Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 15245 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jikkonferma jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, hijiex se tieħu l-arretrati tal-ftehim kollettiv li sar mat-Tarzna ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond informazzjoni mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata dwar l-arretrati dovuta lilha permezz ta' ittra li ġġib id-data tal-21 ta' Marsu 2000. F'din l-ittra l-persuna kienet nfurmata kemm dwar l-ammont dovut kif ukoll bid-data meta dawn l-arretrati kellhom jitħallsu. Id-Dipartiment ser jerġa' jibgħat kopja ta' din il-korrispondenza lil persuna konċernata.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 15237 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jara għaliex l-anzjan, li ismu qed jintbagħat separatament, għadu jirċievi l-pensjoni tal-pulizija bin-nieqes wara li ilu 32 sena pensjonant? Jista' jagħti r-raġunijiet għal dan?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jirriżultali li l-ex-membru tal-pulizija li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Membru rċieva l-pensjoni kkommutat `sħiħa` meta rtira mis-servizz u dan għax kellu servizz sħiħ, jiġifieri 25 sena.
Minbarra dan, ta` min jgħid li l-individwu kkonċernat gawda għal darbtejn (jiġifieri fl-1968 u fl-1970) minn `Aġġustament ta` Anomaliji` u minn `Reviżjoni ta` Salarji` rispettivament li gawda minnhom il-Korp tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid fejn tiġi pparkjata l-karozza ENE 103 meta ma tkunx qegħda tiġi użata?
Jista' jgħid min jista' jew min qed juża din il-karozza?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li peress li x-xoghol ta` l-ufficjal tal-Korporazzjoni li jaghmel uzu minn din il-karozza jinvolvi li jkun `stand by` u li jista` jigi msejjah jidhol ghax-xoghol wara l-hinijiet normali u anke meta jkun bil-frank, allura l-istess vettura tinzamm mill-istess ufficjal anke meta ma jkunx xoghol. Dan jikkonforma ma` dak stipulat f`paragrafu `B` tal-Finance Circular numru 2 ta` l-1995 datata 22 ta` Frar 1995. Dan jghodd ghal kull ufficjal tal-Korporazzjoni li huwa awtorizzat jaghmel uzu minn karozza tal-Korporazzjoni.
Ma narax il-htiega li naghti isem l-ufficjal li qed jaghmel uzu mill-karozza li ghaliha qed issir riferenza.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa wara li sar magħruf permezz ta' protest ġudizzjarju li sar mill-assikuraturi tal-vetturi kollha f'Malta li jiffurmaw l-OMNIBUS POOL u li fih ġew indikati għadd ta' buses tal-linja u għadd ta' minibus li qed jiċċirkolaw fit-toroq ta' Malta bla m'huma koperti b'polza ta' assikurazzjoni kif irid l-Att 104, tal-Liġijiet ta' Malta dwar l-assikurazzjoni tal-vetturi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Din il-materja qegħda tiġi nvestigata mill-Awtorita` tat-Trasport Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-Loss Control Unit fil-Petroleum Division hemmx xi ħadd li qiegħed jaħdem ħinijiet differenti mill-bqija tal-ħaddiema? Jekk iva, min huwa jew huma? Fuq liema bażi qiegħed/qegħdin jaħdem/jaħdmu hekk? Jekk hemm xi ħinijiet differenti jistgħu l-ħaddiema jaħdmu b'din ir-roster?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma jirrizultalix li fil-Loss Control Unit tad-Divizjoni tal-Petroleum hemm xi haddiem li qed jahdem hinijiet differenti mill-bqija tal-haddiema fl-istess Unit.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu jżomm milli jiġi solvut il-każ ta' housing li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament? Jista' jagħti d-dettalji?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fit-tnejn ta' Jannar, 2000, l-Awtorita' tad-Djar talbet lill-Attorney General biex joħroġ Legal Notice fil-Gazzetta tal-Gvern għat-trasferiment favur tagħha tal-fond indikat mid-Dipartiment tal-Artijiet.
Kif din il-Legal Notice tiġi ppublikata, l-Awtorita' tad-Djar tibgħat għal din il-persuna.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara għaliex koppja bir-relief li l-partikolaritajiet tagħhom qed jintbagħtu separatament, għadha mhux tieħu sussidju fuq id-dawl u l-ilma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet
infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 15203 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid l-anzjana/armla li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħatu separatament hux se tieħu arretrati ta' taxxa?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li na naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-`taxpayer` allura r-risposta tingħata lilu privatament.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15083, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għall-perijodu ta' mill-1 ta' Jannar, 2000 'il hawn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ir-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Numru 15429 tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara għaliex l-anzjan li ismu qed jintbagħat separatament għadu jirċievi l-pensjoni tal-pulizija bin-nieqes wara li ilu 32 sena pensjonant? Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet għal dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Billi l-Mistoqsija ta' l-Onor. Interpellant titratta dwar pensjoni tal-Pulizija li titħallas mit-Teżor, nitolobu jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Minsitru jgħid persuna anzjana li r-raġel tagħha jinsab SVPR u li isimha qed jintbagħat separatament, kemm se tibda tirċievi pernsjoni peress li qiegħed jkollha ħafna verżjonijiet differenti u peress li issa parti mill-pensjoni se tinqata' biex jitħallas is-servizz li qiegħed jieħu r-raġel tagħha f'SVPR?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond kif jiena nfurmat il-persuna kkonċernata ġiet infurmata bir-rata ta' pensjoni dovuta lilha. Id-dipartiment ser jerġa jibgħat din l-informazzjoni lill-persuna ndikata minnu.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-persuna, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, hijiex se tieħu l-arretrati tal-ftehim kollettiv li sar mat-Tarzna tal-Malta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li z-zieda li jiehdu l-pensjonanti tinhadem mid-Dipartiment tas-Sigurta` Socjali u ghalhekk din il-mistoqsija ghandha tigi riferita lill-Ministru li l-imsemmi dipartiment jifforma parti mid-dekasteru tieghu.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15082, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għall-perijodu ta' mill-1 ta' Jannar, 2000 'il hawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u t-28 ta` Marzu tas-sena 2000, il-Pulizija qabdet 40 persuna bi ksur tar-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta` l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta` Speċi Protetti u Riservi Naturali); u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66).
Jista' l-Ministru jara li jiġi korrett żball li għamlu jew id-Dipartiment tat-Taxxi Interni jew dak tas-social security fir-rigward ta' kopja anzjana li żammewlha flus bi żball (taxxa) u li għadhom ma ingħataw xejn?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-każ qed ikun mistħarreġ u se jkun eżaminat kif għandu jkun rimedjat jekk jirriżulta li kien hemm żball.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jitneħħa s-sussidju mit-Tarzna ta' Malta? Jekk iva, meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-mira tal-Gvern hija dik li t-Tarzna tqum fuq saqajha b`mod li ma tibqax tirapprezenta piz finanzjarju ghall-poplu Malti. Dan il-ghan jista` jintlahaq jekk it-Tarzna jirnexxielha tattira aktar xoghol filwaqt li tnaqqas l-ispejjez taghha billi tizdied l-efficjenza.
Il-Kunsill tat-Tarzna qed jahdem fuq dawn l-ghanijiet u ghandu quddiemu `business plan` li jipprogetta tnaqqis fis-sussidju, bil-mira ta` `breakeven` wara s-sena 2004.
Jista' l-Ministru jara x'sar mit-talba li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għamlet lill-VAT office permezz ta' ittra bil-miktub?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-talba li l-persuna indikata mill-Onorevoli Interpellant għamlet lid-Dipartiment tal-VAT ġiet milqugħa u li l-istess persuna ġiet mgħarrfa b`dan fis-7 ta` Marzu 2000.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra x-xogħol li kien sar minn amministrazzjoni Laburista dwar il-vetura ta' night warden għall-anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien m'għandi xejn x'inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra għax m'hemm xejn dokumentat li xi vettura kellha tkun għas-servizz ta' "night warden" għall-anzjani.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni b'overdose fil-casualty ta' St Lukes Hospital? Meta daħlu? Kemm kienet l-eta' tagħhom? Minn liema lokalita' kienu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jista` l-Onor. Interpellant jindika eżatt minn meta sa meta jrid ikun jaf kemm daħħlu pazjenti fil-casualty b'overdose. Sadattant nirreferih għad-domandi Parlamentari Numri 3552, 3704, 12966 u 13022.