Jista' l-Ministru jgħid huwiex normali li persuna fil-korp tal-pulizija li tkun għaddiet proċeduri kriminali u teħel conditional discharge tgħaddi PSC? Jekk iva, kemm kien hemm każi bħal dawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond ir-Regolamenti ta` l-1977 tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (Proċedura ta` Dixxiplina), jekk uffiċjal pubbliku jinsab ħati fuq akkuża kriminali, id-deċiżjonijiet tal-Qorti fuq dik l-akkuża għandhom jintbagħtu mill-Kap tad-Dipartiment lis-Segretarju Amministrattiv. Il-Korp tal-Pulizija isegwi din il-proċedura.
Ninsab infurmat ukoll li f`dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm erba` okkażżjonijiet fejn ġiet segwita din il-proċedura.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li sar mal-GWU u l-Labour Office dwar it-terminazzjoni ta' xogħol mill-Kavallieri Hotel? X'kumpens se jieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma sar l-ebda ftehim bejn id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impieg (Ex-Dipartiment tax-Xogħol) u l-Cavalieri Hotel Ltd. Iżda, saret laqgħa bejn il-Management tal-Hotel Cavalieri, uffiċjali tal-General Workers Union u uffiċjali tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impieg fejn ġew ċċarati l-obbligi tal-employer, skond iċ-Ċ.E.R.A., lejn il-ħaddiema f'każ ta' terminazzjoni ta' l-impjieg.
L-Ispetturi tad-Dipartiment qed ikomplu jimmoniterjaw il-każ biex jaraw li l-ħaddiema jingħataw dak li hu tagħhom skond il-liġi taċ-Ċ.E.R.A.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk il-persuna, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, hux se tingħata pensjoni peress li għamlet aktar minn 11-il sena fl-army? Jista'jagħti tagħrif dwar il-pożizzjoni ta' din il-persuna fir-rigward ta' pensjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru illi 'l-persuna minnu ndikata ser tiġi nfurmata mid-Dipartiment bil-miktub wara li l-istess Dipartiment ikun irċieva l-informazzjoni mitluba permezz ta' l-ittra datata 26 ta' Jannar 2000.
Jista' l-Ministru jara x'sar dwar bini bla permess li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament peress li hemm ħafna lmenti mir-residenti?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4333.
Ninsab infurmat li l-appell quddiem il-Bord ta` l-Appell għadu pendenti.
Jista' l-Ministru jgħid x'wassal lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali li anzjani li għandhom jagħtu taxxa lill-gvern tinqatagħlhom mill-pensjoni? Id-dipartiment ra li b'din il-miżura se jonqos il-mezz ta' l-għajxien ta' l-anzjani? Id-dipartiment qiegħed jitlob mill-anzjani jħallsu fi żmien stipulat? Jista' jgħid jekk sarx ftehim minn qabel ma' l-anzjani u l-pensjonanti?
Response (DALLI, JOHN)
Qabel daħlet is-sistema tal-FSS f`Jannar ta` l-1998, ħafna mill-pensjonanti kien ikollhom it-tnaqqis tat-taxxa mill-pensjoni taħt is-sistema tal-PAYE. Dan ma setax jibqa` jsir minħabba l-mod kif topera l-FSS u għalhekk dawn il-pensjonanti ġew inkorporati fis-sistema tat-taxxa proviżorja.
Peress li dan kien qed ikun ta` inkonvenjent u skomdu żejjed għall-pensjonanti, id-Dipartiment għamel arranġamenti mad-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali biex jaddotta s-sistema tal-FSS b`mod li tkun tkopriwkoll lill-pensjonanti li jkollhom iżjed minn pensjoni waħda u li flimkien ikunu jaqbżu t-Lm3,000 f`każ ta` persuni waħedhom u l-Lm4,000 f`każ ta` miżżewġin.
Dan l-arranġament bl-ebda mod m`hu se jnaqqas il-mezz ta` l-anzjani peress li se jibqgħu jħallsu l-istess ammont ta` taxxa fis-sena bid-differenza biss li fejn qabel kienu jħallsu dan l-ammont maqsum fi tliet darbiet, issa dan l-istess ammont ta` taxxa se jibda jinqata` ftit ftit matul is-sena kollha.
Ninsab infurmat li d-Dipartiment kellu konsultazzjonijiet mal-Kunsill Nazzjonali ta` l-Anzjani dwar l-arranġamenti u l-proċedura li se tkun addottata u kien hemm qbil dwar dan is-suġġett kif ukoll dwar materji oħra ta` taxxa konnessi mal-anzjani.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li t-toroq ta' ħdejn Xintill Street, Tarxien jingħataw it-tarmak minħabba l-istat diżastrus tagħhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ħarget sejħa għall-offerti għall-bini ta' Triq Xintill fil-waqt li 'tenders' għall-toroq Burlo, Kejka, C. Saliba, S. Spiteri, School Perimeter Road, M. Vella, K. Cachia qed jiġu ppreparati biex joħorġu mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni b'overdose ġurnata b'ġurnata mill-20 ta' Diċembru, 1999 sat-2 ta' Jannar, 2000 fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza ta' l-isptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Data Numru ta' Admitted
pazjenti
_________________________________________
20 Dec 99 1 CCU
21 Dec 99 Nil
22 Dec 99 1 M6
23 Dec 99 Nil
24 Dec 99 Nil
25 Dec 99 1 M2
26 Dec 99 Nil M6/M5
27 Dec 99 2 M3/CCU
28 Dec 99 2 M1/CCU
29 Dec 99 2
30 Dec 99 Nil
31 Dec 99 Nil
1 Jan 00 Nil
2 Jan 00 Nil
___________________________________________
Total 9
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12332 li oriġinarjament kienet saret lill-Prim Ministru u issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' l-Ministru jagħti tweġiba għal każ li jidher separatament minn din il-mistoqsija?
Response (BORG, TONIO)
L-Airport Security Passes jinħarġu wara li l-organizazzjonijiet u l-entitajiet ikunu għamlu t-talba għalihom bil-miktub u wara li timtela` l-formola apposta. Ma tiġi aċċetta l-ebda formola jekk ma tkunx iffirmata mill-kap tad-dipartiment jew mill-persuna inkarigata mill-organizzazzjoni jew entita`.
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju ta` l-Airport Security Manager ma rċieva l-ebda talba formali mingħand il-Forzi Armati ta` Malta għall-ħruġ ta` Airport Security Pass permanenti għal persuna li saret referenza għaliha fil-Mistoqsija. F`dan il-każ partikolari l-Forzi Armati ta` Malta talbu li jinħarġu permessi għal perijodi qsar ta` żmien biss.
Jista' l-Ministru jara li d-dawl li hemm fid-daħla tal-flats ta' Triq Guże' D'Amato u Church Avenue, Raħal Ġdid, jiżdied fil-qawwa, peress li ż-żewġ bozoz li hemm ma tantx juru u filgħaxija jkun hemm dlam ċappa u peress li l-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid ħa ħsieb jibdel dan il-post f'area rikreattiva?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta biex jigi nvestigat u jekk ikun il-kaz tittiehed l-azzjoni mehtiega.
Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet għandha l-Enemalta għal bozoz ġodda fil-lokalita' tal-Marsa? F'liema toroq?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-prezent il-Korporazzjoni Enemalta ghandha pendenti talba ghal twahhil ta` hdax-il bozza gdida fil-Marsa, hamsa fi Triq ix-Xatt tal-Faham u sitta fi Triq San Vincenz de Paule.
Jista'l-Minstru jgħid meta se jibda jitnaddaf Wied Blandun f'Raħal Ġdid/Fgura? Hemm ħsieb li dan il-wied jiġi żviluppat? Jekk iva, x'tip ta' żvilupp hu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista'l-Ministru jgħid kemm iffranka flus bit-tneħħija ta' skimmed milk mill-ispiżeriji tal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nassumi li l-Onor. Interpellant mhux qiegħed jirreferi għal meta l-``iskimmed milk'' tneħħa minn fuq Schedule V taħt l-amministrazzjoni preċedenti. In-nefqa ta' l-``iskimmed milk'' kienet tilħaq għal Lm38,000 fis-sena imma t-tneħħija ta' l-``iskimmed milk'' taħt din l-amministrazzjoni ma saritx biex il-Gvern jiffranka l-flus. Ir-raġunijiet ġew spjegati diversi drabi anke' waqt risposti orali.
Nirreferi l-Onor. Interpellant ukoll għaċ-Cirkulari Nru. DH 255/99 maħruġa mid-Diviżjoni tas-Saħħa u li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema nieqsa fl-iskejjel tal-gvern?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskejjel Primarji u fl-Iskejjel Speċjali tal-Gvern m'hemmx nuqqas ta' għalliema.
Fl-iskejjel sekondarji u tas-snajja' hemm nuqqas ta' lezzjonijiet kif ġej:
MUSIC
Marsa Boys' Secondary - 8 lezzjonijiet
PHYSICS
Hamrun Girls' Secondary - 24-il lezzjoni
Gżira Boys' Secondary - 16-il lezzjoni
Tarġa Gap Boys' Trade School - 21 lezzjoni
Umberto Calosso Boys' Trade School - 30 lezzjoni
Naxxar Boys' Trade School - 16-il lezzjoni
Xagħra Girls' Trade School - 12-il lezzjoni
School of Building - 10 lezzjonijiet
RELIGION
Naxxar Boys' Trade School - 6 lezzjonijiet
ITALIAN
Victoria Boys' Secondary - 16-il lezzjoni
HOME ECONOMICS
Handaq Boys' Junior Lyceum - 12-il lezzjoni
Hamrun Girls' School - 5 lezzjonijiet
COMPUTER
Rabat Grils' Secondary - 20 lezzjoni
Fortini Boys' Secondary - 11-il lezzjoni
Umberto Calosso Boys' Trade School - 8 lezzjonijiet
MATHEMATICS
Xagħra Girls' Trade School - 4 lezzjonijiet
In-numru ta' lezzjonijiet li hemm neqsin fl-Iskejjel Post Sekondarji huma dawn:
Electrical Engineering Science - 10 lezzjonijiet
Electronics Workshops - 3 lezzjonijiet
Construction Skills Theory - 4 lezzjonijiet
Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu phone boxes ġodda fl-1999 u fejn twaħħlu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul l-1999 il-Maltacom stallat total ta` 207 phoneboxes fit-toroq u f`postijiet privati. Dawn il-phoneboxes twahhlu f`diversi bliet u rhula ta` Malta u Ghawdex.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-flats ta' Telgħet Raħal Ġdid Bieb A, B, C u D jiġu mbajda fil-komun peress li jinsabu fi stat ta' telqa biex ir-residenti jkollhom ambjent aktar nadif u sabiħ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba tal-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-flat ta' Telgħet Raħal Ġdid Skema 2, Block 1, Skema 2 Block 2, Skema 3, Block 1 jiġu mbajda fil-komun peress li jinsabu fi stat ta' telqa biex ir-residenti jkollhom ambjent aktar nadif?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba tal-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.