Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni dwar każ ta' pensjoni ta' armla, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħatu separatament minn din il-mistoqsija, li ġiet informata li se titnaqqsilha l-pensjoni għax qiegħda tieħu xi flus żejda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Leg 9 PQ #16032 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 15841?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta` ilmenti li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma rceviet fl-ufficcju taghha fil-Belt dwar gholi fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma ghal dawn l-ahhar erba` snin kien kif gej: 1997 14,709 ilment 1998 9,803 ilment 1999 4,847 ilment 2000 (sat-30 ta` April) 3,848 ilment Tajjeb jinghad li mhux kull min jilmenta jkollu ragun. Infatti huwa stmat li bejn wiehed u iehor 30 fil-mija jkollhom xi forma ta` ragun. Ninsab infurmat ukoll li ma tinzammx statistika fl-ufficju ta` Hal-Luqa peress li l-bicca l-kbira ta` l-ilmenti u l-mistoqsijiet li jsiru f`dan l-ufficju isiru biss permezz tat-telefon u jigu iccarati dak il-hin stess.

Djar — Manutenzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15941, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li ħaddiema tad-dipartiment dwar manutenzjoni tad-djar jispezzjonaw saqaf ta' dar fejn toqgħod anzjana - id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - peress li l-kundizzjoni tiegħu hija perikoluża u għalkemm qatt ma saret talba mill-anzjana, talbet lili biex nagħmel dan l-intervent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ġejt infurmat li saret spezzjoni u ma rriżultax li hemm xi periklu fil-fond imsemmi.

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex anzjana armla - partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament - qiegħda titnaqsilha l-pensjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Għajnuna Soċjali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15760, qed ngħaddi d-dettalji separatament. Jista' l-Ministru issa jagħtini risposta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha ġew mgħoddija separatament, ma ġietx misjuba fir-rekords tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. Jekk jogħġbok agħti dettalji, partikolarment in-numru tal-Karta tal-Identita'.
Leg 9 PQ #15847 Sitting 290 2000-05-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Toroq — Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu bozoz ġodda mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum fil-lokalitajiet tal-Gudja, Marsa, Raħal Ġdid, Sta. Luċija u Ħal Tarxien? Fejn twaħħlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn Jannar u April ta` din is-sena twahhlu 72 lampa gdida fil-hames lokalitajiet imsemmija imqassmin kif gej: Gudja 20 lampa Marsa 17-il lampa Paola 2 lampi Santa Lucija 2 lampi Tarxien 31 lampa

SVPR — Sala

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta huwa maħsub li titlesta s-sala l-ġdida li qegħda tinbena f'SVPR? Kemm huwa stmat li tiswa? Kemm se jkollha sodod, kemm għan-nisa u kemm għall-irġiel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq li l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu u jgħid għal x'hiex qed jirreferi meta jgħid "s-sala l-ġdida".

Djar — Dawl

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jsir id-dawl fil-flats li l-partikolaritajiet qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija, minħabba li issa l-flat ilu ġranet sħaħ bla dawl?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Djar — Persuni b'diżabilita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' lift fil-flat li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija, peress li fih toqgħod persuna b'diżabilita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Saret spezzjoni mill-Perit ta' l-Awtorita' tad-Djar. Qed isiru l-preparamenti biex issir applikazzjoni ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għat-twettieq tax-xogħol neċessarju għall-installazzjoni tas-sistema tal-'lift' peress li dan jirrikjedi tibdil strutturali partikolarment għall-skop ta' aċċess.

Benefiċċji soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li r-relief tas-sinjura li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija, joħroġ mill-aktar fis peress li issa ilu xi żmien li miet ir-raġel tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Membru illi 'l-persuna minnu ndikata għandha tiġi nfurmata bil-miktub dwar dan.

Djar — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li ħaddiema tad-dipartiment dwar manutenzjoni tad-djar jirranġa saqaf ta' dar fejn toqgħod anzjani - partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament - peress li l-kundizzjoni tiegħu hija perikoluża?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li m'hemm ebda talba pendenti dwar dan il-flat quddiem id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar.
Leg 9 PQ #15841 Sitting 289 2000-05-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1997 sas-2000, il-WSC kemm irċeviet ilmenti dwar għoli fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din l-istatistika?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.

Raħal Ġdid — Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jara li side street li tagħmel ma' Ninu Cremona u Arcade Street, in-naħa t'isfel ta' Raħal Ġdid, tingħata t-tarmac peress li tinsab fi stat diżastruż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq indikata mlll-Onor. interpellant għadha lura ħafna fl-iżvilupp u ma jkunx għaqli li tingħata t-`tarmac` meta għad baqa` tant bini xi jsir fiha.

Anzjani/pensjonanti — Żieda

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-anzjani u l-pensjonati jieħdu ż-żieda kollha ta' l-għoli tal-ħajja kif imwiegħda fil-programm elettorali Nazzjonalista ta' l-aħħar elezzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal ma spjegajt drabi oħra, il-Gvern preżenti ħatar Kummissjoni għal riforma fil-qasam tal-Welfare biex fost ħwejjeġ oħra, jingħata parir dwar kull tibdil li jkun jidher li hu meħtieġ sew fir-rigward ta' skemi għall-pensjoni, u sew fir-rigward tal-liġi tas-Sigurta' Soċjali. Jiena nfurmat li l-Kummissjoni tilqa' kull suġġeriment li jsirilha bl-għan li jingħata konsiderazzjoni fid-deliberazzjonijiet li qed tagħmel.

Tarxien — Xintill Street - Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-għażla tat-tender għall-asfalt tat-toroq ta' madwar l-iskola sekondarja qrib Xintill Street? Jista' jgħid meta se jibda x-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-`tenders` li ntefgħu qegħdin jiġu kkunsidrati mill-Kumitat tal-Kuntratti qabel ma jiġi mogħti l-kuntratt.

Persuni b'Diżabilita' — Djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb tal-gvern li jiftaħ aktar djar għal persuni b'diżabilita', it-tip ta' Dar il-Wens, Raħal Ġdid? Jekk iva, fejn huwa ppjanat li tinfetaħ? Jekk le, għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Ministeru tiegħi hu konxju dwar il-bżonn li jkun hawn servizzi residenzjali għall-persuni b'diżabilita' inkluż djar simili għal Dar il-Wens. B'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita', fil-preżent għaddejjin żewġ inizjattivi f'dan il-qasam: a) Maisonette u garaxx inkrew mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' b'kera ssusidjata mill-Awtorita' tad-Djar. Din il-maisonette għaddiet għal għand Dar il-Wens biex tintuża minnhom biex persuni b'diżabilita' intelletwali jkunu jistgħu jgħixu fil-komunita' b'aktar indipendenza. b) Il-Kummissjoni ħejjiet "project document" biex tinfetaħ dar żgħira fil-komunita' għall-persuni b'diżabilita' intelletwali li għandhom bżonn ta' sapport qawwi. Fil-preżent għaddejjin diskussjonijiet dwar il-finanzjament għal din id-dar.

SVPR — Welfare Committee - membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Welfare Committee ta' SVPR?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Welfare Committee ta' St Vincent de Paule Residence kien ġie rikostitwit f'Jannar ta' din is-sena u issa huwa ffurmat kif jidher hawn taħt: Chairman: Is-Sur Louis Cuschieri Membri: Dr Francis Agius M.D., M.P., Is-Sur George Agius Is-Sur Joseph Attard Is-Sur Louis Attard Is-Sur Michael Bezzina Is-Sur Anthony Borg Ms Anne Callus Dr Miriam Camilleri, M.D. Dr Karl Chircop M.D., M.P. Dr Ronald Fiorentino M.D. Is-Sur Lino Mizzi Is-Sur Anthony Schembri Is-Sur Joseph Spiteri Segretarju: Is-Sur Vincent Ellul
Leg 9 PQ #15835 Sitting 288 2000-05-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — EOs

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jinħarġu internal examinations għal EOs mal-gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 14040.