Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li r-relief ta' l-anzjana li romlot ftit tal-ġimgħat ilu u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tinħarġilha l-pensjoni peress li din l-anzjana m'għandha l-ebda dħul finanzjarju ieħor u qiegħda tbati bla bżonn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu għandha titħallas fil-ġranet li ġejjin. L-istess persuna ser tiġi nfurmata bil-miktub dwar dan.
Jista' l-Ministru jgħid min huma u/jew kienu l-kuntratturi kollha li għandha l-WSC biex jibdlu l-mains ta' l-ilma u jirranġaw il-ħsarat mill-1998 sal-lum?
Kemm tħallsu, sena b'sena, kull kuntrattur mill-1998 sal-lum?
Jista' jgħid kemm jitħallsu għal kull servizz fid-djar jew ħsarat li jkun hemm fil-mains l-oħra?
Jista' jassigura li meta jkun qiegħed isir ix-xogħol ikun hemm nies apposta li jiċċekkjaw ix-xogħol ħalli x-xogħol jaraw li qiegħed isir sew?
Jista' jgħid kemm daħlu lmenti fuq xogħol ħażin mill-kuntratturi mill-1998 sal-lum? X'tip ta' xogħol ħażin sar? F'liema lokalita' u mil-liema kuntrattur inħadmu?
Jista' jgħid kemm ġew irrifjutati kuntratturi li riedu jaħdmu mal-WSC u għaliex?
Response (BONNICI, JOSEF)
Din il-mistoqsija hija identika għal dik numru 17520 magħmula mill-istess Onorevoli Interpellant, bid-differenza li din id-darba l-informazzjoni mitluba tkopri perjodu ta` sentejn u nofs minflok ghaxar snin.
Għalkemm din id-darba l-erjodu huwa iqsar, madanakollu xorta waħda nħoss li ghandha tingħata raġuni valida għaliex qed tintalab informazzjoni daqshekk dettaljata li tinħtieġ kwantita' ta' riżors uman biex tinġabar.
Jista' l-Ministru jara li bħalma sar fil-flats blokk B, C u D Triq Kordin, Raħal Ġdid fejn ibiddlu l-main pipes ta' l-ilma, isir l-istess bdil fil-flat A, Triq Kordin, Raħal Ġdid minħabba numru ta' ilmenti li qiegħed ikun hemm minħabba kwalita' ħażina ta' l-ilma?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tiġi nistħarrġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 17791 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq l-oqbra fi Triq il-Vittmi tax-Xogħol, Raħal Ġdid?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipartiment tal-Mużewijiet għamel żewġ skavi arkeoloġiċi ġo Triq il-Vittmi Tax-Xogħol ġewwa Raħal il-Ġdid. Dawn il-każijiet kienu jirrigwardjaw:
* L-iskav arkeoloġiku ta' tlett oqbra Puniċi fl-1994 - dawn instabu waqt xogħol ta' tqattih ta' blat in konnessjoni mal-livellar tat-triq. Id-Dipartiment tal-Mużewijiet ikkollabora bi sħiħ mad-Dipartiment tat-Toroq sabiex dawn l-oqbra antiki ma' jinqerdux u jiġu protetti mal-ġenb ta' Triq il-Vittmi tax-Xogħol.
* L-iskav ta' qabar Puniku ieħor fil-qrib ta' l-ewwel tlieta fl-1998 - dan instab waqt xogħol ta' kostruzzjoni ta' sub-station elettrika. Anki f'dan il-każ, id-Dipartiment tal-Mużewijiet ħadem ma' l-Enemalta ħalli s-sub-station jiġi mressaq, sabiex dan il-monument aekeoloġiku ma jinqeridx.
Ix-xogħol ta' riċerka arkeoloġika f'dan is-sit minn naħa tad-Dipartiment tal-Mużewijiet huwa lest.
Id-Dipartiment huwa lest li jagħti l-konsulenza xjentifika tiegħu kemm il-darba isir proġett għat-tlestija tax-xogħlijiet ta' bini tat-triq ġewwa din iż-żona. Iżda l-kompetenza għat-tlestija tat-triq ma taqgħax taħt id-Dipartiment tal-Mużewijiet.
Jista' l-Ministru jinformana jekk l-iżvilupp li qiegħed isir fuq is-sit aċċessibbli minn Sqaq it-Torri, fiż-Żurrieq, kontrada ta' Bubaqra, huwiex kopert bil-permessi kollha rikjesti mil-liġi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-iżvilupp li qed isir fil-post li rrefera għalih l-Onor. Interpellant hu kopert bil-permessi numri PA 6155/98 u PA 3544/99.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 17519 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq l-oqbra fi Triq il-Vittmi tax-Xogħol, Raħal Ġdid?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Minn stħarriġ li sar, irriżulta li dawn huma fdalijiet antiki u huma taħt ir-responsabbilta' tad-Dipartiment tal-Mużewijiet.
Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid min huma u/jew kienu l-kuntratturi kollha li għandha l-WSC biex jibdlu l-mains ta' l-ilma u jirranġaw il-ħsarat mill-1995 sal-lum?
Kemm tħallsu, sena b'sena, kull kuntrattur mill-1995 sal-lum?
Jista' jgħid kemm jitħallsu għal kull servizz fid-djar jew ħsarat li jkun hemm fil-mains oħra?
Jista' jassigura li meta jkun qiegħed isir ix-xogħol ikun hemm nies apposta li jiċċekkjaw ix-xogħol ħalli x-xogħol jaraw li qiegħed isir sew?
Jista' jgħid kemm daħlu lmenti fuq xogħol ħażin mill-kuntratturi mill-1995 sal-lum? X'tip ta' xogħol ħażin sar? F'liema lokalita' u mil-liema kuntrattur inħadmu?
Jista' jgħid kemm ġew irrifjutati kuntratturi li riedu jaħdmu mal-WSC u għaliex?
Response (BONNICI, JOSEF)
Dak li ghidt waqt is-Seduta numru 333 meta wegibt il-mistoqsija numru 17520, li hija identika ghal dik ta` llum, bid-differenza li f`din il-mistoqsija l-perjodu huwa ta` hames snin flok ta` ghaxra, japplika ghal din il-mistoqsija wkoll.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri fir-rigward ta' dawk li jikkampjaw f'Għajn Tuffieħa? Jista' jgħid jekk sarux xi diskussjonijiet ma' l-awtoritajiet? Jekk iva, ma' min? Xi progress sar? Jista' jagħti d-dettalji?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-Pjan Lokali tal-Majjistral ta` Malta li għadu mhux finalizzat, biċċa art f`Għajn Tuffieħa ġiet identifikata għall-ikkampjar. Din l-art hija lokalizzata fil-viċinanzi immedjati tal-lukanda Golden Sands, lejn it-Tramuntana, u kienet tifforma parti mill-barracks militari u l-art tal-madwar.
Hu ppjanat li l-Pjan Lokali in kwistjoni jkun rilaxxat għall-Konsultazzjoni Pubblika fil-ħarifa li ġejja. Malli r-rappresentazzjonijiet tal-pubbliku jiġu sottomessi, il-Pjan Lokali jiġi ppreżentat lil Awtorita` ta` l-Ippjanar sabiex jiġi emendat, u mgħoddi lill-Gvern għall-approvazzjoni finali.
Fil-preżent l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qed tipproċessa applikazzjoni għall-permess ta` l-iżvilupp mill-iScouts Association.
Jista' l-Ministru jara li tinxtara fridge biex f'dawn il-ġranet ta' sħana l-pulizija u s-suldati li qegħdin jaqdu dmirhom barra l-bieb tal-Parlament jkollhom fridge f'xi kamra fis-sular ta' isfel tal-Parlament biex jkunu jistgħu jkollhom servizz aħjar?
Response (BORG, TONIO)
Se ngħaddi das-suġġeriment lill-Uffiċċju ta` l-Speaker.
Jista' l-Ministru jara li jsir tindif mill-ħaxix ħażin fejn l-oqbra li hemm fi Triq il-Vittmi tax-Xogħol, Raħal Ġdid?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid min huma u/jew kienu l-kuntratturi kollha li għandha l-WSC biex jibdlu l-mains ta' l-ilma u jirranġaw l-ħsarat mill-1990 sal-lum?
Kemm tħallsu sena b'sena kull kuntrattur mill-1990 sal-lum?
Jista' jgħid kemm jitħallsu għal kull servizz fid-djar jew ħsarat li jkun hemm fil-mains oħra?
Jista' l-Ministru jassigura li meta jkun qiegħed isir ix-xogħol ikun hemm nies apposta li jiċċekkjaw ix-xogħol ħalli ix-xogħol jaraw li qiegħed isir sew?
Jista' jgħid kemm daħlu lmenti fuq xogħol ħażin mill-kuntratturi mill-1990 sal-lum? X'tip ta' xogħol ħażin sar? F'liema lokalita' u mil-liema kuntrattur inħaddmu?
Jista' jgħid kemm ġew irrifjutati kuntratturi li riedu jaħdmu mal-WSC u għaliex?
Response (BONNICI, JOSEF)
Sakemm ma ninghatax raguni valida ghaliex qed tintalab informazzjoni dettaljata hafna fuq medda ta` ghaxar snin, ma narax il-htiega li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma ghandha toqghod tigbor din l-informazzjoni kollha meta l-hin u r-rizorsi ta` l-impjegati taghha jistghu jigu utilizzati ferm ahjar.
Fir-rigward tar-raba` parti tal-mistoqsija, tajjeb jinġħad li l-Korporazzjoni ġħandha l-mekkaniżmu taġħha biex tassigura li x-xoġħol li jkun qed isir fil-fatt isir kif suppost.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li m'humiex ambaxxaturi, konsli ta' Malta, uffiċjali tal-Gvern, jew b'xi mod fl-impjieg tal-Gvern u huma awtorizzati mill-istess Prim Ministru - skond it-termini ta' artikolu 3 (1) tal-Kap. 253 tal-Liġijiet ta' Malta - jużaw l-Arma ta' Malta jew xi imitazzjoni tagħha, jew l-istemma jew l-arma msemmijin fis-subartikolu 2 ta' l-artikolu 2 ta' l-istess kapitolu jew x'imitazzjoni tagħhom?
Jekk hemm min għandu tali awtorizzazzjoni, jista' l-Prim Ministru jgħid: (a) meta ngħatat tali awtorizzazzjoni; (b) x'inhuma - jekk hemm - il-kondizzjonijiet li jirregolaw tali użu; u (ċ) għal-liema raġuni ngħatat tali awtorizzazzjoni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-Arma ta' Malta tintuża biss għall-użu uffiċjali tal-Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern u entitajiet li b'xi mod jiffurmaw parti mill-Amministrazzjoni.
Għalkemm, skond l-artikolu 3 (1) ta' l-Att dwar l-Arma u s-Sigill Pubbliku ta' Malta (Kap 253 tal-Liġijiet ta' Malta), il-Prim Ministru jista jawtoriżża l-użu ta' l-Arma ta' Malta minn persuni oħra, il-policy hi li ma jingħatax permess biex tintuża l-Arma għal skopijiet kummerċjali.
M'hemmx terzi persuni li għandhom awtorita jagħmlu użu mill-Arma ta' Malta.
Jista' l-Minsitru jikkonferma li hemm persuni li ilhom ma jirċievu assessment tat-taxxa mill-1993? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin jistennew refund tat-taxxa? Kemm jammontaw?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sfortunatament għad fadal numru ta` `assessements` għas-snin passati, inkluż dawk għas-sena ta` stima 1993 li għadhom qed jiġu pproċessati.
Fil-preżent id-dipartiment għandu jagħti Lm12,051,680 f`refunds lill 40,439 persuna.
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni bil-miktub tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija, għaliex ma kkwalifikax għall-deployment of staff in hospital cleaning duties in Health Division?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-persuna msemmija ma kkwalifikatx biex tkun tista tagħmel l-interviews għall-`Deployment of Staff on Cleaning Duties` minħabba li ma hiex impjegata tal-Gvern.
Skond iċ-Ċirkulari MPO No. 41-2000 datata 28 ta` April 2000 setgħu japplikaw uffiċjali pubbliċi fis-servizz fi Gruppi I u II tal-Gradi Industijali jew uffiċjali pubbliċi li huma sekondati jew mislufa lill-organiżżazjonijiet Parastatali.
Installation of Telecomunication Equipment and Antennae
Question
Jista' l-Ministru jagħti konferma li mhux se jsir ħsara mill-"Installation of Telecomunication Equipment and Antennae" f'ħafna lokalitajiet f'Malta u Għawdex?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 16918.
Jista' l-Minsitru jara li jinqata' l-ħaxix ħażin li hemm f'Wied Blandun, Paola/Fgura sabiex jiġi evitat li jaqbad xi nar minħabba l-kwantita' ta' ħaxix ħażin li hemm?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17424 (Seduta 332).