment tas-Saħħa? Jista' l-Ministru jgħid liema grades għandu bżonn u kemm fil-kwantita'?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-regola tal-gvern għal dawk il-pazjenti bi dħul baxx li għandhom bżonn mediċini bilfors u li ma jinstabux fl-ispiżeriji ta' l-isptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ir-regolament tad-Dipartiment tas-Saħħa rigward l-għoti ta' mediċini b'xejn għal min għandu l-karta r-roża hu li dawn huma intitolati għal mediċini li jidhru fil-formularju ta'l-isptar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni infettati bl-HIV? Kemm mietu persuni bl-HIV matul l-1999 u x'kienet l-eta' tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta' testijiet li kienu posittivi għall-HIV mill-1985 'l hawn huwa ta' 147.
Din il-figura ma tistax teskludi testijiet doppji peress illi t-test isir b'mod anonimu u jistgħu jinkludu wkoll testijiet li saru fuq barranin.
Bħalissa hemm 32 persuna li huma infettati bl-HIV u qed jibbenefikaw mis-Servizzi tas-Saħħa.
Matul l-1999 kien hemm persuna waħda li mietet kaġun tal-AIDS.
L-eta' tal-pazjent ma tistax tiġi svelata minħabba li tista' tiġi identifikata l-persuna.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni b'overdose fiċ-ċentri tas-saħħa ta' Raħal Ġdid, il-Mosta, il-Furjana, il-Gżira, ir-Rabat u Ħal Qormi? X'kienet l-eta' tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-metodi ta' kif jinżamm ir-records fiċ-Ċentri tas-Saħħa ma jippermettix li tinżamm statistika ta' din il-kwalita' u li jkun hemm statistika ta' kemm attendew pazjenti għal raġuni jew mard speċifiku.