Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex it-tifel b'diżabilita' li l-partikolaritajiet tiegħu jidhru separatament ma' din il-mistoqsija, m'għadhiex board u jingħata l-karta s-safar biex jkun jista' jattendi r-Razzett tal-Ħbiberija, Wied il-Għajn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jsir it-tibjid tal-flats ta' bini tal-Gvern, Unit Nru.1, Blokk C, Raħal Ġdid peress li jinsab fi stat ta' abbandun?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt il-każ lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għal azzjoni meħtieġa. Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għat-tibjid tat-taraġ komuni.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara għaliex ma sarx it-tikħil tal-flats min barra ta' Telgħet Raħal Ġdid, skema 2, Blokk 2, Raħal Ġdid? Jista' jgħid jekk humiex se jsiru bħalma saru tal-viċin? Jekk iva, meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jidher li ngħatat prijorita' lil każijiet li huma l-aktar gravi. Biss jien infurmat li x-xogħol għandu jsir aktarx is-sena d-dieħla meta r-riżorsi jippermettu.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħin fil-każ tas-sinjura separata li l-partikularitajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, biex jitnaqqsu l-arretrati ta' Lm7.72 fix-xahar għax bil-pensjoni ta' Lm88.79 qiegħda tbati ħafna finanzjarjament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid xi progress sar fuq mistoqsija parlamentari numru 1312 fejn kont tlabt spjegazzjoni dwar fiex wasal il-proġett ta' water culvert u asfalt ta' Fishermen Street, Marsa?
Jista' jgħid x'sar mid-diskussjonijiet? Meta se jibda il-proġett? X'progress sar mil-aħħar mistoqsijiet parlamentari tiegħi numru 1312 u 3747
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-diskusjonijiet tkomplew u qed jiġu formolati l-istimi għal dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10692 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Kunsilli Lokali u ġiet riferuta lilek ċioe': Jista' jgħid x'inhuma l-proġetti tal-gvern ċentrali għall-post ta' rikreazzjoni fil-Marsa, peress li ż-żgħażagħ ta' dawk l-inħawi jilmentaw li m'għandhomx lok ta' rikreazzjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Hu ppjanat li matul is-sena 2000 isir xogħol ta' titjib fil-ġnien pubbliku, "Ġnien Sitta t'Awissu".
Hu mistenni li jsiru taħdidiet mal-Kunsill Lokali tal-Marsa biex jiġi deċiż kif l-aħjar isir dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-Prim Ministru preżenti qabel l-elezzjoni li kif jitla' fil-gvern jagħmel il-filters tal-power station fil-fatt twettqitx? Jekk dawn il-filters saru, meta saru?
Response (BONNICI, JOSEF)
Sabiex inkun f'pożizzjoni aħjar biex nirrispondi din il-Mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jindika x'inhi n-natura tal-filters li qed jirreferi għalihom u f'lima okkażjoni il-Prim Minisru preżenti għamel riferenza għal dawn il-filters.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proġetti tal-gvern ċentrali għall-post ta' rikreazzjoni fil-Marsa, peress li ż-żgħażagħ ta' dawk l-inħawi jilmentaw li m'għandhomx lok ta' rikreazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Interpellant hu mitlub jaghmel id-domanda tieghu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-wegħda tal-Prim Ministru preżenti qabel l-elezzjoni li kif jitla' fil-gvern jagħmel il-fitters tal-power station fil-fatt twettqitx? Jekk dawn il-fitters saru, meta saru?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma jirriżultalix li l-Prim Ministru peżenti qabel l-aħħar elezzjoni wiegħed xi ħaġa fir-rigward tal-fitters tal-power station.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-proprjeta' imsemmija separatament se terġa' taqa' fuq il-propretarji wara li madwar 23 sena ilu kienet ittieħdet lis-sid biex isir proġett li qatt ma sar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta` l-Art qed jieħu l-passi neċessarji sabiex il-proprjeta` li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant tiġi rilaxxjata mill-Gvern.
26.10.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-Dipartiment ta' l-Artijiet u d-Dipartiment ta' l-Uffiċċju Konġunt isiru f'uffiċċju wieħed biex b'hekk jiġu evitati problemi bla bżonn?
Response (BORG, TONIO)
L-Uffiċċju Konġunt inħoloq permezz ta` l-Att Nru. IV ta` l-1992 dwar Proprjeta` ta` Entitajiet Ekklesjastiċi. Artikolu IV ta` dan l-Att jipprovdi għall-ħolqien ta` Uffiċċju Konġunt biex iġib fis-seħħ il-provvedimenti ta` Artiklu 16 tal-ftehim bejn is-Santa Sede u l-Istat b`dawn il-funzjonijiet:
- jamministra l-proprjeta` trasferita;
- jagħmel dak li hu neċessarju biex jiġu reġistrati u trasferita
dawn il-proprjetajiet skond il-liġi ta` Malta.
Qed isiru diskussjonijiet sabiex il-'policies' rigward proprjeta` amministrata miż-żewġ entitajiet jiġu armonizzati u mhix eskluża l-possibilita` li l-proposta tal-Onor. Membu tiġi mplimentata.
25.10.99
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10446 u cioe': jgħid kemm twieldu tfal fl-Isptar Karen Grech taħt "unknown father" għas-snin 1997, 1998 u 1999? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan it-tagħrif li jinsab fir-Reġistru Pubbliku?
Jista' l-Ministru jara li jsir kanal taħt il-bankina fi Triq is-Sebħ, Marsa biex l-ilma tal-btieħi tad-djar ta' Triq Għabex, Marsa jkun jista' jmur dirett fil-main tad-drenaġġ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' l-Ministru jara li xogħol ta' żebgħa fit-tromba ta' bejt fi Flat 3, Blk C, Unit 3, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid li ġie approvat minn Ġunju, 1998 jsir mill-aktar fis possibbli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li x-xogħol għandu jsir mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar wara li jitlestew prijoritajiet aktar importanti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'risposta ħadet il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, wara l-petizzjoni li ġabar mir-residenti tal-Marsa għall-bini jew ftuħ ta' dar ta' l-anzjani għall-Marsin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Anzjani ma rċieva l-ebda petizzjoni miġbura mir-residenti Marsin għal bini jew ftuħ ta' Dar ta' l-Anzjani fil-Marsa.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10269?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qiegħda fil-proċess biex jibdew jinħarġu l-kontijiet għall-perjodu Awissu sa Diċembru 1998.
Kien hemm każi fejn inħarġu kontijiet relattivi għall-perjodu msemmi fil-mistoqsija, pero' dan sar fuq talba speċifika tal-konsumatur.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10271?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minħabba d-dispożizzjonijiet dwar kunfidenzjalita' ta' informazzjoni li hemm kontemplati fl-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali.
Wara rapporti fil-gazzetti li c-Chairman tal-Pixxina Nazzjonali f'Tal Qroqq qed jagħti konsulenza lill-kumpannija li applikat biex tiżviluppa korsa tal-golf, ma jaqbilx il-Ministru li dan jista' jkun ta' konflitt fix-xogħol tiegħu biex jiżviluppa l-inħawi tal-pixxina nazzjonali f'impjanti diversi ta' l-isports? X'interessi oħra għandu ċ-chairman fil-qasam ta' konsulenza sportivi li allura jistgħu jitqanqlu suspett ta' konflitt ta' interess?
Bħala chairman ta' entita' pubblika huwa ġust li jagħti konsulenza lill-kumpannija fil-kamp sportiv li huwa l-istess bħax-xogħol li qed jagħmel?
Response (GALEA, LOUIS)
Mogħti l-parir li l-fatt li persuna tagħti pariri dwar żvilupp ta' korsa tal-golf, ma jidhirx li tkun f'kunflitt max-xogħol tagħha ta' tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali. Ta' min jgħid li l-iżvilupp ta' pjanijiet sabiex ikunu żviluppati l-inħawi sportivi madwar il-Pixxina, ma jiffurmax parti mir-responsabbilita` taċ-chairman ta' l-Interim Management Board tal-Pixxina.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar saritx sejħa biex timtela' vakanza fi grad sebgħa (7) biex tieħu ħsieb uffiċċju bi tnejn min-nies?
Jekk iva, kemm applikaw?
Veru li l-intervisti se jibdew nhar it-Tnejn, 11 ta' Ottubru, 1999?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għal-vakanza ta' 'HR Office Administrator' li hija pożizzjoni Grad 7, liema grad ġie allokat wara li saret evalwazzjoni u analiżi bir-reqqa tar-responsabbilitajiet li jaqgħu taħt din il-kariga.
Ir-responsabbilitajiet jinkludu l-amministrazzjoni ta' l-Uffiċċju tal-HR, kif ukoll oħrajn mifruxa ma' l-organizzazzjoni kollha. Dawn ir-responsabbilitajiet huma assoċjati ma' pożizzjoni fi Grad 7.
Ninsab infurmat li t-tweġiba għall-aħħar parti tal-Mistoqsija hija fin-negattiv.
18.10.99