Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-liġi ta' l-Agricultural Leases (Reletting) Act tiġi emendata fis-sens li l-aħwa jkunu jistgħu jirtu lill-aħwa, peress li fil-preżent qiegħda tiddiskrimina kontra l-aħwa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi minkejja l-providement tal-liġi, l-Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba dejjem ikkonsidra legali qbiela li ġiet mgħoddija bejn l-aħwa u għalhekk ma jinħassx il-bżonn li tiġi emendata l-liġi f'dan is-sens. L-interpretazzjoni tal-liġi fuq dan il-punt diġa ġiet, diskussa mid-Dipartimenti relattivi u ntleħaq ftehim li jkun hemm policy komuni għar-raba kollu tal-gvern, kemm tad-Dipartiment tal-Art, kif ukoll tal-Uffiċċju Konġunt. Dan ifisser li huwa regolari u possibbli li jsir trasferiment ta' qbiela bejn l-aħwa.
Jista' l-Ministru jara li jinbidel l-arloġġ ta' l-ilma wara li ġew tliet darbiet ħaddiema tal-korporazzjoni u ma inbidel qatt peress li dawn ir-residenti li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, qed jirċievu kontijiet esaġerati?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega għaliex il-familja li l-partikolarijiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija, ma ħadietx l-għajnuna supplimentari meta jinsabu bil-benefiċċju tal-qgħad?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni lill-familja li tirċievi l-benefiċċju tal-qgħad għaliex qed jitnaqqsulu xi flus miċ-cheque tas-sigurta' soċjali li partikolaritajiet tagħha qe jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara fiex wasal il-każ tas-sinjura li l-partikolarijiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija, dwar sussidji mill-awtorita' ta' djar peress li s-saqaf tad-dar huwa perikoluż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' tad-Djar infurmat lill-applikant dwar is-sitwazzjoni preżenti ta' l-applikazzjoni tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk qabel ma jingħata t-tarmak fi Triq Xintill, Tarxien hux se jkompli d-drainage fil-parti l-qadima fejn ddur għal Triq is-Sorijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma hemm l-ebda talba mid-Dipartiment tad-Drenaġġ biex isir xogħol ieħor f'din il-lokalita'.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 19337, li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jara li jitnaddaf u jiġi rranġat il-ġibjun f'Sta. Luċija?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-risposti għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 19119 u 2723.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani fil-lokalita' ta' Tarxien li jiedħu s-servizz tal-home help , kemm ilhom jeħduh? Kemm ġew rifjutati servizz ta' home help mil-lokalita' ta' Tarxien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalita' ta' Ħal-Tarxien hemm 49 household li jieħdu l-Home Help. Dan is-servizz ilu jingħata mill-1988. Peress, li d-Dipartiment qiegħed fi proċess ta' kompjuteriżżazzjoni mhux possibbli li tingħata d-data ta' kemm ġew rifjutati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu żgħażagħ mil-lokalita' ta' Paola fil-pussess ta' droga? Kemm hemm persuni mil-lokalita' ta' Paola li jinsabu fil-faċilita' Korrettiva ta' Kordin, f'liema sena daħlu u x'kien ir-reat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena (sal-25 ta` Settembru) ma nqabdux żagħazagħ minn Raħal Ġdid li kellhom fil-pussess tagħhom id-droga.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li fis-27 ta` Settembru 2000 fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin kienu qegħdin jinżammu ħames (5) persuni li għandhom irreġistrat bħala Raħal Ġdid l-indirizz tagħhom.
Sena li daħlu
Reat
1998
Stupru u arrest ta` persuna illegalment
1996
Serq
1995
Serq
Serq
Serq
Multa
1998
Attentat ta` qtil
1999
Serq u ksur ta` sentenza sospiża
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu żgħażagħ mil-lokalita' ta' Tarxien fil-pussess ta' droga? Kemm hemm persuni mil-lokalita' ta' Tarxien li jinsabu fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, f'liema sena daħlu u x'kien ir-reat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena (sal-25 ta` Settembru) il-Pulizija qabdet żewġ żagħżagħ li joqogħdu Ħal Tarxien li kellhom fil-pussess tagħhom id-droga.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi fis-27 ta` Settembru 2000 fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin kienu qegħdin jinżammu sitt (6) persuni li għandhom irreġistrat bħala Tarxien l-indirizz tagħhom.
Sena li daħlu
Reat
2000
Pussess u traffikar ta` droga
Multa
Omiċidju Volontarju
2000
Omiċidju Volontarju
1999
Ġrieħi ta` natura gravi
1998
Pussess u traffikar ta` droga
2000
Pussess ta` droga
1997
Irċeva oġġetti misruqin
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni mil-lokalita' ta' Paola li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol? Kemm ilhom jirreġistraw? Kemm hija l-eta'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bin-numru ta' persuni mill-lokalita' ta' Raħal Ġdid li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol, maqsuma bl-eta' u kemm ilhom jirreġistraw.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' karozzi għandhom il-Pulizija? Ta' liema kumpannija nxtraw? Meta nxtraw? Kemm kien l-prezz tagħhom? Kien hemm karozzi li ngħataw b'donazzjoni lill-Korp tal-Pulizija? Jista' l-Ministru jagħti dawn it-tweġibiet mis-sena 1990?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar donazzjonijiet ta` karozzi lill-Korp tal-Pulizija, ninsab infurmat li karozza waħda u żewġ karozzi oħra ġew mogħtija fl-1993 u fl-1994 mill-Ġermanja, filwaqt li fl-1997 ingħataw għaxar karozzi mill-Kumpanija li timporta d-Daewoo.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-post li l-partikolaritajiet tiegħu jidhru separatament minn din il-mistoqsija hux vojt? Jista' jgħid jekk hux tal-privat jew tal-gvern? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni rreġistrati fuq dan l-indirizz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-fond indikat mhux tal-Gvern u lanqas hu f'idejn id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan tal-gvern u l-kunsill lokali ta' Paola dwar Ġnien Pawlu Boffa ġewwa r-Raħal il-Ġdid? Iħoss il-gvern li l-ġnien li ġie jiswa' eluf kbar ta' liri llum huwa mitluq u traskurat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' manutenzjoni fuq il-ġnien nbeda u l-manutenzjoni fuq id-dawl ser jibda mill-aktar fis possibli.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani tal-lokalita' ta' Paola li applikaw għall-S.V.P.R.? Kemm applikaw għal djar ta' l-anjani tal-gvern? Kemm daħlu mill-1998 sal-lum, sew fl-S.V.P.R. u sew fid-djar tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, applikazzjonijiet pendenti ta' anzjani mill-lokalita' ta' Paola għal SVPR hu ta' 30 u għad-Djar tal-Gvern 41. Mill-1998 daħlu 48 anzjan f'San Vinċenz u 14 fid-Djar tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani mil-lokalita' ta' Tarxien li applikaw għas-S.V.P.R.? Kemm applikaw għal djar ta' l-anzjani tal-gvern? Kemm daħlu mill-1998 sal-lum sew fl-S.V.P.R. u sew fid-djar tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, applikazzjonijiet pendenti ta' anzjani mill-lokalita' ta' Ħal Tarxien għal SVPR hu ta' 8 u għad-Djar tal-Gvern 13. Mill-1998 daħlu 26 anzjan f'San Vinċenz u 4 fid-Djar tal-Gvern.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm anzjani fil-lokalita' ta' Paola li jieħdu s-servizz ta' home help? Kemm ilhom jeħduh? Kemm ġew rifjutati servizzi ta' home help mil-lokalita' ta' Paola?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalita' ta' Paola hemm 130 household li jieħdu l-Home Help. Dan is-servizz ilu jingħata mill-1988. Peress, li d-Dipartiment qiegħed fi proċess ta' kompjuteriżżazzjoni mhux possibbli li tingħata d-data ta' kemm ġew rifjutati.