Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni (priġunieri) fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Jista'l-Ministru jgħid mil-liema nazzjonalita' huma? X'inhi l-eta' tagħhom u s-sess?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanti hu kif jidher hawn taħt : -
Tagħrif dwar persuni li kienu jinżammu l-ħabs
---------------------------------------------
fit-8 ta` Ġunju 2000
--------------------
Rġiel 227 Nisa 7 TOTAL
Maltin 166 Barranin 68 234
Dawk ta` nazzjonalita` barranija kienu mqassma kif ġej :
Libjani 44
Taljani 4
Ingliżi 2
Tuneżini 5
Eġizzjani 5
Yugoslavi 1
Alerġini 2
Sirjani 2
Olandiżi 3
Eta` ta` bejn Numru
------------- -----
15 - 17 3
18 - 20 10
21 - 24 30
25 - 29 49
30 - 34 46
35 - 39 37
40 - 49 39
50 - 59 15
60 yrs & over 5
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi għal parties? Jista' jgħid kemm inqabdu jiksru r-regoli? Jista' jgħid kemm applikaw għall-parties għal 14 ta' Awwissu f'Malta u Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika l-perijodu li dwaru qed jintalab dan it-tagħrif.
Jista' l-Ministru jgħid jekk pulizija li jkunu għaddew board fuq mard u jkunu jixtiequ jerġgħu jidħlu fis-servizz wara ħelsien mill-mard, jistgħux jagħmlu dan? Jista' jgħid kemm daħlu pulizija wara li kienu ġew boarded out, sena b'sena, mill-1980 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija numru 14556. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
1980 Xejn
1981 Xejn
1982 Xejn
1983 Xejn
1984 Xejn
1985 Xejn
1986 Xejn
1987 19
1988 3
1989 2
1990 4
1991 3
1992 Xejn
1993 1
1994 3
1995 1
1996 4
1997 Xejn
1998 Xejn
1999 Xejn
2000 Xejn
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li missier bir-relief - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - joħroġlu r-relief wara li f'dawn l-aħħar ġranet waqaflu u jinsab bla ebda dħul ieħor finanzjarju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha dwar il-każ mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Ministru jara li s-sinjura, li d-dettalji tagħha qed jintabgħtu separatament, tiġi nfurmata personalment dwar fejn waslet l-applikazzjoni tagħha għal hearing aid?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li joħroġ ir-relief ta' missier - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - li għadu kif tilef ix-xogħol u għandu żewġt itfal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha dwar il-każ mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol dwar mistoqsija parlamentari numru 2503 peress li issa għadda ż-żmien u kien hemm żmien biżżejjed biex isir?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi ma jdumx ma jitħabbar ir-riżultat tad-diskussjonijiet fuq is-suġġett. Dawn saru bejn il-Ministeru tiegħi, l-Uffiċju Konġunt u d-Dipartiment ta' l-Artijiet
Jista' l-Ministru jara li jingħataw lura l-capital gains ta' anzjan - partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament - li kien ħallas aktar mill-ammont dovut?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sena l-oħra ddaħħlet is-sistema tas-`Self Assessement` fejn il-Gvern intrabat li jħallas l-imgħaxijiet jekk ir-`refund` ma jsirx fiż-żmien determinat mill-liġi. Dan hu pass kbir il quddiem għax mhux se jiggrava aktar il-problema tal-ħlas tar-`refunds` lit-`taxpayers`. Sfortunatament minħabba l-ammont kbir ta` `refunds` li akkumulaw matul is-snin passati mhux possibli li dawn jitħallsu kollha f`daqqa iżda qed isir sforz biex dawn jitħallsu fl-inqas żmien possibbli. Id-Dipartiment jimxi fuq diversi kriterji fil-ħlas ta` dawn ir-`refunds` u l-każ imsemmi fl-interpellanza jkun ikkunsidrat fil-kuntest ta` dawn il-kriterji.
Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza f'Fuklar Street, Birżebbuġa, preċiżament fuq ir-residenza 66, Josan?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f`Birzebbugia ma tezistix Triq il-Fuklar. Jista` jkun li ried jaghmel riferenza ghal Triq il-Folklor. Jekk dan huwa l-kaz, ninfurmah li t-talba qed tigi kkunsidrata flimkien ma` talbiet ohra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara għaliex xebba li tgħix waħida d-dar - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - f'dawn l-aħħar tliet xhur inqatgħalha r-relief? Jista' jinvestiga u jħaffef dan il-każ peress li din il-persuna tinsab fi bżonn kbir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha dwar il-każ mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Ministru jara li jiġi pproċessat il-każ dwar pensjoni li bħalissa tinsaba miżmuma ta' anzjana armla li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali bir-raġuni għaliex it-talba tagħha ma tistax tiġi proċessata.
Jista' l-Ministru jara għaliex bħalissa l-pilloli PREPULSID 10mg huma out of stock? Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jkunu fl-isptar minħabba l-bżonn urġenti tal-pazjenti għal dawn il-pilloli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-pilloli Prepulsid 10mg mhumiex fuq il-Formularju imma kienu jinxtraw biss għal żewġ pazjenti bħala `Non Formulary' fuq parir tad-`Drugs and Therapeutics Committee'. L-ewwel approvazzjoni għal dawn il-pazjenti kienet għal sitt xhur u din skadiet fl-aħħar ta' Marzu. Fit-tmienja u l-ħdax ta' April rispettivament inħarġu approvazzjonijiet mid-D.T.C. għall-pilloli Cisapride 10mg (ukoll Non Formulary) għal dawn iż-żewġ pazjenti. Id-Dipartiment tas-Saħħa għandu stokk ta' Cisapride 10mg.
Jista' l-Ministru jara għaliex koppja anzjana li l-partikolaritajiet tagħha jidhru separatament minn din il-mistoqsija, ma ħadux allowance supplementari?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ma tikkwalifikax għall-Allowance Supplimentari. Ninsab infurmat li r-raġuni għaliex dan hu l-każ ġiet komunikata lilha bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi għal bejgħ fuq il-monti mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-lum? X'inhi l-proċedura biex wieħed japplika għall-permess biex ibigħ fuq il-monti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul din is-sena ma nħarġux permessi mill-Pulizija għall-bejjiegħa fuq il-Monti. Fil-preżent mhumiex jintlaqgħu applikazzjonijiet għal dan il-ġeneru ta` negozju.
Jista' l-Ministru jara jekk l-armla, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija, ħaditx l-arretrati kollha u kemm suppost? Jista' l-Ministru jara li ż-żieda li qiegħda tieħu ta' l-għoli tal-ħajja hu dak li suppost tieħu? Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni ta' dan bil-miktub lil din l-anzjana personalment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 'l-persuna indikata minnhu qed titħallas kif suppost. Tħallsu wkoll l-arretrati kollha dovuta lilha. Inżid ngħid illi l-istess persuna ġiet infurmata b'dan bil-miktub.
Jista' l-Ministru jara li jiġi pproċessat il-każ ta' sussidju mill-Housing Authority sabiex issir il-manutenzjoni neċessarja u jinbidlu s-soqfa tar-residenza tal-anzjani li l-partikolaritajiet tagħhom jidhru separatament minn din il-mistoqsija, u ż-żmien tas-sajf huwa opportun għal dan it-tip ta' xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuna imsemmija ser tirċievi ittra fejn tiġi informata bl-ammont ta' għotja li ser tingħata għax-xogħolijiet rakkomandati mill-Perit ta' l-Awtorita' tad-Djar li għandhom isiru. Din il-persuna ser tiġi wkoll mitluba biex tiffirma l-ftehim meħtieġ.
Jista' l-Ministru jara li l-wires żejda li hemm quddiem ir-residenza ta' 151, Paola Square, Paola, jitneħħew?
Response (BONNICI, JOSEF)
Napprezza jekk l-Onorevoli Interpellant jindika x`tip ta` wires huma dawk li qed jaghmel riferenza ghalihom sabiex it-talba tieghu tkun tista` tigi indirizzata lill-entita` koncernata.