Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk xi ħadd li jkun xtara flat tal-gvern iridx joħroġ is-sehem tiegħu tal-flus bilfors f'każ li kumplament tar-residenti ta' dan il-flat tal-gvern ikunu jridu jinstallaw lift? Jekk issir ħsara huwa obbligat li jħallas il-ħsarat? Jekk din il-persuna ma tiffirmax biex isir il-lift, x'jiġri? Il-lift isir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar tikkonsidra kull applikazzjoni għall-lift, anke jekk l-applikazzjoni taħt l-Iskema ma tiġix mimlija mir-residenti kollha fil-blokk/entratura.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kundizzjonijiet ta' l-Iskema V.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se tiġi fis-seħħ li romol u ġenituri waħedhom ma jħallsux taxxa bħallikieku kienu xebbiet u ġuvintur, skond il-wegħda tal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar elezzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-ħlas tat-Taxxa tad-Dħul, li donnu qed jirreferi għaliha l-Onor. Membru, m'hijiex waħda mir-responsabbiltajiet tal-Ministeru tiegħi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-post li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament huwiex vojt jew għand min qiegħed peress li dejjem magħluq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dan il-fond inħareġ għall-allokazzjoni taħt Avviż Numru 63. L-allokazzjonijiet taħt din l-Iskema għadhom qegħdin sejrin peress li l-lista tar-Reserve listed applicants tiskadi s-7 ta' Lulju 2000.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11676 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilek, ċioe': b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11511, peress li Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid hija triq arterjali, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsiru dawn il-bankini?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Mhux ippjanat f'dan l-istadju li jsiru l-bankini msemmija mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 11673?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ż-żejt li hemm f'Manoel Island qed jittieħed għar-riċiklaġġ. Id-dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent informa b'dan lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, lid-Diviżjoni tas-Saħħa u lid-Dipartiment tax-Xogħol għal kull interess li dawn l-entitajiet jista' jkollhom f'din l-attivita'.
Id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent qed jissorvelja li
l-affarijiet isiru kif suppost.
Dan iż-żejt hu materjal perikoluż. L-Onor. Interpellant hu mitlub li jsaqsi l-Ministri konċernati mis-saħħa pubblika u mis-saħħa fuq il-post tax-xogħol rigward l-effett li dan iż-żejt jista' jkollu fuq is-saħħa tal-bniedem.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11511, peress li Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid hija triq arterjali, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsiru dawn il-bankini?
Response (GATT, AUSTIN)
Mhux ir-responsabbilta` tal-Ministeru tiegħi biex issir il-manutenzjoni tal-bankini fit-toroq arterjali. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jindirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-każ dwar housing li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tingħata attenzjoni minħabba l-problemi familjari kbar li jeżistu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ imsemmi qed ikun ikkunsidrat flimkien ma' l-applikazzjonijiet oħrajn li għandu pendenti quddiemu d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ ta' l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li qegħda titlob li tieħu l-ħrieqi ssussidjati mill-gvern wara li ilha li għamlet l-applikazzjoni ġimgħat ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-anzjana li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament kienet diġa' applikat f'April ta' din is-sena u fil-fatt bdiet tieħu s-servizz ta' ħrieqi ssussidjati mill-istess xahar. (Ref. tagħha M2253).
Wara l-miżura li permezz tagħha tneħħa l-iskimmed milk miċ-ċentri tas-saħħa tal-gvern, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li issa l-anzjani jkunu jistgħu jieħdu l-iskimmed milk miċ-ċentri tas-saħħa/spiżeriji jew bereġ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għal mistoqsija numru 11662.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni ta' l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament biex tidħol f'xi dar ta' l-anzjani minħabba l-problemi soċjali li jeżistu fid-dar tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-anzjana li d-dettalji tagħha ġew mibgħuta separatament applikat sabiex tidħol f'dar ta' l-Anzjani fit-30 t'April 1999. Diġa' sar ir-rapport tas-Social Worker u vista medika. L-applikazzjoni msemmija qiegħda nkluża fil-"waiting list" ma' applikazzjonijiet oħrajn simili.
Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jitpoġġa l-materjal ta' żejt li qed jitneħħa li hemm f'Manoel Island?
X'miżuri ta' sigurta' għadhom qed jittieħdu favur is-saħħa tar-residenti u ta' min qed iġorr dan il-materjal?
Fejn qed jitpoġġa dan il-materjal?
Jista' dan il-materjal ikollu konsegwenzi għan-nies ta' l-akwata?
Dan il-materjal li fih materjal tossiku bħal ċomb, gass eċċ, huwa permessibbli?
X'effett għandu fuq is-saħħa?
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11512 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid meta se jsiru t-traffic lights f'Għajn Dwieli quddiem il-Knisja ta' Sant'Antnin u Villa Gerit, Triq Bormla ħdejn il-garaxx tas-Saltfish minħabba l-bżonn kbir ta' dawn il-lights?
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 11519 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jara li jitwaħħlu mmedjatament il-pelican lights mal-pole fid-daħla ta' Raħal Ġdid, fejn iċ-ċimiterju, peress li l-pole diġa' qiegħed hemm imma bla pelican lights?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-post imsemmi mill-Onor. Interpellant riedu jitwaħħlu `Belusha lights` u twaħħlu l-arbli tagħhom mid-Dipartiment tat-Toroq meta kien qed isir x-xogħol fil-`junction` fl-1997.
Id-Dipartiment tat-Toroq qed jieħu l-passi ma` l-Enemalta biex dan ix-xogħol isir.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru t-traffic lights f'Għajn Dwieli quddiem il-Knisja ta' Sant'Antnin u Villa Gerit, Triq Bormla ħdejn il-garaxx tas-Saltfish minħabba l-bżonn kbir ta' dawn il-lights?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru t-traffic lights f'Għajn Dwieli quddiem il-Knisja ta' Sant'Antnin u Villa Gerit, Triq Bormla u ħdejn il-garaxx tas-Saltfish minħabba l-bżonn kbir ta' dawn il-lights?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-`Traffic Lights` quddiem il-knisja ta` Sant Antnin qegħdin fil-proċess li jsiru. Rigward it-tlieta l-oħra ser isir studju biex jiġi stabbilit jekk hemmx neċessita` għalihom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk l-applikanti bil-B.Ed. u l-PGCE u s-suġġetti relattivi biex jidħlu bħala għalliema permanenti u kemm baqa' minnhom fuq il-waiting list bil-B.Ed u l-PGCE u s-suġġetti tagħhom? Kemm hemm applikanti għal għalliema temporanji bil-B.Ed u PGCE u s-suġġetti relattivi tagħhom? Jista' l-Ministru jikkonferma li studenti li spiċċaw il-course tal-B.Ed u PGCE f'Ġunju li għadda, imma li kellhom re-sit ta' xi eżamijiet tal-finali f'Settembru u li issa għaddew minn dawn ir-resit u li xorta qed jiggradwaw mal-kumplament ta' sħabhom ma ġewx aċċettati biex jidħlu għalliema permanenti bil-konsegwenza li jridu jistennew sena oħra biex jerġgħu japplikaw?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bil-B.Ed applikaw 228
Arti 5
Bioloġija 7
Fiżika 12
Franċiż 2
Ġermaniż 4
Ġografija 1
Ingliż 23
Kimika 3
Komputer 3
Malti 24
Matematika 22
Mużika 2
P.E. 20
Primarja 73
Reliġjon 4
Storja 6
Taljan 15
Teknoloġija 2
Bil-P.G.C.E applikaw - 126
Arti 1
Fiżika 4
Franċiż 2
Ġografija 2
Ingliż 16
Malti 2
Mużika 4
Primarja 21
PSE 26
Reliġjon 3
Storja 8
Studji Soċjali 22
Taljan 10
Teknoloġjia 1
Xjenza 4
L-applikanti bil-B.Ed (Hons) u l-P.G.C.E. li ma ġewx impjegati s'issa huma 29 u fis-suġġetti li se nsemmi:
Bioloġija 3
Ingliż 2
Malti 4
Mużika 1
PE 2
PSE 7
Soċjoloġija 2
Storja 4
Studji Soċjali 4
Xi wħud minn dawn setgħtu sabu impjieg ma' skejjel mhux statali.
L-eżerċizzju ta' l-għalliema Temporanji għadu għaddej u għaldaqstant ma jistax jingħataw dettalji għal issa.
Is-sejħa għal-applikazzjonijiet għall-post ta' għalliema regolari kienet tispeċifika li setgħu japplikaw dawk biss li kienu komplew b'suċċess il-kors kollu sa Lulju, 1999. Dan isir biex f' Awissu jkunu jistgħu jsiru l-intervisti u dawk li jintgħażlu jiġu ppustjati fl-iskejjel f'Settembru.
Li kieku d-Diviżjoni toqgħod tistenna r-resits, l-interviews iridu jsiru f'Novembru u qabel Jannar l-għalliema ma jkunux ippustjati fl-iskejjel.
Jista' l-Ministru jagħti parir lill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku biex terġa' ssir il-venda Nru 5 f'Raħal Ġdid minħabba l-bżonn ta' din il-venda u n-nies ta' Raħal Ġdid m'humiex iħossuhom moqdija bit-trasport pubbliku minħabba li meta jgħaddu minn Raħal Ġdid, il-karozzi tal-linja jkunu diġa' mimlija?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita` għat-Trasport Pubbliku qed tikkunsidra bidliet fuq diversi rotot tas-servizz. Jekk tinħas il-ħtieġa ta` bidla bħal din, issir ukoll.
Wara li l-Ministru ftit tax-xhur ilu kien qalli li dalwaqt se jibda l-bini ta' l-iskola tal-kindergarten fejn ta' Lourdes, Paola fi Triq Buttigieg, jista' issa jgħid meta se jibda x-xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
M'hinix f'pożizzjoni f'dan l-istadju nispeċifika meta x-xogħol imsemmi ser jibda.
Jista' l-Ministru jagħti konferma ta' meta se jiftaħ il-Hypogeum f'Raħal Ġdid?
Response (GALEA, LOUIS)
Inforamt li x-xogħlijiet finali fil-proġett ta' l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni ser jitlestew f'Marzu 2000.
Bħalissa qiegħed jitfassal 'Management Plan' ta' kif dan is-sit ser jiġi mmexxi. Dan il-pjan jinkludi struttura organizzativa ġdida maħsuba biex dan is-sit jiġi operat bl-aħjar mod possibbli.
Jista' l-Ministru jilqa' s-suġġeriment tar-residenti ta' Triq ir-Reġina, f'Raħal Ġdid biex isiru l-bankini, minħabba l-istat ta' abbandun?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.