Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li mara separata li l-partikularijiet tagħha jidhru under separate cover tintlaqa t-talba tagħha sabiex jiġi rranġat ħajt perikoluż fir-residenza tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li quddiem id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar m'hemm ebda talba pendenti mill-inkwilin indikat iżda ser nirreferi l-każ lid-Dipartiment biex jinvestiga.
Jista' l-Ministru jara li jieqaf ix-xogħol ta' mastrudaxxa li anke jagħmel xogħol ta' spray, bi ħsara għar-residenti peress li x-xogħol qiegħed jsir f'zone residenzjali? Id-dettalji qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li saret minn naħa ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar fuq il-post li rrefera għalih l-Onor. Interpellant, ma rriżultax li kien qiegħed isir ix-xogħol li saret referenza għalih fil-Mistoqsija, għalkemm fuq wara tal-garaxx instabu magni relatati ma` xogħol ta` mastrudaxxa. Dan ġie ukoll ikkonfermat mill-Pulizija.
Ninsab infurmat ukoll illi dan il-post, minn żmien għal żmien, ser jibqa` jiġi spezzjonat biex jiġi żgurat li ma jsirx xi abbuż.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25007?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-'Management Fees' ghad-"trading licences" m'ghadiex tithallas bl-istess mod kif kienet qabel meta kienet tifforma parti mill-fondi specjali. Meta l-Fondi Specjali gew integrati fl-allokazjoni ta` kull sena gew integrati wkoll l-"Management Fees" imsemmija mill-Onor. Interpellant. Ghalhekk mhux minnu li dawn ma thallsux ghax fil-fatt huma parti ntegrali mill-allokazzjoni finanzjarja ta` kull sena li qed jircievu l-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar żvillupi dwar il-polemika li hemm dwar passaġġ pubbliku li qiegħed quddiem l-awtorita' ta' l-Ippjanar li l-partikularijiet tiegħu jidhru separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, wara li nstab li kien qed isir xogħol mingħajr permess li kien jikkonsisti fi tneħħija ta` bollards perikolużi sabiex jiġu mibdula b`oħrajn ġodda, f`Novembru 2000 ħarġet Avviż ECF 1291/00 peress illi l-bażi tal-bollards il-ġodda kienet qed titwessa` aktar mill-bażi ta` dawk oriġinali.
Ninsab infurmat ukoll illi fid-29 ta` Marzu 2001 ġiet sottomessa notifika ta` dan ix-xogħol skond il-provvedimenti ta` l-Ordni dwar l-Iżvilupp Ġenerali. Din ġiet aċċettata bil-kundizzjonijiet li l-bollards il-ġodda jkunu kopja perfetta ta` dawk oriġinali, u li l-linja tat-triq tiġi osservata. Dawn iż-żewġ kundizzjonijiet għadhom ma ġewx rispettati, u għaldaqstant l-Enforcement Notice għadha valida.
Jista' l-Ministru jara li ic-cheque tal-mard u l-arretrati ta' kopja pensjonanta li l-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Ministru jara li ħaddiema tal-Water Services Corporation jaraw il-main tas-sinjura li d-dettalji tagħha qed jintbgħatu separatament min din il-mistoqsija li qiegħed jikkawżalha ħafna problemi?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24785 li oriġinarjament kienet saret lil Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' l-Ministru jara li t-tliet bozoz li hemm fi Triq Fr Charles Plater, Raħal Ġdid u li ilhom maqtugħa għal dawn l-aħħar ġimgħat jiġu rranġati mill-aktar fis?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li anzjan nieqes mid-dawl li applika taħt skema tal-Housing Authority, jieħu l-flus li hu intitolat għalihom? Jista' dan l-anzjan li d-dettalji tiegħu qed jidhru separatament jiġi infurmat personalment bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar diġa' ħadet passi biex isiru aktar pagamenti mill-ħlas dovut lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Jista l-Viċi Prim Ministru jara li l-każ ta' tribunal tax-xogħol jibgħat għal-missier ta' familja li d-dettalji tiegħu qegħdin jidhru separatament min din il-mistoqsija peress li din il-familja ma għandha l-ebda dħul?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' Nazzjoniali tax-Xogħol tappunta s-smigħ ta' l-appelli skond l-ordni ta' kif dawn ikunu daħlu. Il-każ tal-persuna ndikata ġie appuntat għas-smigħ quddiem l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol għat-Tlieta 17 ta' April 2001.
Jista' l-Ministru jgħid x'wassal lill-Gozo Channel li tneħħi l-pass speċjali tal-Maltin li għandhom qraba jgħixu Għawdex? Hemm il-ħsieb li din d-deċiżjoni terġa tiġi mibdula?
Response (BONNICI, JOSEF)
Is-sistema tal-"family pass" tal-Gozo Channel, li kienet introdotta fl-1990, tintitola lill-persuna li jkollha dan il-pass f'isimha għall-użu tas-servizz tal-Kumpanija bil-prezz sussidjat applikabbli għall-persuni residenti f'Għawdex. L-għan ewlieni tal-pass hu li jgħin "lill-ulied ta' l-Għawdxin li ġew jgħixu Malta" sabiex isibuha aktar faċli jżuru lill-ġenituri Għawdxin li baqgħu jgħixu f'Għawdex. Għalhekk, il-persuni ntitolati għall-pass huma dawk li jgħixu Malta iżda għandhom il-ġenituri, nanniet u/jew aħwa li "twieldu u jgħixu b'mod permanenti" ġewwa Għawdex.
In vista ta' dan, l-Onorevoli Interpellant mhuwiex korrett meta jgħid li l-Gozo Channel neħħiet dan il-pass speċjali. Il-Kumpanija, kull ma qed tagħmel hu li tiżgura li l-"pass" jingħata biss lil dawk li verament huma intitolati għalih.
Wara li fit-22/9/00, il-Kunsill Lokali Tarxien ippubblika sejħa għall-offerti għal xiri ta' post biex jintuża bħala l-Uffiċini Amministrattivi ġodda tal-Kunsill u wara li fil-11/10/00 intgħażlet l-iżjed offera vantaġġjuża u mmedjatament saret it-talba lill-Ministri tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u dak tal-Finanzi għall-approvazzjoni ta' self mill-Bank biex fis-17 ta' Jannar 2001 saret l-awtorizzazzjoni ta' self mill-Ministri konċernati peress li fil-25/10/00 saret sottomissjoni lill-planning authority għall-permess ta' change of use minn class 5 Shop għal class 5 offices bi ħlas ta' Lm 120 li ġiet acknowledged fit-13/11/00 u peress li l-arranġamenti mal-Bank għal self saru bl-eċċezzjoni li l-istess bank irid l-approvazzjoni tal-planning authority biex jipproċedi imma sal-lum, jiġifieri 5 xhur wara, il-planning authority għadu ma pproċessax l-applikazzjoni tal-Kunsill bil-konsegwenza li l-Kunsill għadu jistenna b'idejh marbuta u jħallas Lm 6 kuljum kera għal-post li qed jokkupa. Jista' l-Ministru jgħid għaliex dan il-dewmien fil-ħruġ tal-permess meħtieġ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant (PA 5817/00) ġiet validata fit-13 ta` Novembru 2000 kif indikat u fis-6 ta` Diċembru 2000, ir-rapport ingħadda għall-endorsement. F`dan l-istadju ġiet indikata l-ħtieġa ta` pjanti addizzjonali li jindikaw il-layout tal-parkeġġ fit-triq u landscaping plan li jassisti għall-użu sħiħ tat-triq. It-talba saret u l-pjanti rikjesti ġew sottomessi fl-aħħar ta` Frar 2001.
L-applikazzjoni ġiet diskussa u approvata mill-Kummissjoni għall-Kontroll ta` l-Iżvilupp fit-18 ta` April, 2001.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-management fees dovuti lill-Kunsill Lokali rigward t-trading licences għas-sena 2000 għad ma ngħatawx lill-Kunsill Lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar ir-risposta tinghata f' seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-management fees dovuti lill-Kunsill Lokali rigward t-trading licences għas-sena 2000 għad ma ngħatawx lill-Kunsill Lokali?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-uffiċċju konġunt qed ikun selettiv meta qed joħroġ għal bejgħ il-proprjeta' li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li qed isir hekk? Huwa konxju l-Ministru li affarijiet bħal dawn iservu ta' ħmira għal abbuż? Jista' jara li l-operat ta' l-uffiċċju msemmi jkun wieħed aktar trasparenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond il-ftehim bejn il-Gvern u l-Knisja, qabel ma` l-Uffiċċju Konġunt jbiegħ xi proprjeta` il-'file' irid jgħaddi minn diversi proċessi, ċioe` (1) tintbagħt l-informazzjoni mill-Entita` Ekkleżjastika, (2) tiġi pproċessata u jekk meħtieġ issir korrezzjoni skond l-istess ftehim, (3) isiru aċċertamenti ulterjuri skond kif ikun meħtieġ u (4) issir reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Artijiet.
L-Onorevoli Interpellant jifhem li mhux kull każ huwa l-istess anki minħabba n-natura ta` ċertu kundizzjonijiet li jkun hemm fil-kuntratt jew problemi fil-provenjenza.
Nassikura lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju Konġunt mhux qed ikun selettiv fil-bejgħ ta` proprjeta` u jekk hu għandu f`moħħu xi każ partikolari huwa mitlub jinformani.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 24593?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-preżent il-Korporazzjoni Enemalta qed tinstalla lanterni tat-tip "semi cut off". Dawn inaqqsu mil-"light pollution" li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. Mhux eskluż li fil-futur, għalkemm mhux dak immedjat, li jintużaw lanterni tat-tip "full cut off".
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Membru li lampi ġodda tat-tip "mercury vapour" m'għadhomx jiġu nstallati. Minflokhom qed jintużaw lampi tat-tip "high pressure sodium".
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li t-tliet bozoz li hemm fi Triq Fr Charles Plater, Raħal Ġdid u li ilhom maqtugħa għal dawn l-aħħar ġimgħat jiġu rranġati mill-aktar fis?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar żviluppi dwar l-iskola tal-kindergarten fi Triq Brittanja Paola? X'ser isir mill-proġett ta' bini ta' skola mill-ġdid?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni inkludiet il-bini ta' Ċentru tal-Kindergarten fiż-żona f'Ta' Lourdes fil-lista ta' prijoritajiet tagħha.
Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-ftehim li sar bejn il-kunsill lokali, Raħal Ġdid u l-amministrazzjoni tal-ħabs kien stabilit li l-bankina ta' quddiem il-ħabs titħallas mill-gvern ċentrali bħala kumpens lir-residenti ta' Raħal Ġdid minħabba l-estensjoni tal-ħabs?
Response (BORG, TONIO)
Skond il-ftehim imsemmi mill-Onor. Interpellant l-awtoritajiet tal-Ħabs ħadu ħsieb li jħallsu l-ispejjeż tax-xogħol fuq l-imsemmija bankina fid-distanza li tagħti mill-għassa tal-Pulizija sa fejn jasal il-boundary wall tal-Parking Area.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara u jintervjeni personalment li l-armla li l-partikolaritajiet tagħha jidhru separatament fejn tnaqsilha r-relief ta' Lm36.16 biex issa spiċċat tieħu relief miżeru ta' Lm84.40c
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata kienet diġa' ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali fit-28 ta' Frar 2001. Madankollu, il-persuna ġiet mibgħuta kopja tal-korrispondenza relattiva.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-fizzjal Malti li kien inkarigat mir-revenue security corps ta' Għawdex ma għadux inkarigat minn din it-taqsima? Jaf li minħabba f'hekk il-membri fl-imsemmi korp qed ibatu peress li l-fizzjal il-ġdid mhux intiż fir-regolamenti marbuta ma' dan il-korp? Jista' jieħu l-passi meħtieġa biex dan l-inkonvenjent jiġi eliminat?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-proċedura li jitla’ fizzjal minn Malta biex jissorvelja lill-membri Għawdxin tar-“Revenue Security Corps” twaqqfet madwar sentejn ilu. Dan minħabba li minn dak iż-żmien ġie stazzjonat fizzjal residenti f’Għawdex u għaldaqstant spiċċat il-ħtieġa li jitla’ fizzjal minn Malta.
Ninsab infurmat li l-fizzjal stazzjonat f’Għawdex huwa intiż fir-regolamenti tar-“Revenue Security Corps” u s’issa l-Forzi Armati ma kellhom l-ebda ilment illi juri li seta’ nħoloq xi nkonvenjent lill-membri ta’ l-istess Korp.