Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13010 Sitting 227 2000-01-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Gudja - Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet għandha l-Enemalta għal bozoz ġodda fil-lokalita' tal-Gudja? X'inhuma t-toroq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta ghandha dawn it-talbiet ghal twahhil ta` bozoz godda fil-Gudja: 2 fi Triq Har-Resqun, 13 fi Triq Hal-Ghaxaq, 1 fi Triq Toni Zammit, 1 fi Triq il-Mithna, 2 f`Dawret il-Gudja u 1 fi Triq il-Fidwa.
Leg 9 PQ #13011 Sitting 227 2000-01-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Santa Luċija - Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet għandha l-Enemalta għal bozoz ġodda fil-lokalita' ta' Santa Luċija? Liema huma t-toroq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta ghandha zewg talbiet pendenti ghal twahhil ta` bozoz godda f`Santa Lucija. Dawn huma wahda fi Triq ir-Rand u l-ohra fiz-zona tac-Centru Civiku. Tajjeb jinghad li matul l-1999, il-Korporazzjoni nstallat 33 bozza gdida f`dan il-lokal.
Leg 9 PQ #13012 Sitting 227 2000-01-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Tarxien - Bozoz

Question

Jista' gl-Ministru jgħid x'talbiet għandha l-Enemalta għal bozoz ġodda fil-lokalita' ta' Ħal Tarxien? Liema huma t-toroq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta ghandha hmistax-il talba pendenti ghal twahhil ta` bozoz godda f`Hal Tarxien. Hemm talba biex titwahhal bozza gdida f`kull wahda minn dawn it-toroq: Triq San Francesco Crispi kantuniera ma` Triq Guzeppi Montebello, Triq San Frangisk, Triq il-Kurunell Mas, Triq George Caruana, Triq Santa Monika u Triq Hal Tarxien. Hemm ukoll talbiet ghal erba` bozoz godda fil-parti ta` Triq il-Kurunell Mas faccata ta` Triq Odolone Caruana u hamsa ohra fi Triq Spiru Spiteri.
Leg 9 PQ #13013 Sitting 227 2000-01-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Raħal Ġdid - Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet għandha l-Enemalta għal bozoz ġodda f'Raħal Ġdid? F'liema toroq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta ghandha talbiet minghand il-Kunsilli Lokali ta` Rahal Gdid sabiex jigu nstallati bozoz godda fit-toroq segwenti ta` dan il-lokal: 4 bozoz fil-gnien hdejn il-grawnd tal-futbol Pace Grasso, 2 bozoz fi Pjazza Antoine de Paule u bozza f`kull wahda minn dawn it-toroq: Triq Hal-Luqa, Triq il-Knisja kantuniera ma` Triq San Guzepp, Triq Joseph Stivala, Triq il-Knisja kantuniera ma` Triq Sir Temi Zammit, Triq it-Tarzna, Triq l-Arkata, Triq Santa Monika, Triq Ninu Cremona faccata ta` Triq it-Tramuntana, Triq il-Vittmi tax-Xoghol, Triq Valletta, Vjal Sir Paul Boffa, Vjal il-Knisja, Triq Guze` D`Amato, Triq is-Sorijiet, Triq San Guzepp u Triq is-Sorijiet hdejn Gnien Paul Boffa. Tajjeb jinghad li matul l-1999, il-Korporazzjoni nstallat 20 bozza gdida f`Rahal Gdid.
Leg 9 PQ #12987 Sitting 226 2000-01-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

MMDNA — Testijiet taz-zokkor

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li nurses ta' l-MNDNA mhux jagħmlu test taz-zokkor għax m'għandhomx sticks? Jekk iva, x'inhu jagħmel il-gvern biex isolvi din il-problema?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-preżent in-nurses ta` l-MMDNA ma għandhom l-ebda problema fil-provvista normali ta` 'sticks' biex jagħmlu it-test taz-zokkor. Seta` nħass xi nuqqas f'Diċembru li għadda minħabba li l-istokk ta` dawn l-isticks kien daqsxejn baxx sa ma waslet il-provvista ġdida.
Leg 9 PQ #12988 Sitting 226 2000-01-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżerija tal-Gvern — Pilloli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pilloli out of stock li hemm fl-ispiżeriji tal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-pilloli li huma temporanjament 'out of stock' fl-ispiżeriji tal-Gvern illum 20 ta`
Leg 9 PQ #12989 Sitting 226 2000-01-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin u ta' liema nazzjonalita' huma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta` priġunieri fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin fid-19 ta` Jannar, 2000, kien ta` 213. Dawn ġejjin minn dawn il-pajjiżi : - Malta, Libja, Italja, Tuneżija, Alerġija, Renju Unit, Eġittu, Palestina, Jugoslavja u mis-Sirja.

Djar — Raħal Ġdid - Tibjid

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-flats ta' Triq Kordin, Raħal Ġdid Block A, B, C u D jiġu mbajda fil-komun peress li jinsabu fi stat ta' telqa biex ir-residenti jkollhom ambjent aktar nadif?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Djar — Tarxien - Tibjid

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-flats ta' Triq Ħal Luqa, Tarxien Block I, Block II, Block III u Block IV jiġu mbajda fil-komun tagħhom biex ir-residenti jkollhom ambjent sabiħ u nadif peress li jinsabu fi stat ta' telqa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #12758 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Raħal Ġdid — Paola Hill - Rampa

Question

Jista' l-Ministru jara li rampa li hemm f'Paola Hill, Raħal Ġdid quddiem l-istage lejn il-Belt 'il fuq mill-pompa tal-petrol ta' Grech & Ellul, tinżebagħ peress li hija perikoluża u din it-triq imsemmija taqa' taħt il-gvern ċentrali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartiment konċernat biex it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant tiġi nkluża fil-programm tax-xogħol.
Leg 9 PQ #12759 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Tarxien — Joanne Gardens - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk qattx ġie approvat li x-xogħol kollu f'Joanne Gardens ġewwa Ħal Tarxien issir mill-Ministeru ta' l-Ambjent a spejjeż tiegħu? Jista' jgħid jekk din id-deċiżjoni inbidlitx? Jekk fl-affermattiv, meta u għaliex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ftehim li kien hemm mat-Taqsima tax-Xogħlijiet, kien ikopri dawn ix-xogħlijiet: (i) xogħol ta' konkos u kurduna ġdida li qed isir minn ħaddiema tad-Dipartiment. (ii) pavimentar ġdid. (iii) arbli u stallazzjoni ġdida tad-dawl. (iv) bankijiet.
Leg 9 PQ #12761 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agriculture Leases (Reletting) Act

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar żviluppi tal-mistoqsija parlamentari numru 2503 li kont għamilt fid-9/12/98?

Response (ZAMMIT, NINU)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 2503.

Anzjani — Servizz tal-Home Help

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jingħata servizz lil anzjana li, id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għalkemm tinsab weħidha għandha bżonn għajnuna ta' servizz tal-Home Help peress li t-tfal jaħdmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-anzjana li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament applikat għall-Home Help iżda l-Bord deherlu li m'għandux jingħatala dan is-servizz.

Anzjani — Djar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħin fil-każ ta' l-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tinsab waħedha u mhux tajba aktar li tgħix waħedha tiġi megħjuna biex tidħol f'xi dar ta' l-anzjani bħal SVPR?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuna li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament applikat sabiex tidħol fir-residenza San Vinċenz fit-30 ta' Settembru 1999 u fit-18 ta' Jannar 2000 waslet l-applikazzjoni tagħha sabiex tidħol fid-dar ta' l-anzjani f'Bormla. Fiż-żewġ applikazzjonijiet, dan il-każ qed jingħata l-attenzjoni meċessarja u skond il-priorita' li tiġi stabbilita mill-assessment tas-"social worker" u tat-tabib.

SVPR — Anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma' din il-mistoqsija u li tinsab waħedha u bi bżonn kbir li tidħol f'dar ta' l-anzjani jew SVPR, tiddaħħal f'xi waħda minn dawn l-istituzzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-anzjana li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament applikat biex tidħol f'dar ta' l-anzjani fid-9 ta' Settembru 1999. Diġa' sarilha l-assessment mis-social worker u anke l-eżami mediku. L-istess persuna ma jidhirx li għamlet applikazzjoni sabiex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule.
Leg 9 PQ #12678 Sitting 221 2000-01-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Power Station — Filters

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10836, dwar x'sar mill-wegħda li saret fl-elezzjoni fuq il-filters tal-Power Station, għal-liema mistoqsija l-Ministru wieġeb li sabiex ikun f'pożizzjoni li jirrispondi l-mistoqsija qiegħed jitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindika x'inhi n-natura tal-filters li qed jirriferi għalihom u f'liema okkażjoni l-Prim Ministru preżenti għamel riferenza għal dawn il-filters, nixtieq ninformah li: l-ġurnata tal-wegħda kienet id-9 ta' Awissu, 1998; in-natura tal-filters kienet biex ma jitkomplix jinħoloq inkonvenjent lill-poplu Marsi, u l-okkażjoni kienet fil-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista taħt it-tinda quddiem il-Knisja tal-Marsa għal ħabta tal-11.00 a.m.? Jista'l-Ministru jagħti risposta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-filters li ghalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant jinvolvu mhux biss spiza kapitali konsiderevoli izda wkoll joholqu problemi teknici minhabba d-daqs tat-taghmir. Tajjeb jinghad li l-amministrazzjoni prezenti diga` hadet mizuri fl-interess tal-poplu tal-Marsa, inkluz il-bini u t-thaddim tal-Power Station ta` Delimara u l-eliminazzjoni ta` l-uzu tal-faham ghat-thaddim tal-Power Station tal-Marsa. Barra minn hekk l-Enemalta rat il-possibilita` li tuza fuels li ghandhom inqas kontenut ta` kubrit u bdiet ukoll pjan ta` thaddim fit-tul ta` `combined cycle has plants` li huma kkunsidrati li jaghmlu inqas hsara lill-ambjent.
Leg 9 PQ #12332 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tweġiba għal każ li jidher separatament minn din il-mistoqsija?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-każ jikkonċerna l-ħruġ u irtirar ta' l-Airport Pass lill-impjegati li jaħdmu fl-Ajruport. Ir-responsabbilita għal dawn l-Airport Passes hi tal-Kumitat għas-Sikurezza ta' l-Ajruport (Airport Security Committee) li hu ppresedut mill-Ministru ta' l-Intern. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Nterpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru ta' l-Intern.