Jista' l-Viċi Prim Ministru jara l-każ ta' missier li l-dettalji tiegħu jinsabu separatament minn din il-mistoqsija, ta' familja li qiegħed jagħmel kontra DSS jasal għad-deċiżjoni minħabba t-tbatija finanzjarja li qiegħda tbati din il-familja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna kkonċernata qiegħed għad-deċiżjoni ta' l-Arbitru maħtur skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318). Din id-deċiżjoni hija mistennija li tingħata fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata flus il-Gvern Malti mill-Gvern Svizzeru skond l-aħħar agreement?
Jista' jgħid kemm intbgħatu għalliema din is-sena 2000?
Jista' l-Ministru jispeċifika għal-liema kors intbgħatu?
Issa li ġew lura l-istudenti, x'inhuma jiggwadanjaw minn dan l-ischolarship
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 19349?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' CSAs li daħlu mad-Dipartiment tal-Ħarsien ta' l-Anzjani minn Settembru 1998 sallum hu ta' 248. Minn dawn, 155 kienu 'replacements' filwaqt 93 kienu ġodda.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-pensjonanti qed jieħdu 2/3 tal-bonus addizjonali kull erba' ġimgħat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawk il-pensjonanti li ma jkunux jirċievu l-bonus addizzjonali minn xi sors ieħor qiegħdin jirċievu l-imsemmi bonus addizzjonali, jiġifieri żewġ terzi ta' Lm104 (Lm52 li jitħallas f'Marzu u Lm52 f'Settembru għal min jaħdem) mal-pensjoni. Infatti jingħata Lm5.36 kull erba' ġimgħat mal-pagament tal-pensjoni fejn hu l-każ.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk pensjonanti li meta rtiraw fl-1997 kienu fi grad 8, humiex ser jieħdu ż-żieda fil-pensjoni bħala riżultat tar-reviżjoni tas-salarju tal-ħaddiema tal-Gvern?
Jista' jikkonferma jekk gradi inqas minn skala 3 humiex ser jieħdu żieda fil-pensjoni.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tiegħi għal Mistoqsija Numru 22849.
Jista' l-Ministru jikkonferma li biex tinfetah spiżerija ġdida, l-G.R.T.U. mhux tagħmel oggezjoni għal zoni maqtugħa mll-qalba tar-raħal jew belt?
Response (DEGUARA, LOUIS)
La darba r-rapport tad-diskussjonijiet li saru bejn id-Divizjoni tas-Saħħa, l-GRTU u l-Kamra ta' l-Ispiżjara għadu qed jiġi evalwat, ma nħossx li jkun pertinenti li niżvela x'fih f'dan l-istadju.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitħaffef il-każ ta' koppja anzjana fejn ir-raġel huwa marid u twaqqfitilhom l-għajnuna tal-mard u li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija? Jista' jinforma lil dawn l-anzjani bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Viċi Prim Minstru jara li block ta' Scheme 3, Paola Hill, Raħal Ġdid, jiġi mbajjad peress li jinsab fi stat ta' abbandun? Jista' jara li l-appramorta ta' shaft ta' l-istess plot tiġi mkaħħla peress li hija perikoluża u jiġi rranġat ukoll id-drain ta' l-istess shaft?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba tal-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' koppja anzjana li applikaw għal bdil ta' gallerija, u li n-numru relattiv qiegħed jintbagħat separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant (PA 2664/99) kien ġie rrifjutat fit-8 ta` Novembru 1999, minħabba li l-istat tal-gallerija oriġinali mhux daqshekk fi stat ħażin u għaldaqstant hu aktar opportun li din tiġi restawrata aktar milli mibdula kompletament. Barra minn hekk, il-materjal li kienu qed jipproponu għall-gallerija l-ġdida mhux adattat għall-Area ta` Konservazzjoni Urbana fejn tinsab.
Forsi jkun opportun li l-applikanti jaraw jikwalifikawx għal sussidji għal xogħlijiet bħal dawn mingħand l-Awtorita` tad-Djar.
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jinnota wkoll li l-ewwel numru ta` referenza li ġie ppreżentat, jiġifieri PA 349/99, mhux relatat mal-bqija tad-dettalji mogħtija.
Jista' l-Viċi Prim Minstru jgħid jekk il-post, li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament, hux vojt u jekk hux tal-privat jew jekk hux tal-gvern? X'inhi l-pożizzjoni ta' dan il-post?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-post indikat hu tal-Gvern u huwa allokat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għall-ftuħ ta' spiżeriji privati, f'liema lokalita u kemm ilhom li applikaw?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw liċenji f'dan l-aħħar sentejn? Fejn hija l-lokalita' u kemm kien ilhom li applikaw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li hemm 297-il talba għal ftuħ ta' spiżeriji privati pendenti. Dwar kemm ilhom li applikaw u f'liema lokalita', tista' tirreferi għal Dok. A. li qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Matul is-snin 1999 u 2000 infetħu tliet spiżeriji ġodda -
Ġewwa l-Imtarfa - l-applikazzjonijiet kienet saret fl-1993
Spiżerija Veterinarja ġewwa l-Gżira - l-applikazzjonijiet kienet saret fl-1997
Ġewwa l-Qala, Għawdex - l-applikazzjoni kienet saret fl-1998.
Jista' l-Ministru jara li tiżdied il-qawwa tad-dawl fi Triq il-Wied, Raħal Ġdid, peress li tinsab imdallma ħafna u peress li fil-maġġoranza kbira r-residenti huma anzjani?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li ma hemmx bżonn li jiżdied iddawl fl-inħawi li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara u jagħti spjegazzjoni bil-miktub lill-pensjonant li l-partikolaritajiet tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament peress li qiegħed jgħid li qed jieħu Lm4.00 fil-ġimgħa inqas mill-pensjoni tiegħu, komparat ma'
ħaddiema li ħadmu bħalu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-persuna kkonċernata ser tiġi nfurmata dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-pensjonant li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament jiġi verifikat jekk hux jieħu it-2/3 tal-paga li kellu fil-pensjoni tiegħu? Jista' dan l-individwu jiġi infurmat personalment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jiena tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22849 f'Seduta 473, ninfurmah li l-persuna ndikata ġiet infurmata separatament dwar il-proċess ta' reviżjoni fil-pensjoni tagħha.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li d-dipartiment tas-sigurta' soċjali joħroġ il-ħlas dovut ta' unemployment benefit lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament peress li jinsab bla ebda dħul ieħor? Jista' l-Viċi Prim Minisru jgħarraf bl-aħħar żviluppi lill-persuna konċernata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata mid-Dipartiment aktar kmieni dan ix-xahar dwar id-dritt tagħha għall-benefiċċju, filwaqt li kellha wkoll kuntatt personali ma' uffiċċjali tad-Dipartiment dwar xi drittijiet oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jimxi l-proċess ta' xiri ta' post tal-gvern li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament? Jista jgħid x'inhu jżomm li jsir il-kuntratt wara li sar il-konvenju fil-5 ta' Jannar, 2000?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li jumejn wara li ġie ffirmat il-konvenju, l-Awtorita' tad-Djar talbet lid-Dipartiment responsabbli l-informazzjoni meħtieġa dwar il-provenjenza tal-post.
Din l-informazzjoni waslet għand l-Awtorita' fit-28 ta' Novembru 2000 u fil-5 ta' Diċembru 2000, l-Awtorita' ħadet passi biex jiġi ppublikat l-Avviż Legali meħtieġ biex tingħata t-titolu legali fuq il-proprjeta'. Wara li jiġi ppublikat l-imsemmi Avviż ikun jista' jiġi konkluż il-kuntratt mal-persuna ndikata.
Jista' l-Ministru jara li jiżdied u jiġi mqassam tajjeb id-dawl fi Triq St Joseph, Raħal Ġdid, minħabba n-numru ta' lmenti li qed ikun hemm u li qegħdin dejjem jiżdiedu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li Triq San Ġużepp, Raħal Ġdid hija mdawwla adekwatament.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitwaħħal il-lift fi flat li l-partikolaritajiet tiegħu jidhru separatament minn din il-mistoqsija peress li hemm omm ta' eta' żgħira li hija b'diżabilita'? Jista' jara li dan il-każ jitmexxa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar għandha l-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex tiġi nstallata s-sistema tal-lift. Għal bidu ta' Frar 2001, l-Awtorita' tad-Djar ser toħroġ is-sejħa pubblika għall-offerti biex jiġi nstallat il-lift.