Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma n-nies li jiffurmaw parti mill-kumitat eżekuttiv tal-KNDP? Kemm hi r-remunerazzjoni ta' kull membru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
a) L-Eżekuttiv tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Disabilita' hu kompost hekk:
Is-Sur Joe Camilleri Chairman tal-KNPD u tal-Eżekuttiv
Is-Sur Fred Bezzina Direttur Eżekuttiv tal-KNPD u segretarju
tal-Eżekuttiv
Is-Sur Edgar Galea Curmi Rappreżentant tal-Ministeru għall-Politika
Soċjali
Is-Sur Paul Attard Rappreżentant tal-Ministeru ta' l-
Edukazzjoni
Dr Anthony Charles Rapreżentant tal-Federazzjoni għall-
Organizzazzjonijiet tal-Persuni b'Diżabilita'
Is-Sur Paul Mifsud Rappreżentant tal-Federezzjoni għall-
Organizzazzjonijiet tal-Persuni b'Diżabilita'
Fr Charles Abela Rappreżentant tal-Knisja
Issa li għaddiet l-Att Nru 1 ta' l-2000, il-Liġi Oppurtunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilita'), il-Ministeru tiegħi jinsab f'diskussjonijiet biex il-Kummissjoni u l-Eżekuttiv ta' din l-organizzazzjoni jerġgħu jiġu ri-kostitwiti kif indikat fl-istess liġi (Taqsima V Artiklu 21).
b) L-ebda wieħed minn dawn il-membri ma għandu rinemerazzjoni biss iċ-Chairman u d-Direttur Eżekuttiv huma membri full-time tas-segretarjat tal-Kummissjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru huwiex qed jiċċekkja d-dħul tas-servizzi professjonali ta' dawk il-professjonisti/konsulenti li jaħdmu taħt il-kappa ta' l-NGOs? L-NGOs huma obbligati li jissottomettu rendikont tal-pagi/salarji u consultancy fees li jiċċarġjaw lill-klijenti?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kull min jimpjega xi persuna (full-time jew part-time) huwa obbligat skond ir-regoli tal-Final Settelment System li jagħti lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni kull informazzjoni dwar ħlas u remunerazzjoni li jkun ħallas skond ir-regoli. NGO`s li jħallsu pagi jew salarji m`humiex eżentati minn dawn ir-regoli u huma marbuta bl-obbligi kollha bħal kull employer ieħor. Din l-informazzjoni tkun ivverifikata mad-dħul dikjarat mill-individwi involuti. Għalkemm xi NGO`s jista` jkunu eżentati mill-ħlas tat-taxxa, dawn xorta waħda huma obbligati li jibgħatu l-prospett annwali tat-taxxa flimkien mal-financial statements tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-pilloli Bonefos 400 mg jiġu l-isptar peress li qegħdin jiġu ordnati minn professuri u l-pazjenti qed ikollhom jixtruhom huma b'riżultat li familji bi dħul baxx qed ibatu finanzjarjament peress li dawn il-pilloli huma għoljin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li għalkemm Bonefos mhix ``available'' fl-isptar, hemm mediċini alternattivi. Dawn il-mediċini jingħataw mill-isptar lill-pazjenti li huma ntitolati. Dan l-aħħar kien hemm rikjesta biex Bonefos tiġi ntrodotta fl-isptar. Din ser tiġi diskussa fil-meeting li ġej tad-Drugs and Therapeutics Committee.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 16666, jista' l-Ministru jirrispondi rigward il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2000 u llum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar u t-13 ta` Ġunju 2000, il-Pulizija ma kelliex rapport ta` overdose f`parties li jirrikjedu permess skond il-liġi sabiex isiru.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 16679, jista' l-Ministru jirrispondi rigward lil-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2000 u llum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u t-13 ta` Ġunju 2000, il-Pulizija qabdet 126 persuna bi ksur tar-Regolamenti ta` l-1993 dwar il-Ħarsien ta` l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta` l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ (Dikjarazzjoni ta` Speċi Protetti u Riżervi Naturali) u l-Ordinanza dwar l-Armi (Kap. 66). Minn dawn, 29 persuna kellhom il-każ tagħhom deċiż quddiem il-Qorti, li minnhom 19 weħlu multa, 9 kienu liberati, 1 weħel sentenza sospiża, filwaqt li l-każi l-oħra għad m`humiex deċiżi.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 16678, li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek, u cioe': Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq is-sistema tat-traffiku ħdejn il-Madonna ta' Lourdes fi Triq Valletta, Raħal Ġdid (konness ma' l-estensjoni tal-Ħabs)? Jista' l-Ministru jgħid x'irrużultalu t-Traffic Control Board fir-rigward ta' dan ix-xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Kunsill tar-Raħal Ġdid ġieli ddiskuta l-problema li teżisti 'Valletta Road' fejn it-triq hi wiesgħa ħafna u hi maqluba b'dik li tissejjaħ 'negative chamber'.
Għadha ma nstabitx soluzzjoni għal din il-problema minħabba li t-triq hi wiesgħa ħafna u mibnija fuq kullimkien, u allura jinħolqu livelli mhux aċċettabbli għar-residenti ta' l-inħawi.
Jista' l-Ministru jara li wires tal-Maltacom li hemm ma' residenza li l-partikolaritajiet tagħha qegħdin jidhru separatament u li qegħdin ikerrhu l-ambjent, jitneħħew jew jiġu rranġati?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Maltacom plc sabiex jiġi investigat u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara li jsir it-tindif li kien isir kull sena fl-isprall ta' triq li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija, minħabba li qegħdin joħorġu ħafna wirdien u ġrieden?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' l-Ministru jara li pipe tad-dawl li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija u li jinsab fi stat perikoluż, jinbidel mill-aktar fis possibbli?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta` l-Onorevoli Interpellant ghaddejtha lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tigi kkunsidrata u jekk ikun il-kaz jittiehdu l-passi mehtiega.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma r-regolamenti biex persuna separata tieħu r-relief? Jista' jgħid kemm tista' tħalli flus il-bank? Jista' jgħid kemm jista' jkollha proprjeta' biex persuna tibqa' tieħu r-relief?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sabiex persuna separata tirċievi l-Għajnuna Soċjali jekk fil-familja tagħha ma jkollix tfal dipendenti jew l-persuna ma tkunx marida, trid tirreġistra għax-xogħol taħt l-Ewwel Taqsima tar-Reġistru miżmum skond id-dispożizzjoni ta' l-Att dwar is-Servizzi ta' l-Impieg u Taħriġ.
Il-persuna hija wkoll obligata li tagħmel l-almu tagħha biex tottjeni manteniment legalment dovut lilha minn għand ir-raġel/mara tagħha.
Bħala flus fil-bank il-persuna ma jridx ikollha aktar minn Lm4000. Minbarra r-residenza, garaxx ma din ir-residenza għall-użu personali u villeġjatura, persuna separata ma jridx ikollha propjeta' (mhux mikrija) li flimkien ma mezzi oħra (flus il-Bank, fl-idejn eċċ.) li l-valur totali tagħhom jeċċedi Lm4000.
Jista' l-Ministru jara li wires tad-dawl li hemm ma' residenza li l-partikolaritajiet tagħha jidhru separatament u li qegħdin ikerrhu l-ambjent jitneħħew jew jiġu rranġati?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta` l-Onorevoli Interpellant ghaddejtha lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tigi kkunsidrata u jekk ikun il-kaz jittiehdu l-passi mehtiega.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 16676, jista' l-Ministru jirrispondi rigward il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2000 u llum?
Response (BORG, TONIO)
B`referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16676, ninsab infurmat li fil-perijodu imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, il-Pulizija ħarġet sitt permessi għal parties. Waqt dawn il-parties ma ġewx irrappurtati ksur ta` liġi. Infurmat ukoll li s`issa il-Pulizija ma kelliex xi talbiet bħal dawn għall-14 ta` Awissu 2000.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex wasal il-każ ta' relief ta' missier li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament, peress li ilu miżmum ftit taż-żmien u m'hemm ebda dħul ieħor u jidher li kien skond ir-regoli tas-sigurta' soċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-bankina ta' quddiem il-ħabs fi Triq Valletta, Paola Hill? Jista' jgħid min kien il-kuntrattur? Jista' jgħid min tefa' wkoll quotations/tenders għall-imsemmi xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-bankina ta` quddiem il-ħabs swiet Lm10,469.
Ninsab infurmat ukoll li l-kuntrattur li għamel ix-xogħol tal-bankina huwa l-istess wieħed li qiegħed jagħmel ix-xogħol fuq il-proġett tal-Ħabs u dan minħabba li x-xogħol tal-bankina kien jifforma parti mit-Tender għal dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq is-sistema tat-traffiku ħdejn il-Madonna ta' Lourdes fi Triq Valletta, Raħal Ġdid (konness ma' l-estensjoni tal-Ħabs)? Jista' l-Ministru jgħid x'irriżultalu t-Traffic Control Board fir-rigward ta' dan ix-xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Minsitru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni mietu bil-marda ta' l-AIDS mill-1980 sal-lum? Jista' jgħid kemm bħalissa hawn persuni infettati bil-virus ta' l-AIDS? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalita' huma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn meta bdew jiġi rappurtati l-każijiet tal-AIDS f'Malta sa llum, kien hawn 44 mwiet kaġunati minn din il-marda.
Każijiet ta' nies infettati bil-virus tal-AIDS (HIV) mhumiex notifikabbli bil-liġi. Għalhekk tali statistika ma tistax tingħata.
Jista' l-Ministru jara li t-Traffic Control Board jieħu passi biex New Dock Street, Raħal Ġdid li riċentement saret one way u qegħda toħloq inkonvenjent kbir fost ir-residenti, terġa' tiġi kif kienet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku kien ġie nfurmat li l-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid kellu diversi talbiet mill-pubbliku biex Triq il-Baċir issir 'one way'.
Il-Kunsill talab lill-Bord biex Triq il-Baċir ma tkunx aċċessibli minn Triq Għajn Dwieli.
Il-Bord kien laqa` t-talba tal-Kunsill.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pilloli out of stock fl-ispiżeriji tal-gvern bħalissa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-pilloli li kienu `out-of-stock' fit-8 ta' Ġunju 2000 fl-ispiżeriji tal-gvern huma skond kif jidher fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li x-xogħol li kien inbeda mill-privat għal twaqqigħ ta' dar, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jitkompla peress li anzjana li toqgħod ma' ġemb din il-proprjeta' kellha titlaq minħabba nuqqas ta' sigurta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ntbagħat Perit fil-post indikat fil-Mistoqsija Parlamentari biex jinvestiga. Irriżulta li qed isir xi żvilupp fuq sit ma' ġenb il-post indikat. Din il-Perit għamlet rapport li ġie mgħoddi lill-Pulizija biex tieħu l-passi mmedjati biex sid il-post fejn qed isir l-iżvilupp ineħħi kull periklu li jista' jkun hemm.