Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 22022?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammonti dovuti lid-Dipartiment sat-12 ta' Dicembru 2000 kienu kif gej :
Sas-sena ta' stima 1998 Lm155,473,490. Din il-figura tinkludi taxxa u penali fuq stimi ta' l-'ex officio'. Huwa stmat li Lm30/35 miljun biss min dan l-ammont huwa dovut.
Sena ta' stima 1999 :
Taxxa dovuta fuq dhul dikjarat 2,689,146
Sena ta' stima 2000 :
Taxxa dovuta fuq dhul dikjarat 14,767,073
Hemm ammonti ohra li jigu stmati mid-Dipartiment minhabba li t-'taxpayers' ma jkunux mlew il-formola tat-taxxa. Dawn l-ammonti jigu riveduti hekk kif it-'taxpayer' jikkonforma mad-Dipartiment u ghalhekk dawn ma jistghux jigu meqjusa bhala taxxa dovuta.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrikonsidra l-każ ta' anzjana li għandha 73 sena u għadha kif għamlet operazzjoni serja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li talbet għall-Home Help u ġiet irrifjutata?
Jista' l-każ tagħha jerġa' jiġi nvestigat peress li huwa każ ġenwin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani irċieva l-applikazzjoni mingħand il-persuna kkonċernata f'Ottubru u sarilha l-assessment minn Social Worker. Il-pass li jmiss huwa li l-każ jiġi riferut lill-Bord tal-Allokazzjoni biex jiddetermina jingħatax servizz jew le.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li mhux jirċievu ċerti benefiċċji soċjali li kienu jirċievu qabel? X'tip ta' benefiċċju soċjali huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18047 f'Seduta 349.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jivvota flus id-Dipartiment tat-Taxxi Interni għas-sena 2001 biex ikun jista' jħallas il-flus dovuti liċ-ċittadin?
Kemm għandu jagħti l-Gvern lill-poplu u kemm għandu jieħu mingħand il-poplu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta ghal din il-mistoqsija ser tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga għaliex l-armla li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament miin din il-mistoqsija ilha ma tirċievi l-pensjoni tagħha?
Tista' din l-anzjana tiġi avżata personalment dwar ir-raġuni għal dan id-dewmien u jinstab rimedju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex b'mod kunfidenzjali jgħaddi aktar informazzjoni dwar il-persuna kkonċernata. Skond n-numru ta' identifikazzjoni mogħti, l-persuna qatt ma rċeviet pensjoni mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali mill-1-2-2000 sal lum, fejn intbgħatu u fejn kienu jaħdmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu nies jirreġistraw u jaħdmu?
Kemm minhom inqatgħu mir-reġistru mill-1-1-2000 sal-ġurnata tal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mill-1 ta' Jannar sa 30 ta' Novembru 2000, sitt mija u tlieta u sebgħin (673) persuna nqabbdu jirreġistraw u jaħdmu. Konsegwentament, dawn nqatgħu mir-reġistru tax-xogħol.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jiġi nvestigat il-każ ta' raġel separat li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament ma' din il-mistoqsija li ġie nformat b'ittra mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li qegħdin jgħidu li għandu Lm4,000 l-bank meta fil-fatt huwa għandu Lm2,110 biss?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21590 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’ jista' l-Ministru jgħid jekk għadhiex tapplika l-liġi li vetturi bħal trakkijiet ma jistgħux jidħlu ġewwa l-Belt Valletta? Jekk iva, x'inhuma l-ħinijiet projbiti? Jista' jgħid kemm kien hemm persuni li kissru l-liġi mill-1996 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi trakkijiet u vetturi kbar oħra ma jitħallewx jidħlu l-Belt Valletta f`dawn il-ħinijiet - bejn is-7.30a.m. u s-2.00p.m. u bejn l-4.00p.m. u t-8.00p.m. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub ma jinżammx taħt forma ta` statistika.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti r-raġuni għaliex il-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma rċevitx il-ħlas kollu skond il-kuntratt li għamlu mal-Housing Authority? Jistgħu dawn is-sinjuri jirċievu tweġiba bil-miktub? Jistgħu l-ħaddiema tad-dipartiment jekk hemm xi żball jaraw li jiġi rranġat mill-aktar fis?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar approvat is-somma ta' Lm577.50. Peress li l-Iskema hija income related, l-applikanta kkwalifikat għall-60% ta' din is-somma jew tal-valur tax-xogħol skond liema minnhom hu l-anqas.
Din l-applikanta ppreżentat irċevuta fiskali għall-ammont ta' Lm334.00 li tkopri l-bdil tal-bieb ta' barra. Hi għalhekk ikkwalifikat u tħallset 60% tal-valur ċioe' Lm200.
Ix-xogħol l-ieħor approvat għadu ma sarx. Meta dan ix-xogħol isir u l-applikanta tippreżenta l-irċevuti fiskali, l-Awtorita' tad-Djar tħallas l-ammont dovut.
Jista' l-Viċi Prim Mnistru jara li fil-każ ta' l-anzjana u persuna bi bżonnijiet speċjali - dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament - jiġi mgħaġġel il-proċess ta' sussidju mill-Housing Authority għal-lift fid-dar tagħha peress li qiegħda ssibha diffiċli li tuża l-kmamar ta' fuq? Jistgħu l-ħaddiema tal-Housing Authority jagħtu prijorita' lil dan il-każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuna ndikata ma jirriżultax li għandha applikazzjoni ma' l-Awtorita' tad-Djar.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara għaliex wara li l-kopja anzjana li l-partikularijiet tagħha jidhru separatament minn din il-mistoqsija bagħtet irċevuta lill-Awtorita' tad-Djar li jammontaw għal Lm 763, irċevew biss Lm 588, meta din fadliha aktar irċevuti u l-approvazjoni, skond il-kuntratt, kienet ta' Lm 783?
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni forsi anke bil-miktub lil dawn is-sinjuri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar approvat is-somma ta' Lm783 għall-bdil tal-kamra tal-banju u tal-madum ta' l-art. Skond id-dħul tiegħu l-applikant ikkwalifika għall-60%.
Hu tħallas is-somma ta' Lm375 għall-kamra tal-banju ċioe' 60% tas-somma approvata mill-perit ta' l-Awtorita' tad-Djar ċioe' Lm625 għall-bdil ta' din il-kamra.
Peress li għall-bdil tal-madum l-applikant ippreżenta rċevuti fiskali fl-ammont ta' Lm370 hu ngħata 60% ta' dan l-ammont ċioe' Lm222.
B'kollox l-applikant tħallas Lm597.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrikonsidra l-każ ta' anzjana li għandha 73 sena u għadha kif għamlet operazzjoni serja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li talbet għall-Home Help u ġiet irrifjutata?
Jista' l-każ tagħha jerġa' jiġi nvestigat peress li huwa każ ġenwin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qiegħda tinġabar.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara l-każ ta' housing ta' omm separata li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija flimkien ma' rapport ta' Social Workers mit-taqsima Vjolenza Domestika jiġi mistħareġ minħabba l-urġenza tal-każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ qiegħed ikun ikkunsidrat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-każ biex persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li qiegħda tistenna li tgħaddi board u ilha ma tirċievi benefiċċji mid-19 ta' Lulju 2000, jitmexxa mil-aktar fis possibbli għax qed ikollha problemi biex tkun tista' tgħix b'mod diċenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata bil-każ.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-koppja pensjonanta li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija, jirċievu ċ-ċekk tal-pensjoni kemm jista' jkun malajr b'mod partikolari wara li f'mistoqsija parlamentari li għamilt jiena ġew assigurati li ser jirċevuh?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalma spjegajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20831, l-pensjoni tal-persuna msemmija titħallas ma' l-ewwel pagamenti li jkunu dovuti wara li l-persuna tkun rtirat.
F'dan il-każ l-ewwel pagamenti ta' pensjoni għal min jirtira jitħallsu fid-9 ta' Diċembru. Dwar dan, il-persuna kkonċernata diġa' ġiet infurmata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bħalissa applikaw għall-frekwenza tar-Radju FM u kemm ilhom li applikaw?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-Awtorità tax-Xandir tista’ tagħti liċenzji għall-xandir fuq l-FM kemm għal servizz bir-radju fuq bażi nazzjonali kif ukoll għal servizz bir-radju fil-komunità.
Bħalissa m’hemm l-ebda applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità għal xandir fuq bażi nazzjonali.
L-applikazzjonijiet għall-xandir fil-komunità li jidhru hawn taħt qed jiġu pproċessati mill-Awtorità:
Applikant Data ta’ l-Applikazzjoni
Radju Katidral 18 ta’ Novembru 1999
Olde City Radio 20 ta’ Settembru 1999
Radio St Vincent de Paule 15 ta’ Frar 2000
Radju Balzan 6 ta’ Novembru 2000
Radju Mħabba 26 ta’ Ġunju 2000
Radju Tlett Ibliet 27 ta’ Settembru 2000
Radju Vilhena 31 ta’ Ottubru 2000
Radju Xodus 16 ta’ Novembru 2000
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti raġuni lill-koppja anzjani li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament għaliex tnaqsitilha Lm41 fix-xahar u ġiet imġiegħla tħallas Lm6.00 fix-xahar mill-pensjoni.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-koppja minnu ndikata ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.