Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20977 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-ħaddiema tas-servizzi 190, 194 overseas tal-Maltacom, B'Kara li jaħdmu bix-shift humiex ser jitneħħew mix-shift? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni u min ser jieħu posthom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Maltacom hija azjenda li kontinwament tinħtieġ taġġorna l-operazzjonijiet tagħha sabiex tagħmel l-aħjar użu tar-riżorsi, kemm teknoloġiċi kif ukoll umani, li għandha għad-dispożizzjoni tagħha. Għaldqstant diġa' saru diversi ri-organizazzjonijiet interni u mhux eskluż li fil-futur isir xi tibdil fis-sezzjoni msemmija. Ta' min jgħid li huwa fl-interess tal-ħaddiema nfushom li l-kumpanija tagħmel użu effiċjenti mir-riżorsi disponibbli, u dan sabiex ikompli jiġi żgurat futur dejjem aħjar għalihom.
Leg 9 PQ #20981 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għal Għawdex

NGO Resource Centre — Għanijiet

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20348 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’ fost l-għanijiet li kellu l-NGO Resource Centre, kien li permezz ta' riċerka u studju intensiv jiddentifika l-problemi soċjali li huma kkaratteristiċi ta' l-Għawdxin, tista' tgħid jekk kienx hemm xi ministeru li ħa sehem f'din ir-riċerka? Jekk iva, liema ministeru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill­Onorevoli interpellant li mindu fetaħ iċ­Ċentru għall­Għaqdiet mhux Governattivi f'Għawdex f'Mejju ta' din is­sena bosta għaqdiet għamlu użu minn dan iċ­ċentru kemm għall­organizzazzjoni ta' laqgħat u seminars ta' taħriġ kif ukoll għal bżonnijiet oħra tagħhom. Dan iċ­Ċentru, iżda, mhux laboratorju soċjali.

Djar — Spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jara li ħaddiema tal-gvern jispezzjonaw post li kien sar xogħol fih u li reġa' beda jqattar u li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #21058 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Bini — Werrieta

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 20809 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex qed tiġi kkunsidrata li meta persuna tmut u tħalli postijiet (bini) mikrija lill-werrieta, il-bini jiġi stmat skond il-kera li jkunu qegħdin idaħħlu flok jiġi stmat il-bini?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond ir-Regoli ta' l-1993 dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti il-valur tal-proprjeta' fid-data rilevanti li fil-każ ta' dikjarazzjoni causa mortis fid-data tal-mewt għandu jkun il-prezz medju li dik il-proprjeta' kienet iġġib li kellha tinbiegħ fis-suq liberu f'dik id-data wara li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha li jolqtu lil dik il-proprjeta' u fl-istima li jagħti l-perit il-fatt li l-proprjeta' tkun mikrija jittieħed in konsiderazzjoni fost fatturi oħra.
Leg 9 PQ #21098 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Marsa — Triq Stiefni Zerafa - Lampa

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Stiefnu Zerafa l-Marsa kif indikat fis-site plan li qed tintbagħat separatament minn din il-mistoqsija u li hija iffirmata minn numru ta' residenti li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #20828 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Ħarba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-inkjesta tal-maġistrat rigward il-ħarba fid-Div6?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Inkjesta Maġisterjali fir-rigward tal-ħarba mid-Diviżjoni Numru 6 għada ma ġietx konkluża.

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jinħadem ix-xogħol kollu konness mal-pensjoni tal-pensjonant li l-partikolaritajiet tiegħu qed jidhru separatament? Jista' jgħid hekk hux se jkollu dritt għal somma peress li kien ilu 40 sena mal-Gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi 'l persuna minnu ndikata ser titħallas il-pensjoni dovuta lilha fil-jum tal-pagament li jmiss wara li l-istess persuna tkun għalqet l-eta' ta' 61 sena. Inżid ngħid illi l-istess persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.
Leg 9 PQ #20896 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li minħabba d-drenaġġ li ilu ħiereġ ix-xhur, b'waqfa biss għall-ftit gimgħat tas-sajf fi triq u fil-post li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija, issiru l-bżonnijet neċessarji mid-dipartiment konċernat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema tad-drenaġġ iċċekjaw is-'sewer main' u instab li kollox huwa regulari. Ġie infurmat il-'Health Inspector' li se jagħmel 'pressure tests' ġo 'house connection' u li hemm suspett illi għanda xi ħsara.
Leg 9 PQ #20897 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li minħabba drenaġġ li dieħel f'kantina ta' familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija, qiegħed ikun ta' ħsara kbira, tibda ħidma biex din il-problema tissolva mid-dipartiment konċernat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li matul il-ġimgħa d-dieħla ser isir 'survey' permezz tal-'Closed Circuit Television' biex jekk hemm xi ħsara fil main tal-gvern din tkun tista tissewwa. Barra minn hekk il-'Health Inspectors' ser jagħmlu il-'pressure tests' neċessarji biex jekk hemm xi ħsara f'house connection' din tinstab u tissewwa.

S.V.P.R. — Tindif

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20543?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nikkonferma li dan l-aħħar sar xi tindif minn kuntrattur privat. Qabel ma sar dan ix-xogħol, inġabru skond il-proċedura, kwotazzjonijiet minn tlett kumpaniji - il-Bad Boy General Cleaners Ltd., il-General Cleaners Co. Ltd. u l-M.C.C.S. Co. Ltd. (Mr Clean). Peress li l-offerta tal-Bad Boy General Cleaners Ltd. kienet l-aktar waħda vantaġġuża ix-xogħol ingħata lil din il-kumpanija.
Leg 9 PQ #20783 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Parker - Permessi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 20530 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid x'inhuma l-proċeduri biex persuna tkun tista' tapplika għal-parker ? Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux vaganzi għall-dan il-post? Jekk iva, fejn?

Response (BORG, TONIO)

Skond ir-regolament 65 tar-Regolamenti dwar Vetturi bil-mutur, persuna tista` taħdem bħala car park attendant biss wara li tingħata liċenzja mill-Kummissarju tal-Pulizija. Il-proċedura hija li min ikun interessat japplika mal-Pulizija u jindika l-post li fih ikun interessat jagħmilha ta` parker. Jekk dan is-sit ikun wieħed rikonoxxut bħala car park u jkun hemm post vakanti ta` parker, allura l-applikazzjoni tiġi proċessata skond il-kriterji stabbiliti. Infurmat ukoll illi fil-preżent il-postijiet vakanti ta` car park attendants huma f`dawn il-lokalitajiet: Valletta Delimara Marsaxlokk Buskett Floriana Ta` Qali San Ġorġ Mosta Għar Lapsi Għadira Yacht Marina Buġibba Paola Armier Tigne` Selmun

Bini — Werrieta

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hijiex qed tiġi kkunsidrata li meta persuna tmut u tħalli postijiet (bini) mikrija lill-werrieta, il-bini jiġi stmat skond il-kera li jkunu qegħdin idaħħlu flok jiġi stmat il-bini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #20810 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Programm Elettorali — PN - Taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk, skond il-Programm Elettorali PN Item No. 8, romol għal skop ta' taxxa hux se jibqgħu jiġu ntaxxati bħala ġuvintur/xebbiet imma bħala miżżewwġin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income Kap. 123 kif emendat bl-Att Nru. XI tas-sena 2000, taht Artikolu 56, romol u genituri separati jew mhux mizzewgin (single parents) li qed irabbu l-ulied, jigu meqjusa bhala mizzewgin ghall-fini tat-Taxxa fuq l-Income. Din l-emenda bdiet tghodd mis-sena ta’ stima 2000 fuq l-income tas-sena bazi 1999.

Djar — Liġi tal-Kera

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi żviluppi kienu saru minn mistoqsija parlamentari numru 6949 tat-12 ta' Mejju 1999?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minn meta ngħatat it-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6949, komplejna ninsistu biex jitlesta r-rapport, iżda sallum dan għadu ma ġiex ippreżentat lill-Ministeru. Il-Gvern ser jagħti sa l-aħħar tas-sena biex il-Kummissjoni dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet tal-Kera, li kienet waqqfet l-amministrazzjoni Laburista 1996-98, tlesti x-xogħol tagħha u tirrapporta lill-Gvern. Jekk dan ma jsirx, allura l-Gvern ikollu jikkummisjona rapport biex jiġbor fih ix-xogħol li kien sar u l-konklużjonijiet li kienet waslet għalihom din il-Kummissjoni.
Leg 9 PQ #19960 Sitting 414 2000-10-31 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pilloli Aspirin

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-pilloli Aspirin enteric coated tab u l-pilloli Zoccer 20mg humiex out of stock fl-Isptar San Luqa? Jekk fl-affermattiv x'passi qiegħed jieħu l-gvern? Jekk le, meta kienu out of stock? Jista' jgħid ukoll meta huwa maħsub li dan il-proġett ikun kompletament lest?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għall-mistoqsija Parlamentari numri 19960 rigward jekk il-pilloli Zocor u Aspirin Enteric coated kienux out of stock jirriżulta li l-pilloli Aspirin 75mg Enteric coated ma kienux out of stock mill-ewwel ġimgħa ta' Awissu sal-14 ta' Ottubru ta' din is-sena mill-ispiżerija ta' l-Isptar. Il-pilloli Zocor 10mg kienu nieqsa mill-Ispiżeriji ta' l-Isptar San Luqa bejn it-12 u l-20 ta' Lulju ta' din is-sena.

Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tintbagħat korrispondenza lil anzjana bla saqajn li tinsab weħidha, li l-d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma' din il-mistoqsija, peress li huwa diffiċli għalija li tmur is-Social Service Dept wara li qatgħulha l-benefiċċji tal-mard għa dawn l-aħħar 4 xhur u dan meta jidher li bid-dħul li għandha suppost tibbenifika għal dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċċjal responsabbli mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali mar għand il-persuna kkonċernata biex jivverifika dak li l-istess persuna kienet iddikjarat fl-applikazzjoni tagħha għal Benefiċċju Soċjali partikolari. Minn dak li kien ġie ddikjarat deher ċar, u issa ġie kkonfermat, li l-persuna kellha kapital li kien jeċċedi l-iskala applikabbli għal min jieħu l-Għajnuna għall-Mard u għalhekk dan il-benefiċċju ġie mwaqqaf.
Leg 9 PQ #20552 Sitting 412 2000-10-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Influwenza — Vaccine

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġibet kwantita' ta' vaccine ta' l-influwenza? Kemm tiswa lill-Gvern u kif tqassmet? Jista' jgħid kemm hawn stock bħalissa ta' vaccine ta' l-influwenza fil-polikliniċi, fl-isptarijiet tal-gvern, f'S.V.P.R u fid-djar ta' l-anzjani tal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-kwantita' ta' vaccin kontra l-influwenza li nġiebet din is-sena kienet 27,500. Dan kien 2500 iżjed mis-sena li għaddiet. In-nefqa għal din il-kwantita' ta' vaccin kienet tammonta għal 55,275 liri sterlini. Il-vaccin tqassam mill-FIS taċ-Centru tas-Saħħa tal-Furjana u tqassam hekk: Għawdex 1850 (li minnhom 350 l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u 1500 fil-komunita') SVPR u Mtarfa Home 1370 Sptar San Luqa 1140 Sptar Sir Paul Boffa 150 Sptar Monte Carmeli 700 Sptar Zammit Clapp 172 Sptar Capua 12 Corradino Correctional Facilities 150 Medical Stores 100 MMDNA (Servizz fil-Komunita') 815 Djar tal-Anzjani 1437 Kunventi 108 Kunsill Lokali 1487 Adult Training Centres 180 Centri tas-Saħħa (Malta) 17,829 Fil-25 ta' Ottubru 2000 l-istock ta' vaccin li fadal kien hekk: Centru tas-Saħħa Furjana (FIS) 896 Għawdex 97 Centru tas-Saħħa Mosta 115 Centru tas-Saħħa Rabat 243 Centru tas-Saħħa Gżira 80 Centru tas-Saħħa Qormi 63 Centru tas-Saħħu Bormla 84 Centru tas-Saħħa Raħal Ġdid 598 MMDNA 10 Skond l-informazzjoni li għandu l-FIS fil-postijiet l-oħra fejn tqassam il-vaccin ma fadalx stock.