Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li kienet applikat għall-benefiċċju soċjali imma għadha mingħajr risposta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnu ngħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Prim Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ biex jifdi ċ-ċens issa li saret ir-riforma fid-Dipartiment tal-Artijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu, li d-dettalji dwaru ngħataw separatement, m’għandu l-ebda talba quddiem l-Uffiċċju Konġunt għall-fidi taċ-ċens tal-propjeta’ in kwistjoni.
Jista’ l-Prim Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ biex jifdi ċ-ċens issa li saret ir-riforma fid-Dipartiment tal-Artijiet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu, li d-dettalji dwaru ngħataw separatement, m’għandu l-ebda talba quddiem l-Uffiċċju Konġunt għall-fidi taċ-ċens tal-propjeta’ in kwistjoni.
Jista’ l-Ministru jara li social worker jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatment rigward każ ta’ applikazzjoni għal dħul f’home?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward irranġar ta' apramorta tal-bejt, tibjid fil-komun u rranġar ta' qiegħ ta' gallarija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Awtorità tad-Djar qed tagħti l-attenzjoni meħtieġa lil dan il-każ.
Awtorità tad-Djar – sussidju fuq irranġar ta’ dar – każta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-Awtorità tad-Djar dwar każta’ sussidju fuq irranġar ta’ dar tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward ħlas mit-teżor?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tat-Teżor ġa għamel kuntatt mal-individwu konċernat u li d-diffikultà li kien hemm issa ġiet solvuta. Il-ħlas dovut lil din il-persuna se jsir fil-jiem li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fejn talab li għandu joħroġ mill-post sakemm isir l-irranġar fil-post tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa nfurmat ħażin u li x-xogħlijiet ilhom lesti sena u nofs u qatt ma ntalbu joħorġu mill-post.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fit-tarf ta’ Triq il-Palma Tarxien qiegħed isir żvilupp mill-privat f’sit li sa ftit ilu kienet ħofra? Jista’ jgħid x’ġie approvat? Jista’ jgħid ukoll jekk inħareġ x'ser isir? Jista’ jgħid kemm hemm permess ta’ għoli mil-livell tat-triq peress li għaddejja petizzjoni u ġejt mitlub minn għexieren ta’ residenti li nagħmel din il-mistoqsija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindika fuq pjanta l-art eżatta li qed jirreferi għaliha.