Jista' l-Viċi Prim Minsitru jgħid x'tip ta' taħdidiet saru biex f'SVPR jkun hemm social workers?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għall-Mistoqsija Parlamentari 15811 fejn ġie spejegat li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani għandu 'pool' ċentrali ta' Social Workers li jindirizzaw il-każijiet kollha li jinvolvu l-Anzjani.
Id-Dipartiment huwa kommess li jwaqqaf servizz ta' 'social work' ġewwa San Vinċenz u qed isiru taħdidiet ma' kull min hu konċernat biex jiġi stabbilit x'livell ta' servizz ta' 'social work' huwa meħtieġ ġewwa San Vinċenz de Paule.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' suwiċidju mill-1.1.2000 sal-lum? Jista' jagħti l-etajiet tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul l-ewwel erba` xhur ta` din is-sena, gew irrapurtati 4 kazi ta` suwicidju. L-etajiet tal-vittmi kienu, 47 sena, 37 sena, 35 sena u 54 sena.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew installati Telecare mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum? Jista' jgħid fejn ġew installati lokalita' lokalita'? Jista' jgħid bħalissa kemm hemm talbiet pendenti u f'liema lokalita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' Telecare installati mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum huwa ta' 415. In-numru ta' talbiet pendenti huwa ta' 106. Dawn huma mill-lokalitajiet kif murija fit-tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 15597 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li ġiet riferuta lilek u cioe': jgħid x'inhi r-raġuni li l-istallazzzjoni ta' reflectors u belisha beacons għal zebra cross fi Triq il-Knisja, Tarxien, għadhom ma sarux fid-dawl tal-fatt li l-kunsill lokali ilu li talab lill-Enemalta mit-22 ta' Frar, 1999 sabiex issir l-istallazzjoni tad-dawl meħtieġ u fl-1 ta' Ottubru, 1999 ħallas bil-quddiem lill-Enemalta Lm577.00 sabiex isir ix-xogħol miftiehem, kif ukoll fit-18 ta' Frar li għadda kiteb lill-Ministru dwar is-sitwazzjoni imma sal-lum la wieġeb il-Ministru u lanqas sar ix-xogħol?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-istallazzjonijiet tar-rifletturi u l-'belisha beacons' fi Triq il-Knisja, Ħal-Tarxien saret fl-20 tax-xahar li għadda. L-installazzjoni tkun tista' tinxtgħel wara li jinżebgħu s-sinjali taż-'zebra crossing'.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara għaliex reserved parking, tal-persuna li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ġiex approvat, minkejja l-bżonn urġenti minħabba mard?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuna li għaliha saret riferenza applikat għas-servizz ta' "Reserved Parking" s-sena l-oħra u ġiet rifjutata minħabba li skond il-bord tal-KNPD li jeżamina dawn l-applikazzjonijiet din ma kellhiex diżabilita' severa ta' mobilita' kif jitolbu r-regolamenti għal dan is-servizz.
Din il-persuna ġiet infurmata b'dan f'Ġunju tas-sena l-oħra u ġiet infurmata wkoll li "jekk għal xi raġuni, jkun hemm tibdil sostanzjali fiċ-ċirkostanzi li tħoss li l-bord għandu jerġa jeżamina l-applikazzjoni tagħha hi tista' terġa tapplika għal dan is-servizz".
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk il-persuna armla għandhiex dritt ta' arretrati ta' żewġha mejjet - partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament - li kien jaħdem mal-gvern imbagħad mal-power station?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant li jgħaddi d-dettalji ta' l-armla u mhux tar-raġel tagħha biex id-dipartiment ikun jista' jinvestiga l-każ kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk hux il-każ li l-ambaxxata Ingliża kienet involuta fix-xiri ta' vettura li l-użu tagħha kien express u diskuss mal-ambaxxatur Ingliż li għen biex din tinxtara fir-Renju Unit u tinġieb f'Malta?
Għaliex il-bniedem li għamel konverzjoni ta' din il-vettura għal użu tan-night warden baqa' ma tħallasx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hu minnu 'lli l-Ambaxxata Ingliża kienet involuta fix-xiri ta' vettura li kienet inxtrat mir-Renju Unit fuq inizzjattiva tas-Segretarjat ta' l-Anzjani.
Għat-tieni parti tal-Mistoqsija nixtieq iktar informazzjoni biex wieħed ikun f'pożizzjoni li jagħti Tweġiba eżatta.
Jista' l-Ministru jara biċċa art abbandunata, li l-partikolaritajiet tagħha qed jidhru separatament minn din il-mistoqsija, hijiex tal-privat, ta' l-Uffiċċju Konġunt jew tal-gvern?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-art li għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant tinsab kemm f`Annex 8, il-lista ta` proprjeta` li ġiet trasferita lill-Gvern mill-Knisja, kif ukoll f`Annex 2, il-lista ta` proprjeta` li nżammet mill-Knisja.
Ninsab infurmat ukoll li ntalbet korrezzjoni mill-Knisja biex l-art in kwestjoni titneħħa mill-lista ta` proprjeta` li ġiet trasferita lill-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jintbagħtu l-arretrati ta' l-income tax? Jekk bdew jintbagħtu, sa liema sena waslu u kemm ammontaw?
Response (DALLI, JOHN)
Nippreżumi li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għar-`refunds` ta` taxxa li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni għandu jagħti għas-snin l-imgħoddija.
Ninsab infurmat li `refunds` joħorġu regoralment matul is-sena kollha skond kriterji elenkati fir-risposta għall-Interpellanza Numru 15313. Minn Jannar sal-lum tħallsu Lm644,265 f`refunds` li kienu dovuti għas-snin ta` qabel l-1998. Skond l-Estimi Ġenerali għal din is-sena il-flus ivvotati għal dan l-iskop ilaħħaq Lm3,000,000. Dawn il-figuri ma jinkludux ir-`refunds` li tħallsu jew li għad iridu jitħallsu matul din is-sena dwar is-snin ta` stima 1999 u 2000.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid post, li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament, ta' min hu jekk huwiex tal-privat, tal-gvern jew allokat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-post indikat ma hux tal-Gvern u mhux f'idejn id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se joħroġ is-sussidju ta' child carer lis-sorijiet ta' l-Ursolini ta' Angela House, Gwardmanga, peress li issa hemm madwar 67 tarbija/tfal u kif jaf hu stess dawn is-sorijiet qegħdin jagħtu kontribut kbir għall-ġid tal-komunita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Twaqqfet Kummissjoni li qegħda tistudja s-sitwazzjoni taċ-'Child Care' f'Malta li fosthom jidħlu wkoll id-djar immexxija mill-Ursulini. Fost affarijiet oħra qed jiġi ssuġerit x'personnel fosthom 'Child Carers' għandhom bżonn dawn il-faċilitajiet residenzjali sabiex ikunu f'pożizzjoni li jiżvolġi x-xogħol tagħhom b'mod adegwat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari numri 15244 u 15077 b'riferenza għall-operazzjonijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
E.N.T. Department:
-----------------
Waiting list Out-Patients : 10 - 15 days
Waiting list Operations : 4 - 6 weeks
Dental Department:
-----------------
Waiting list Out-Patients : 260
(Nru li jsiru fil-gimgħa) : 36
(Nru li jiżdiedu mal-lista
fil-gimgħa) : 17
Waiting list Operations : Tfal 63 Adults 80
(Nru li jsiru fil-gimgħa) : Tfal 5 Adults 3
Department of Medicine:
----------------------
Waiting list Out-Patients : 24-3-00 - 6-5-00
Department of Surgery:
----------------------
Waiting list Out-Patients : 13-3-00 - 19-5-00
Waiting list Operations
Mr. N. formosa : No waiting list
Mr. C. Swain : 3 - 4 weeks
Mr. D. Gatt : 50 cases - with date
: 92 cases - without date
Prof L. Cutajar : 20 cases - new cases
: 50 cases - endoscopy
Prof G. Laferla : 147 cases - Major
: 315 cases - Minor & Intermediate
: 93 cases - Endoscpopy
Mr. G. Felice : 60 cases
Mr. A. Felice : 3 - 4 weeks
Mr. A. Zammit : 31 cases - Minor & Intermediate
: Major&Endoscopy-No waiting list
Mr. A. Attard : 197 cases
Mr. K. German : 3 - 4 weeks
Paediatric Department:
----------------------
Waiting list Out-Patients : 10-3-00 - 22-3-00
Waiting list Operations : March 28th - 31st : 10
April : 41
May : 23
June : 7
July : 3
August : 2
Orthopaedic Department:
-----------------------
Waiting list Out-Patients : 2238
Wating list Operations : 2953
Opthalmic Department:
---------------------
Appuntamenti għal-każi ġodda isiru bejn 4 u 6 gimgħat.
Jekk għal xi raġuni jew oħra pazjent regolari ma jżommx l-appuntament li jkollu, jidħol fil-lista tal-`follow-ups` li hija mimlija min 6 xhur qabel.
F`Każ ta` emerġenza pazjent jista jattendi l-emerġenza ta` l-għajnejn kuljum filgħodu fl-`Out-Patients` u filgħaxija fis-sala.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li ħaddiema tad-dipartiment tal-housing jibdlu l-madum ta' flat, li partikolaritajiet dwaru qed jintbagħtu separatament, wara li sar xi xogħol mill-Water Services Corporation?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara kif se tissolva problema ta' koppja anzjana, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, li wieħed mill-partijiet huwa marid serjament u għandhom problema kbira ta' drenaġġ? Jista' jara li din il-problema tiġi solvuta għal ġid ta' l-anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtiega.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 15429?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li bejn l-ewwel ta` Jannar 2000 u l-ewwel ta` April 2000 kien hemm 63 każ ta` persuni li daħlu b`suspett t`avvelenament jew overdose fid-Dipartiment ta` l-Emerġenza ta` l-Isptar San Luqa. It-terminu `avvelenament` jew `overdose jew inkella fejn l-intenzjoni ma kienitx stabbilita. L-avvelenament jista` jkun bi drogi, medikamenti, sustanzi bijoloġiċi, kimika u sustanzi noċivi (poisoning by drugs, medicaments, biological substances, chemicals and noxious substances: ICD-10 codes X40 - X49, X60 - X69 and Y10 - Y19).
Id-dettalji t`eta` u sess kienu:-
Eta` Irġiel Nisa
-------------------------------------------- -----------
20 sena jew inqas 6 4
----------------------------------------------- --------
21-40 sena 16 10
---------------------------------------------- ---------
41-60 sena 2 5
----------------------------------------------- --------
61 sena `l fuq 0 2
----------------------------------------------- --------
Mhux indikat 11 7
----------------------------------------------- --------
TOTAL 35 28
______________________________________________ _________
Minn dawn 5 persuni kienu jinħtieġu kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Dettalji dwar lokalita` u data ta` meta daħlu fl-Emerġenza jinkludu numri zgħar ħafna f`ċerti każi u li għalhekk jistgħu jwasslu għal identifikazzjoni ta` individwi.
Għaldaqstant ma nħossx li għandi nagħmilhom pubbliċi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-istallazzjoni ta' reflectors u belisha beacons għal zebra cross fi Triq il-Knisja, Tarxien, għadhom ma sarux fid-dawl tal-fatt li l-kunsill lokali ilu li talab lill-Enemalta mit-22 ta' Frar, 1999 sabiex issir l-istallazzjoni tad-dawl meħtieġ u fl-1 ta' Ottubru, 1999 ħallas bil-quddiem lill-Enemalta Lm577.00 sabiex isir ix-xogħol miftiehem, kif ukoll fit-18 ta' Frar li għadda kiteb lill-Ministru dwar is-sitwazzjoni imma sal-lum la wieġeb il-Ministru u lanqas sar ix-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li ħaddiema tad-dipartiment tax-xogħlijiet jagħmlu spezjoni fuq gallarija fis-sit, li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament, minħabba li hija perikoluża ħafna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari numri 15244 u 15077?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba rigward waiting time għal new case fid-Dipartiment ta' l-Out-Patients.
Informazzjoni dwar operazzjonijiet għadha qed tinġabar.