Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social workers fid-Dipartiment tad-Diżabilità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interperlant li l-Aġenzija SAPPORT bħalissa timpjega 17-il Ħaddiema Soċjali. 2 minn dawn il-ħaddiema huma ‘leaders’ ta’ servizz; 1 tas-servizzi li jikkonċernaw l-adulti u 1 tas-servizz fejn jidħlu t-tfal. 3 ħaddiema oħra jaħdmu b’siegħat ridotti, fejn 1 taħdem 8 siegħat u t-tnejn l-oħra jaħdmu 30 siegħa kull wieħed.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni ta’ 16-il sena li qed jirreġistraw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li għandhom sittax-il sena u li fl-aħħar ta’ Ġunju kienu qed jirreġistraw fuq l-Ewwel u t-Tieni Parti tar-Reġistru kien ta’ tlettax.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li sabu impjieg bl-għajnuna tal-ETC?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ETC sabet xogħol dirett lil 4,979 persuna fl-2013, lil 3,277 persuna fl-2014 u lil 1,361 persuna bejn Jannar u Ġunju tal-2015. Madankollu, in-numru ta’ persuni li jsibu mpjieg bl-għajnuna tal-ETC jkunu ħafna aktar milli tkun taf bihom il-Korporazzjoni peress li ħafna jingħataw pariri dwar xogħol u taħriġ u b’hekk isibu mpjieg bis-saħħa ta’ dan u mingħajr l-intervent dirett tal-Korporazzjoni. Oħrajn jaraw in-notifikazzjonijiet tal-postijiet battala fuq is-sit tal-ETC u japplikaw minn jeddhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li ħadu d-divorzju mis-sena 2013 sal-2015?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2013 kien hemm tlett mija wieħed u disgħin–il divorzju rreġistrat, fis-sena 2014 kien hemm tlett mija disa’ u sebgħin –il divorzju rreġistrat, filwaqt li matul din is-sena sa l-aħħar ta’ Ottubru 2015, kien hemm tlett mija seba’ u erbgħin divorzju rreġistrat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ħadu s-separazzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
In-numru ta’ koppji li ħadu s-separazzjoni mill-2010 sa Ġunju 2015 huma s-segwenti:
Każijiet li waslu għal Separazzjoni Bonarja mill-2010 sa Ġunju 2015
Sena MaltaGozo
201056119
201161728
201266324
201372728
201477727
Sa Ġunju 201542215
Numru ta’ kopji li ħadu s-separazzjoni personali wara kawża kontenzjuża quddiem il-Qorti Ċivili mill-2010 sallum
SenaMaltaGozo
2010617
20118710
2012502
2013630
2014561
2015311
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’fondi li l-Gvern ġab mill-Unjoni Ewropea?
Response (GRECH, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari li jmiss fejn se tingħata informazzjoni aktar dettaljata dwar proġetti ffinanzjati mill-programmi Ewropej.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti li bħalissa qed isiru mill-Unjoni Ewropea?
Response (GRECH, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra f’forma ta’ cd, il-lista ta’ proġetti finanzjati mill-progammi Ewropej tal-ERDF, ESF u l-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2007-2013. L-informazzjoni li tikkonċerna ERDF u l-Fond ta’ Koeżjoni miġbura sat-30 ta’ Settembru 2015 filwaqt li l-informazzjoni li tikkonċerna l-ESF miġbura sal-14 ta’ Settembru 2015.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qed jirreġistraw Part 2?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li fl-aħħar ta’ Ġunju 2015 kienu qed jirreġistraw fuq it-Tieni Parti tar-Reġistru kien ta’ 447.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qed jirreġistraw Part 1?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li fl-aħħar ta’ Ġunju 2015 kienu qed jirreġistraw fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru kien ta’ 4,762.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li wżaw is-servizz tal-emerġenza fis-sena 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar u Ġunju ta’ din is-sena (2015) kien hemm attendenza ta’ 61684 fid-Dipartiment tal-Emerġenza f’Mater Dei. Dan ifisser medja ta’ 338 attendenza kuljum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni wżaw is-servizz tal-breast screening fis-sena 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-bidu tas-sena sal- ahhar ta’ Awwissu 2015 gew mistiedna 12095 pazjent ghal-breastscreening.
70% minn dawn accettaw li isirrilhom il-mammogram.