Legislature:
Category:
Reset
Active:

St. Vincent de Paule

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu ilmenti dwar ikel ta' kwalita' ħażina fir-residenza St. Vincent de Paule, Luqa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, għalkemm ġieli jkun hemm xi lmenti fuq l-ikel ipprovdut fl-SVPR fuq raġunijiet ta' għażla jew togħma, biss, qatt ma kien hemm ilmenti dwar il-kwalita' ħażina ta' l-ikel servut.

S.V.P.R. — Welfare Committee

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'attivita' għamlu l-welfare committee S.V.P.R. għas-sena 2000? Kemm kienet l-ispiża? Kemm kien hemm staff li daħal overtime u liema grade kienu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant biex jispjega ruħu aktar ċar u jgħid għal liema kumitat qed jirreferi.
Leg 9 PQ #19354 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

St. Vincent de Paule — Pilloli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pilloli out of stock li hemm fir-residenza għall-anzjani St. Vincent de Paule, Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

St. Vincent de Paule — Anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu anzjani fir-residenza St. Vincent de Paule, Luqa fl-1999 u 2000 u mil-liema lokalita' huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta' residenti li daħlu f'San Vinċenz de Paule fl-1999 hu ta' 359 filwaqt li fis-sena 2000 (26.09.00) hu ta' 263. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' residenti minn kull lokalita'

Paola — Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasslu t-taħdidiet bejn il-gvern Libjan u l-kunsill lokali Paola dwar Ġnien Gaddafi ġewwa r-Raħal il-Ġdid?

Response (GATT, AUSTIN)

Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b`personalita` legali distinta. Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill Lokali koncernat.
Leg 9 PQ #19358 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Gudja — Xlejli

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tarmak fl-area tax-Xlejli, il-Gudja hux responsabbilta' tal-gvern ċentrali jew tal-kunsilli lokali? Jekk iva meta hemm il-ħsieb li jinbeda x-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li qed tirreferi l-Onor. Interpellant hi wahda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerila li tindirizza l-mistoqsija direttament lill-Kunsill Lokali interessat.

Koppja Anzjana — Partikolaritajiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-deċiżjoni li ngħatat dwar waqfien ta' għoti ta' flus tal-mard lill-koppja anzjana li l-partikolarijiet qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija hijiex ġustifikata jew le?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Social Service — Ħaddiema

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-ħaddiema tas-social service jinvestigaw il-każ ta' single mother żgħażugħa bil-ġenituri tagħha mejta, dħul ta' xejn u b'ebda flus il-bank li l-partikularitajiet tiegħh jidhru separatament minn din il-mistoqsija? Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-każ jittieħed bis-serjeta' u malajr minħabba l-istat batut li tinsab fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena dispost li nwieġeb u nagħti d-dettalji kollha dwar dan il-każ jekk l-Onor Interpellant jipproduċi dikjarazzjoni iffirmata mill-persuna konċernata li jiena nista' nagħti din l-informazzjoni b'mod pubbliku. Sadanittant il-persuna konċernata ġiet infurmata fid-dettal dwar dak li rriżultat lid-dipartiment wara l-investigazzjonijiet li saru. Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jitlob lill-persuna konċernata kopja ta' l-ittra tad-dipartiment.
Leg 9 PQ #19337 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Sta. Luċija — Ġibjun

Question

Jista' l-Ministru jara li jitnaddaf u jiġi rranġat il-ġibjun f'Sta. Luċija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #19339 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wires ta' l-Elettriku

Question

Jista' l-Ministru jara li jinbiddlu l-wires ta' l-elettriku qodma li jinsabu fit-toroq Windsor, Inverness u Clarence Street, Paola.

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa, u jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni meħtieġa.

Dipartiment tal-Kura ta' l-Anzjani — C.S.A.

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu C.S.A.'s mad-dipartiment tal-kura ta' l-anzjani mill-1998 sal-lum? Jista' jgħid ukoll mil-liema lokalita' huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19119 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sta. Luċija — Ġibjun

Question

Jista' l-Ministru jara li jitnaddaf u jiġi rranġat il-ġibjun f'Sta. Luċija?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onorevoli Interpellant huwa gentilment mitlub li jirreferi din it-talba lil-Ministeru kkoncernat.
Leg 9 PQ #19104 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 18871?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ammont li tħallas mill-1998 'l hawn il-kuntrattur Grezzju Ellul li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qabbdet biex isewwi l-ħsarat li jkunu nstabu mill-leak detectors huwa kif gej: 1998 Lm 57,234 1999 Lm185,187 2000 (sa Awissu) Lm 96,293 Dan il-kuntrattur jitħallas Lm38.77c għal kull servizz tad-dar li jibdel u Lm18.85c għal kull ħofra li jħaffer. Dawn ir-rati għal standard job jiġifieri sa seba' metri tul. Għal xogħol itwal minn seba' metri jkun hemm extra and over charges. Il-kuntrattur li jqiegħed servizz tad-dar ġdid jew jibdel il-qadim jitħallas Lm45 għal kull standard job sa seba' metri. L-informazzjoni mitluba dwar il-kuntratturi li għamlu dan it-tip ta' xogħol mill-1998 'l hawn jiha kif ġejja: KUNTRATTUR PERJODU AMMONT AMMONT AMMONT IMHALLAS IMHALLAS IMHALLAS MATUL 1998 MATUL 1999 SA AWISSU 2000 Calleja Raymond Awissu 1998 sa Lm69,299 Lm165,842 Lm74,297 Mejju 2000 Bonello John Settembru 1998 Lm10,081 Lm142,859 Lm45,973 sa Mejju 2000 Dimech Charlie Ottubru 1998 Lm14,629 Lm277,827 Lm239,668 il-quddiem Scorpio Enterprises Mejju 2000 --- --- Lm 2,914 il-quddiem Ellul Grezzju Mejju 2000 --- --- Lm32,063 il-quddiem GA Services Mejju 2000 --- --- Lm3,644 il-quddiem Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha sezzjoni ta' inspectors li xogħolhom proprju hu li jiċċekkjaw ix-xogħol tal-kuntratturi biex jiġi assigurat li x-xogħol isir sew. Matul iż-żmien li għalih qed issir riferenza, il-Korporazzjoni daħlulha diversi rapporti dwar xogħol ħażin fir-rigward tal-kuntratturi kollha mifruxa fuq bosta lokalitajiet. Ix-xogħol ħażin ġie rranġat wara li kienet inġibdet l-attenzjoni tal-kuntrattur f'dan ir-rigward. Il-biċċa l-kbira tad-difetti kien marbut ma' reinstatement ħażin. Barra minn hekk, il-Korporazzjoni qed taħdem biex jintlaħaq ftehim mal-Kunsilli Lokali biex isiru arranġamenti sabiex ix-xogħol ta' reinstatement ta' l-uċuħ tat-toroq isir minn dawn ta' l-aħħar. Fis-sejħa għall-offerti ta' l-1998, kuntrattur wieħed ma ġiex magħżul għar-raġuni li f'kuntratt simili fil-passat ix-xogħol tiegħu ma kienx ta' livell sodisfaċenti. Fis-sejħa għall-offerti ta' l-2000, kienu tlieta l-kuntratturi li ma ntagħżlux għar-raġuni li l-offerta tagħhom kienet meqjusa baxxa u għaldaqstant kien jidher ċar li dawn ma setgħux jagħmlu xogħol ta' livell sodisfaċenti.
Leg 9 PQ #18871 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kuntratturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17941, l-informazzjoni hija valida ħafna għaliha fid-dawl tal-fatt li ta' kuljum qiegħed ikolli ħafna lmenti mil-lokalitajiet kollha ta' Malta f'dan ir-rigward, jista' l-Ministru jirrispondini, anke peress li l-istess informazzjoni tista' tkun utli għall-Kamra kollha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-informazzjoni mitluba tikkomprendi numru ta' dettalji li biex jinġabru jinħtieġ iż-żmien. Peress li tali informazzjoni għadha qed tinġabar, it-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18883 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Raħal Ġdid — Xogħljiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18713?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kompetenza għat-tlestija tal-ġnub tat-Triq il-Vittmi tax-Xogħol, Paola, ma taqax taħt id-Dipartiment tal-Mużewijiet. Madanakollu d-Dipartiment tal-Mużewijiet lest jagħti l-konsulenza teknika tiegħu kif għandhom jiġu protetti l-fdalijiet arkeoloġiċi f'din iż-żona lill-entitajiet responsabbli għal dan ix-xogħol.
Leg 9 PQ #18884 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ground ta' Shreiber

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 18588?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ftehim li kien hemm mal-Malta Football Association għall-kiri tal-ground tax-Schreiber kien skada fil-31 ta' Awissu 1993 u qatt ma reġa' ġie mġedded. Fil-preżent il-Kunsill Malti għall-Isport qed jitkellem ma' l-M.F.A. dwar x'tip ta' management agreement għandu jsir u r-responsabbilitajiet involuti. Is-Segretarju Parlamentari huwa konxju tat-talbiet ta' l-iskola Ġuże` Damato għall-użu tal-ground Pace Grasso u fil-fatt kiteb lill-M.F.A. dwar dan. Kif jidher mill-ittri ta' l-M.F.A. dawn għadhom jippretendu li l-iskola Ġuże` Damato tħallas għat-tindif u għal caretaking u li din tkun konċessjoni kompletament fid-diskrezzjoni ta' l-M.F.A. Is-Segretarju Parlamentari kiteb lill-M.F.A. li din il-proposta mhix aċċettabbli meta wieħed iqis li l-M.F.A. lanqas biss qiegħda tħallas kirjiet bħalissa għall-użu tal-ground. Il-Kunsill Malti għall-Isport ukoll kiteb lill-M.F.A. f'dan ir-rigward. Kopja tal-korrispondenza qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #18739 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Inclusive Education Programme

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx konflitt ta' interess fl-organizzazzjoni ta' seminar bl-isem Travel Guide to Inclusion bejn l-Inclusive Education Programme (IEP) ta' l-Universita' ta' Malta u l-Equal Partners Foundation ġaladarba l-ko-ordinatriċi ta' l-IEP hija ukoll waħda mill-partners ta' l-Equal Partners Foundation? Jista' jgħid ukoll fejn se jmorr il-qliegħ ta' dan is-seminar? Jista' l-Ministru jgħidilna min iffinanzja dan is-seminar? Meta d-dipartiment ta' l-edukazzjoni jiffinanzja seminars, x'kontroll juża sabiex jara li verament jiggwadanja min għandu fil-fatt jiggwadanja?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Universita` dejjem tinkoraġġixxi kollaborazzjoni ma' organizzazzjonijiet oħra. Din il-kolloborazzjoni hija attiva ħafna, speċjalment fil-qasam tad-Diżabilita`. Dan l-aħħar kellna l-konferenza organizzata mill-Universita` u mill-Eden Foundation. Diversi lecturers mill-Universita` kienu nvoluti. L-Equal Partners u d-Dar tal-Provvidenza huma żewġ 'non-governmental, non-profit making organisations'. L-Universita` għandha pjaċir taħdem magħhom. Dawn l-organizzazzjonijiet jipprovdu wkoll 'placement' għall-istudenti tagħna. Ma nara ebda konflitt ta' interessi li l-koordinatriċi tal-"Programme for Inclusive Education' u li lectrurers oħra jkunu nvoluti ma' organizzazzjonijiet bħal dawn. Anzi, kif diġa' għidna, l-Universita` tinkoraġġixxiha. Il-koordinatriċi, f'dawn l-aħħar snin, kemm-il darba kienet involuta fl-organizzazzjoni ta' seminars, workshops u konferenzi ma' organizazzjonijiet oħra bħal Eden Foundation, Downs Syndrome Association, Id-Dar tal-Provvidenza, u l-Equal Partners Foundation. Fdan is-seminar "Travel Guide to Inclusion", l-Universita` qed tagħti s-support tagħha permezz ta' parti żgħira mis-"secretarial back-up", plastic name tags u document wallets, kif ukoll is-support ta' Dr Elena Tanti Burlo` u Ms Ruth Falzon. Il-professuri li ġejjin huma meqjusa fost l-aħjar fis-suġġett tagħhom. Seminar bħal dan jinvolvi ħafna spejjeż, u ma jidhirx li ser isiru xi profitti. Il-Main Sponsor tas-seminar huma it-Tumas Group, u sponsors oħrajn huma Xerox, Vivian Corporation u Michele Peresso Co. Ltd. Jekk jifdal xi flus, dawn imorru ġo fond speċjali għat-taħriġ f'dawn iż-żewġ organizzazzjonijiet. Informat li la l-Ministeru u lanqas id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni me kellhom sehem fl-organizzazzjoni tas-seminar imsemmi. Iżda minħabba li bosta uffiċjali għolja, għalliema, facilitators u kindergarten assistants urew ix-xewqa li jattendu għal dan is-seminar minħabba li t-tema tas-seminar kienet relatata max-xogħol tagħhom u bħal ma dejjem sar fl-imgħoddi f'seminars oħra simili, id-Diviżjoni ddeċidiet li tisponsorja l-attendenza tagħhom. Bħal ma jsir f'okkażjonijiet simili anke għal dan is-seminar, l-organizzaturi offrew lid-Diviżjoni prezz speċjali. L-għażla tal-persuni sponsorjati ssir fuq -approvazzjoni tad-Direttur jew l-Assistent Direttur inkarigat mis-suġġett li ser ikun diskuss waqt is-seminar.
Leg 9 PQ #18740 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

NGOs — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm NGOs f'Malta u Għawdex jimpjegaw part-timers u full-timers? Kemm huwa dan in-numru totali li jimpjegaw? Kif jikkontrolla d-dipartiment il-ħlas dovut lid-dipartiment tat-taxxi interni? Peress li skond informazzjoni li għandi hawn professjonisti li qed jiċċarġjaw ħlasijiet eżorbitanti lit-tfal b'diżabilita' u li dawn il-professjonisti jinħbew taħt l-isem ta' xi organizzazjoni sabiex jiffrankaw milli jħallsu t-taxxi dovuti? Jekk jaqbilx li ġaladarba l-NGOs joperaw permezz tal-flus li jinġabru mill-poplu, li ħafna drabi dawn anke jagħmlu sagrifiċċji biex jgħin, għandux ikun hemm guide lines ta' kontrolli mid-dipartiment tal-finanzi biex kemm jista' jkun jitnaqqsu l-abbużi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li f'Malta hawn tlieta u tletin (33) NGOs li huma reġistrati mad-Dipartiment tat-Taxxi bħala li jimpjegaw nies magħhom. Minn dawn, tletin (30) kienu jimpjegaw nies magħhom matul is-sena 1999. L-informazzjoni li għandu d-Dipartiment turi li fis-sena 1999 dawn kienu jimpjegaw 780 full-timer u 122 part-timer. Dawn l-NGOs jibgħatu perjodikament lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni l-formoli FS3, FS5 jew FS7 li juru l-emolumenti mħallsin lill-impjegati u t-taxxa miżmuma lill-impjegati.
Leg 9 PQ #18741 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-anzjan li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament kemm għandu jagħti taxxa u kemm ħallas mill-1992 sa l-1999 peress li kull meta jċempel jew imur dejjem jgħidulu ċifra differenti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament.
Leg 9 PQ #18742 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Teżor — Ċekk tal-ħobż

Question

Jista' l-Ministru jara li ċ-ċekk tal-ħobż tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija, jinħariġlu peress li issa għadda żmien sewwa minn meta kellu jitħallas?

Response (DALLI, JOHN)

Kif jaf l-Onorevoli Membru, l-ħlas tal-Lm10 qed isir skond in-numru tal-Karta ta' l-Identita'. Għaldaqstant, m'inix f'pożizzjoni li nikkonferma jekk il-ħlas lill-persuna msemmija sarx jew le. Nixtieq nieħu l-opportunita' li niġbed l-attenzjoni tal-Kamra li l-iskop tal-Mistoqsijiet Parlamentari hu li jirrigwardaw l-interess nazzjonali u mhux biex nistaqsu dwar jekk pagament sarx jew le. Dwar il-ħlasijiet tal-Lm10, min ikollu xi diffikulta' għandu jirreferi għand l-Uffiċċju tal-Customer Care tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u jieħu miegħu/magħha l-Karta ta' l-Identita'.