Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jieħdu l-pensjoni mit-teżor?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant il-pensjoni tat-teżor ma titħallasx mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u għaldaqstant nitolbu jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jieħdu l-Pensjoni tar-Romol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li qed jieħdu l-pensjoni tar-romol huwa kif qed jiġi indikat fit-tabella li qed titpoġġ fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni fl-Università ta’ Malta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika l-perjodu li għalih qiegħed jitlob l-informazzjoni u wkoll liema kategorija ta’ persuni qiegħed jitlob tagħrif dwarhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija għall-home help?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ residenzi fil-komunità li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija għas-Servizz ta’ Għajnuna fid-Dar huwa ta’ 33 persuna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jieħdu s-servizz tal-Home Help?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ residenzi fil-komunità li qed jirċievu s-Servizz ta’ Għajnuna fid-Dar, sal-aħħar ta’ Awwissu 2015 kien ta’ 2,757. In-numru ta’ benefiċjarji li kienu qed jibbenefikaw minn dan is-servizz sal-aħħar t’Awwissu 2015 jammonta għal 3,888.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jieħdu s-servizz tat-telecare u mil-liema lokalità huma?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpallant li n-numru li qed jieħdu s-servizz tat-Telecare hu 8,716.
Malta 8,176
Għawdex 540
Il-lista bil-lokalitajiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu care workers fis-sena 2015 u jista’ jgħid ta’ liema nazzjonalità huma?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, matul is-sena 2015 daħlu 46 support worker, magħrufa aħjar bħala care workers mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Socjali. Waħda minn dawn is-46 support workers, hija ta’ nazzjonalita’ barranija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni fuq tlajjar għal skopijiet ta’ prostituzzjoni, ta’ liema nazzjonalità huma u f’liema lokalità nqabdu jagħmlu dan it-tlajjar?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul din is-sena, sa Settembru, 2015 kien hemm 32 persuna li bejniethom tressqu l-Qorti 118 darba fuq akkuzi ta’ tlajjar għall-skop ta’ prostituzzjoni. Dawn kollha kienu Maltin u kienu fil-lokalitajiet tal-Gzira, Marsa, Msida u Ta’ Xbiex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Ottubru 2015, fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin kien hemm ħames mija erba’ u sittin resident.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-magazine li ppubblika d-Dipartiment tal-Ġustizzja din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-Ġustizzja ġie formalment imwaqqaf f' Jannar 2015.
Dan kien involut fil-ħruġ ta’ diversi White Papers, fosthom dik dwar il-Liġi tad-Droga u l-Finanzjament tal-Partiti, fil-kampanja ta' informazzjoni dwar ir-riforma fil-qasam tal-ġustizzja bl-għajnuna ta' fondi Ewropej, kif ukoll fil-ktejjeb informattiv dwar il-Proċess ta’ Medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja. Dan tal-aħħar hu wkoll disponibbli online fuq:
http://mjcl.gov.mt/en/justice/Documents/FAMILY_MEDIATION_MLT.pdf
.