Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24778 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Linja tat-telefon

Question

Jista' l-Ministru jara li tingħata linja tat-telefon l-anzjana li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Maltacom sabiex tiġi kkunsidrata.
Leg 9 PQ #24779 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Banka tal-Lotto

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji biex tinfetah banka tal-lotto? Fejn huma t-talbiet biex jinfetħu? Meta nfetħet l-aħħar waħda u fejn?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-kriterji fil-preżent segwiti mid-Dipartiment tal-Lottu biex tinfetaħ banka tal-lottu huma li trid tkun f’ambjent li qiegħed ikun żviluppat jew f’xi post ieħor fejn ma hemmx banka tal-lottu u li din trid tkun f’distanza raġonevoli jekk il-lokal ikun ġa servut b’banka ohra. Il-banka trid tkun sitwata f’bini jew mibnija fuq art pubblika. Fil-preżent id-Dipartiment ma għandu ebda talba biex tinfetah xi banka f’post partikolari. L-aħħar banka tal-lottu li nfetħet hija dik li tinsab fis-sala tal-wasla fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Din il-banka bdiet topera fit-3 ta’ Mejju, 1999.

SVPR — Arloġġ

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-arloġġ li hemm mal-faċċata ta' barra fil-wing il-ġdid li għadu kemm infetaħ f'St Vincent de Paule Residence?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali għall-arlogg li tqiegħed fil-frontispizju tal-blokk tas-Serenity Wards hija Lm17,217.39. Din is-somma tkopri dawn l-'ispecifications' skond il-'quotation' relattiva:- 'The manufacture, supply and installation of a surface mounted 1600mm diameter acrylic ornamental tower clock; Gold leaf numerals and hands for optimum weather proofing performance; A Carillon computerised sound system with programmable chimes including the Malta Westminster Chime and external speakers; A GPS receiver and satellite control system to keep the clock at the precise time and self tune it in the case of a power failure; A battery back up for five days; A 10 year servicing and maintenance warranty.' L-arloġġ kompla sebbaħ il-blokk u l-courtyard spazzjuża u attrezzata bil-kumditajiet kollha għall-anzjani. Huwa ta' sodisfazzjon li tara ta' kuljum l-anzjani residenti fil-wards ta' madwar din il-courtyard u anke l-qraba tagħhom igawdu l-ambjent sabiħ li żgur qatt ma kien jeżisti f'San Vinċenz de Paule.

Sigurta' Soċjali — Ħlas lura

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, kemm għandu jagħti flus lura lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali? Jista' dan l-individwu jiġi nformat bil-miktub?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persna kkonċernata kienet diġa' ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali fis-16 ta' Frar 2001. Madankollu, il-persuna ġiet mibgħuta kopja tal-korrispondenza relattiva.

Sussidju fuq Dawl u Ilma

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex anzjana li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament tneħħilha s-sussidju fuq dawl u ilma? Tista' din l-anzjana tkun taf ir-raġuni bil-miktub?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Djar — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-mains ta' l-ilma li jinsabu taħt it-taraġ fi block 4, Luqa Road, Tarxien, jiġu magħluqa minħabba l-inkonvenjent li qiegħed jikkawża lill-anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba tal-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

S.V.P.R

Question

Jista' l-Ministru jara li anzjan ta' 83 sena li jinsab waħdu li l-partikularijiet tiegħu qed jidhru separatament min din il-mistoqsija u li applika għal S.V.P.R, jingħata l-attenzjoni meħtieġa u prijorita minħabba l-istat ħażin u ta' abandun li jinsab fiħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata waslet fir-Residenza San Vinċenz de Paule, il-Ħamis, 22 ta' Frar, 2001 u qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa fuq il-merti tal-każ.
Leg 9 PQ #24593 Sitting 520 2001-03-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Light Pollution

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-korporazzjoni Enemalta hix beħsieba li tinstalla lampi fit-toroq tat-tip full cut off, bil-għan li jitnaqqas id-dawl moħli 'l fuq, il-glare f'għajnejn is-sewwieqa u l-light pollution? Jista' jgħid jekk għadhomx jiġu nstallati f'pajjiżna bozoz tat-tip mercury vapour, li qed jiġu phased out madwar id-dinja kollha minħabba li jaħlu l-enerġija u jistgħu jitfgħu wkoll raġġi ultraviolet għall-periklu tal-pubbliku?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Pensjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li t-talba għall-pensjoni ta' pensjonanta li l-partikularijiet tagħha jidhru separatament min din il-mistoqsija tiġi mgħaġġla peress li qiegħda tbati għaliex ma għanda l-ebda dħul finanzjarju ieħor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Leg 9 PQ #24595 Sitting 520 2001-03-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ħaddiema tal-Maltacom jibgħatu l-kont tat-telephone tal-persuna li l-partikularijiet tagħha qed jintbgħatu separatament peress li l-kont qatt ma jasal id-dar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li mir-rekords li għandha l-Maltacom jirriżulta li l-aħħar darba li l-abbonat ħallas il-kont tat-telefon kien f'Ottubru tas-sena l-oħra, u s'issa għandu tlitt kontijiet mhux imħallsa. Fl-24 ta' Jannar ta' din is-sena intbagħtlu Final Notice biex iħallas u fit-13 ta' dan ix-xahar, il-linja tiegħu ġiet ristretta, jiġifieri l-abbonat jista' jirċievi sejħiet iżda ma jistax iċempel. Mill-istess rekords ma jirriżultax li xi wieħed mit-tlitt kontijiet li għandu pendenti - jiġifieri dawk li ħarġu u ntbagħtulu f'Ottubru 2000, Diċembru 2000 u Frar 2001 - ġie ritornat mill-Maltapost lill-Maltacom. Lanqas ma ġiet lura l-Final Notice li ntbagħtitlu f'Jannar 2001. Barra minn hekk, l-abbonat qatt ma ġibed l-attenzjoni tal-Maltacom li mhux jirċievi kontijiet. Jekk l-abbonat huwa konvint li t-tlitt kontijiet imsemmija, flimkien mal-Final Notice, ma waslulux, nissuġġerilu li jkellem lill-Maltapost biex tinstab ir-raġuni għal dan. Sadanittant il-Maltacom ħadet il-passi meħtieġa li tibgħat permezz tal-posta reġistrata t-tlitt kontijiet li l-abbonat qed jgħid li ma rċeviex.
Leg 9 PQ #24421 Sitting 516 2001-03-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Facilitator

Question

Jista' l-Ministru jara li jerġa jintbagħt il-faciltator lit-tifel li l-partikularijiet tiegħu jidhru separatament min din il-mistoqsija? Peress li bl-għajnuna tal-facilitator kien qiegħed jagħmel progress, jista' l-Ministru jara li s-sitwazzjoni tiġi rimedjata u jiġu infurmati bl-aħħar zvillupi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tifel konċernat ma kienx intitolat għal facilitator. Dan peress li l-każ tiegħu ma kienx tressaq lill-iStatementing Board, meta l-Kap ta' l-iskola assenjatlu minn rajha, Kindergarten Assistant libera li kellha fl-iskola. Meta fil-fatt sar l-iStatementing tat-tifel irriżulta li ma kienx jirrikjedi facilitator u l-Kindergarten Assistant libera ġiet assenjata każ aktar meritevoli fi skola viċin.

Pensjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tiġi riveduta l-pensjoni ta' l-anzjan li joqgħod fl-indirizz li qed jintbagħat separatament liema anzjan kien għadda bord u issa għalaq il-61 sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru illi l-persuna minnu ndikata ġiet nfurmata bil-miktub dwar ir-rata tal-pensjoni tas-Sigurta' Soċjali li qiegħda tirċievi.

Homehelp

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jingħata l-home help lill-anzjana fil-wheelchair li l-partikularijiet tagħha jidhru separatament peress li għandha bżonn ħafna dan is-servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija applikat għas-servizz tal-Home Help f'Diċembru li għadda u wara li sarilha l-assessment, il-Bord approva sagħtejn fil-Ġimgħa. Is-servizz ser jingħatalha l-Ġimgħa d-dieħla.

Sigurta' Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jara li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jibgħat il-korrispondenza mitluba lid-Department of Social Security - Pensions and Overseas Benefits Directorate Newcastle NE 98 IBA dwar il-każ tal-pensjonant li l-partikularijet qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-każ tagħha.

Każ ta' Armla

Question

Jista' l-Ministru jara li kemm jista' jkun malajr jikkonkludi l-każ ta' armla li d-dettalji tagħha qed jintbgħatu qiegħda tistenna biex tirċievi l-pensjoni tar-romol peress li ilha li romlot dawn l-aħħar ġimgħat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata bil-każ.

Sussidju

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni lill-kopja li l-partikularijiet tagħha jidhru separatament mimn din il-mistoqsija għaliex ġiet rifjutata li tieħu sussidju taħt skema 7 meta din anke għandha card maħruġa mil-kumissjoni persuna b'diżabilita?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni mill-persuna ndikata kienet taħt l-Iskema dwar għajnuna finanzjarja għall-persuni b'diżabilita' rigward xogħolijiet ta' titjib relatati mad-diżabilita' tagħhom. Ix-xogholijiet li dwarhom saret l-applikazzjoni mill-persuna ndikata ma kienux relatati mad-diżabilita' tagħha u għalhekk ma ġietx milqugħha. Jekk l-applikant jaħseb li x-xogħolijiet meħtieġa jistgħu jsiru taħt xi Skema oħra ta' l-Awtorita', hu mitlub javviċina lill-Awtorita' tad-Djar għal aktar informazzjoni.

Toroq — Tarmac

Question

Jista' l-Ministru jara li tingħata t-tarmac it-triq li l-partikularijiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija minħabba l-istat li tinsab fih?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq jinvestiga t-talba ta' l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #24264 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Main tad-Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jiddaħħal il-main tad-dawl fir-residenza tal-koppja li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #24267 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom/Union Gradwati Maltacom — Ftehim Kollettiv

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li ġie ffirmat ftehim bejn l-Union Gradwati Maltacom u l-Maltacom plc? Meta ġie ffirmat dan il-ftehim? Jista' l-Ministru jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Meta għalaq l-aħħar ftehim kollettiv li ġie ffirmat bejn l-istess partijiet? Jista' jesebixxi kopja ta' dan il-ftehim kollettiv?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nikkonferma li fl-10 ta' Jannar 2001 il-Maltacom u l-Union Gradwati Maltacom iffirmaw ftehim li ġab fit-tmiem il-pendenzi kollha li jirriżultaw mis-"side letter" datata 23 ta' Ottubru 1996 u annessa mal-Ftehim Kollettiv iffirmat fl-istess data u li għalaq fil-31 ta' Diċembru 1998. Tajjeb jingħad li ż-żewġ naħat qablu li l-kontenut tal-ftehim iffirmat fl-10 ta' Jannar 2001 ser ikun inkorporat fil-Ftehim Kollettiv il-ġdid. Peress li dan il-Ftehim Kollettiv ġdid għadu ma ġiex iffirmat, ma naħsibx li jkun prudenti li fil-preżent titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim iffirmat fl-10 ta' Jannar li għadda.
Leg 9 PQ #24354 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Kont tad-Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi investigat kont tad-dawl u l-ilma li jammonta għal Lm 536.33? (tal-persuna li l-partikularijiet tagħha qed jintbagħtu separatament). Din l-istess familja qiegħda titlob biex in-numru ta' persuni jidher bħala 4 u mhux wieħed? Jista' jingħarraf direttament lil din il-familja b'l-iżviluppi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-ammont imsemmi ikopri xejn anqas minn seba' kontijiet għall-perjodu bejn it-28 ta' Mejju 1998 u t-30 ta' Settembru 2000. Jekk in-numru ta' persuni fl-indirizz fejn inħareġ il-kont huwa ta' erbgħa, il-konsumatur għandu jibgħat id-dettalji tal-persuni li joqgħodu f'dak l-indirizz flimkien man-numru tal-Karta ta' l-Identita'. Din il-proċedura trid tiġi segwita peress li persuna ma tistax tingħata benefiċċju fuq żewġ kontijiet.