Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar — Problemi b'ilma

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li ssir spezzjoni fuq post, li l-partikolaritajiet tiegħu jidhru separatament minn din il-mistoqsija, minħabba li qiegħed ikun hemm problema bl-ilma jqattar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għal azzjoni meħtieġa.

Raħal Ġdid — Telephone box

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir telephone box fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid, minħabba li hija ta' bżonn għal numru ta' ħaddiema tat-tarzna u residenti ta' dik l-area?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #13809 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Refund

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħat separatament, tingħata refund tal-VAT wara xiri ta' van għal persuna b'diżabilita'?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant qed tiġi ipproċessata.
Leg 9 PQ #13846 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid/Fgura — Wied Blandun - Tindif

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13407?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-programm ta` xogholijiet ghal din is-sena li fasslet il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma, m`hemmx inkluzi x-xogholijiet imsemmija fil-mistoqsija.

Għajnuna soċjali — Reviżjoni ta' kera

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li ssir reviżjoni tal-kera biex jingħata s-sussidju lill-persuna li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija parlamentari u li tinsab tgħix bl-assistenza soċjali u għandha tliet itfal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-persuna indikata imissha issirilha reviżżjoni tas-sussidju tal-kera f'Ġunju li ġej u dan jinħadem fuq id-dħul tagħha matul l-1999.
Leg 9 PQ #13673 Sitting 237 2000-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu approvati mediċini "special item" lil persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u għaliex dan l-anzjan għandu dħul baxx?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-mediċina ``Omeprazole'' m'hiex fuq il-formularju, imma tinxtara għal pazjenti individwali. Id-dipartiment għandu ordnat din il-mediċina u l-aġent għandu jissuplixxiha matul din il-ġimgħa.
Leg 9 PQ #13569 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Tarxien — Problemi bix-xita

Question

Jista' l-Ministru jieħu ħsieb l-inkonvenjent tal-persuna li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija, peress li wara li saru xi xogħlijiet fit-triq issa qiegħed ikollha problemi ma' kull ħalba xita li tagħmel?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Persuni b'Diżabilita' — Sussidji

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi tip ta' sussidji fuq dawl u ilma lil familja li jkollha persuni b'diżabilita' d-dar? Jekk le, hemmx il-ħsieb li tiddaħħal miżura bħal din?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ma hemmx ebda sussidju fuq dawl u ilma lil familja li jkollha persuni b'diżabilita' d-dar. Dan ma jfissirx li ma hemmx numru ta' familji li jikkwalifikaw bis-sistema kif qed titħaddem bħalissa. Biex kap ta' familja jikkwalifika jrid jissodisfa t-test tal-mezzi kif jinsab fit-Tieni Parti tat-Tieni Skeda ta' l-Att tas-Sigurta' Soċjali. F'din l-iskeda d-dħul li ġej mill-'Allowance' għal Tifel/Tifla b'Diżabilita' m'għandux jittieħed bħala parti mill-mezzi. Wieħed irid ifakkar li għal persuni b'diżabilita' jeżistu tliet tipi ta'benefiċċji li huma suġġetti għat-test tal-mezzi:- 1. L-'Allowance' għal Tfal b'Diżabilita' għal tfal ta' taħt is-sittax-il sena; 2. Pensjoni għal Persuni Għomja minn l-eta' ta' erbatax-il sena; u 3. Pensjoni għal Diżabilita' għal persuni fuq is-sittax-il sena.
Leg 9 PQ #13460 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Raħal Ġdid — Ġnien Pawlu Boffa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fi ġnien Pawlu Boffa f'Raħal Ġdid terġa tinfetaħ mil ġdid il-gabbana u l-public toilet u jiġu rranġati l-pompi? Min huwa responsabbli tal-ġnien, il-Gvern ċentrali jew il-Kunsill Lokali Paola? Kemm hija l-kirja tal-gabbana? Hemm il-ħsieb li tonqos fil-prezz biex tagħmel kuraġġ lill-individwi li japplikaw biex b'hekk ir-residenti ta' Paola jkollhom post rikreattiv? Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa dan il-ġnien?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għar-rigward ta' l-ewwel tliet mistoqsijiet, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu lill-Ministru konċernat. Għar-rigward ta' l-aħħar mistoqsija, l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.
Leg 9 PQ #13461 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gudja — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaħħlu l-bozoz ġodda fil-Gudja li jidhru fil-lista li qed nibgħat separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista li issottometta mhix l-istess bhal dik li l-Korporazzjoni Enemalta ghandha fil-pussess taghha u li ntbaghtet lilha mill-Kunsill Lokali tal-Gudja. Anke kieku kien il-kaz, ma nahsibx li wiehed jista` jikkommetti ruhu dwar data meta ser titwahhal bozza gdida jew aktar f`kull triq tal-lokal.
Leg 9 PQ #13463 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna ta' Malta — Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-pensjonanti tat-Tarzna se jieħdu l-flus dovuta lilhom mill-Collective Agreement?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li z-zieda dovuta lill-pensjonanti tat-Tarzna tinhadem mid-Dipartiment tas-Sigurta` Socjali, nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant jaghmel din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli minn dan id-Dipartiment.
Leg 9 PQ #13566 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kunsill lokali ta' Santa Luċija għandu talbiet skond il-lista mibgħuta separatament li ntbagħtet lill-Enemalta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-lista sottomessa mill-Onorevoli Interpellant giet mghoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tigi verifikata u aggornata.
Leg 9 PQ #13567 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Pilloli ISTIN

Question

Jista' l-Ministru jgħin fil-każ tas-sinjura li għandha bżonn il-pilloli ISTIN 5mg li nqatgħu mid-dipartiment u li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Riċentement inġibditli l-attenzjoni mill-Legal Advisor tad-Diviżjoni li nformazzjoni tingħata biss jekk il-persuna li dwarha qed issir id-domanda parlamentari tagħti l-kunsens espress tagħha bil-miktub. Il-kunsens irid jispeċifika liema nformazzjoni għandha tingħata. Tali kunsens għandu jiġi mgħoddi lid-Diviżjoni tas-Saħħa mad-domanda.
Leg 9 PQ #13568 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Art bi qbiela

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern dwar biċċa art li qalu li kienet tal-Knisja u issa saret tal-gvern li tkun bi qbiela mill-gvern lill-individwu u dan l-individwu jridu jgħaddiha lill-persuna oħra li ma tiġix minnu biex ikun jista' jaħdimha?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fir-rigward ta` trasferiment ta` qbiela fuq raba li għadda għand il-Gvern mingħand il-Knisja, l-Uffiċċju Konġunt jimxi skond il-provvedimenti ta` Kap 199 ta` l-Att dwar it-Tiġdid ta` Kiri ta` Raba. Il-policy dwar bdiewa li jridu jgħaddu l-qbiela ta` raba, amministrat mill-Uffiċċju Konġunt, lil persuni li mhux membri tal-familja għad qed tiġi formulata.

Siġġiewi — Boni Street - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li New Street in Boni Street/Nikola Sawra Street, Siġġiewi, tingħata t-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kusilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Leg 9 PQ #13096 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-pitkalija qegħdin jidħlu ħxejjex qabel il-ħin, b'dannu għal min idaħħal kaxex fil-ħin? Jista' l-Ministru jara li jekk dan hu każ jieħu azzjoni biex dan ma jsirx?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li ebda' ħaxix ma' jidħol l-Pitkalija qabel il-ħin stipulat. Narfu wkoll li ma tagħmel ebda' differenza x'ħin jidħol il-ħaxix (bejn it-8.30 a.m. u 1.00 p.m.-it-Tnejn u l-Ħamis, u bejn is-6.30 a.m. u 10.30 a.m.-it-Tlieta u l-Ġimgħa), għaliex il-bejgħ kollu jibda' fl-istess ħin, jiġifieri it-Tnejn u l-ħamis fis-1.30 p.m. u t-Tlieta u l-Ġimgħa fil-11.00 a.m.
Leg 9 PQ #13171 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sptar ta' Għawdex

Question

Jaf il-Ministru li l-appuntamenti mit-taqsima tad-dentistrija fl-iSptar Ġenerali ta' Għawdex qed jingħataw għal 15-il ġurnata wara, minkejja li l-pazjent ikun muġugħ? Jista'l-Ministru jieħu passi biex din il-problema tiġi solvuta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Għal darba oħra nerġa' nitlob biex domandi li għandhom x'jaqsmu m'Għawdex isiru lill-Ministru kkonċernat.

Toroq — Tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-tenders bin-numri WB25/99 u WB26/99, konnessi ma' rranġar jew asfaltar ta' toroq, ma ngħatawx lil min kellu l-irħas u l-aktar offerta vantaġġjuża?

Response (GALEA, ĊENSU)

Billi ma jirriżultax li ħarġu `tenders` konnessi ma rranġar jew asfaltar ta` toroq bir-referenzi indikati mill-Onor. Interpellant, jista l-Onor. Interpellant jindikali għal liema `tenders` qed jirreferi.

Djar — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-ħaddiema/periti tal-Gvern jara l-kondizzjoni tas-saqaf ta' flat tal-gvern li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija biex issir ix-xogħol bżonnjuż minħabba l-istat li fih jinsab?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #13407 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid/Fgura — Wied Blandun - Tindif

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13015 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilek u cioe': jista' jgħid meta se jibda jitnaddaf Wied Blandun f'Raħal Ġdid/Fgura? Hemm ħsieb li dan il-wied jiġi żviluppat? Jekk iva, x'tip ta' żvilupp hu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.