Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitħallsu is-sidien ta' postijiet li kienu twaqqgħu f'Marsa Road, Marsa u li l-qorti kienet qaltilhom li jitħallsu skond iż-żmien? JIstgħu dawn l-individwi jiġi nfurmati bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #26021 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ex-pulizija li kienu telqu mil-Korp u reġgħu applikaw biex jidħlu? Hemm il-ħsieb li dawn jerġgħu jidħlu? Jekk iva, meta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi peress li l-proċess ta` reinstatement fil-Korp tal-Pulizija għadu kif ġie eżawrit, kif diġa` spjegajt fit-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25986 f`din l-istess seduta, m`hemmx talbiet pendenti.

Relief

Question

Jista' l-Ministru jara li joħroġ ic-cheque tar-relief ta' omm separata b'żewġt tfal li ilha bla dħul għall-dan l-aħħar xahrejn? Id-dettalji qed jintbagħtu separatament.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna minnu ndikata ġie maħdum u ser titħallas l-Għajnuna Soċjali b'erba ġimgħat bil-quddiem kif wkoll l-arretrati li jkopru mill-21 ta' April 2001. Iċ-ċekk ġie mibgħut lill-benefiċċjarju.

Mard

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara l-każ tas-sinjura li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament peress li nqatgħulha l-flus tal-mard, meta skond rendikont li s-Sigurta' Soċjali għandhom mill-HSBC jidher ċar li s-sinjura tista' tikwalifika mill-ġdid għall-dawn il-flus peress li l-flus li kellha ħarġithom biex tgħin lin-neputi tagħha li jinsab għall-kura barra l-pajjiż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata bil-każ.
Leg 9 PQ #25857 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Permess

Question

Jista' l-Ministru jara li permess ta' ħanut TL/C/11/01 joħroġ mil-aktar fiss jew inkella l-individwu jiġi informat bl-aħħar żvilluppi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dan il-permess inħareġ.
Leg 9 PQ #25858 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Barnetil

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pilloli BARNETIL 400mg jkunu fl-ispiżerija tal-Gvern peress li bħalussa jinsabu out of stock?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-pilloli Sultapride 400mg (BARNETIL) tqassmu lill-Ispiżerija ta` l-Isptar Monte Carmeli fil-15 ta` Mejju, 2001.

Shifting

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li t-talba ta' anzjana li l-partikolaritajiet tagħha huma annessi separatament li tinsab waħedha u li ilha titlob biex isir shifting ta' telecare tintlaqa peress li dan is-servizz qiegħed 'li bogħod minn fejn għandha bżonnu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-talba tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet riferuta f'żewġ okkażjonijiet separati lill-Maltacom biex isir ix-xogħol mitlub. Ninsab infurmat ukoll li l-Maltacom ġiet mitluba għal darb'oħra biex dan ix-xogħol isir malajr kemm jista' jkun.

Ħal Tarxien — Triq it-Tramunata

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq it-Tramuntana, Ħal Tarxien isir ix-xogħol tat-tarmak peress li din it-triq tinsab fi stat disastruż u hemm ħafna ġrieden?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li wara li d-Dipartiment tat-Toroq lesta' x-xogħol meħtieġ biex tittieħed l- art ħalli titwessa t-triq, qed jingħataw il-linji mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex il-kuntrattur imqabbad mid-Dipartiment tat-Toroq għal dan ix-xogħol ikun jista' jibni u jasfalta t-triq.
Leg 9 PQ #25906 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jara li transfer ta' telephone ta' persuna li d-dettalji tagħha jidhru separatament jitmexxa l-quddiem minħabba l-bżonn ta' dan is-servizz?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Maltacom ma għandha ebda abbonat bl-isem mogħti mill-Onorevoli Interpellant. Jekk jingħataw aktar dettalji, il-Maltacom tkun tista' tinvestiga din it-talba.

Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq il-bankini ta' Triq Għajn Dwieli u l-Isqof Buhagiar Street, Paola peress li issa ilhom żmien jintalbu biex isiru? Dan ix-xogħol jaqa' taħt il-Gvern Ċentrali peress li dawn it-toroq huma toroq arterji?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq iddiskuta x-xogħolijiet meħtieġa mal-Kunsill Lokali, u bħalissa għaddej il-proċess biex jiġu ppreparati l-pjanijiet għat-twettieq tax-xogħol.

Housing Authority

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li joħroġ is-sussidju mil-Housing Authority ta' mara separata li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li kellha tikri post tal-privat wara li kienet ilha tistenna li d-diparitment ta' l-akkomodazjoni jagħtiha post alternativ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li, fi żmien qasir, l-Awtorita' tad-Djar ser tibgħat għall-persuna ndikata biex tiffirma l-kuntratt għas-sussidju fuq il-kera.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-pensjoni li qiegħed jirċievi anzjan hijiex żbaljata peress li jidher li hija baxxa ħafna u mill-arretrati ili ħa jidher li hemm xi żball? Jista' dan l-individwu li l-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament jiġi infurmat bit-talba tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li 'l-persuna minnu ndikata qiegħda titħallas kif suppost u skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. Inżid ngħid illi l-istess persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.
Leg 9 PQ #25685 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Karta Anzjan

Question

Jista' l-Ministru jara li fil-polikliniċi tiġi osservata r-regola li normalment tintuża fil-każ ta' anzjani li għandhom il-karta Anzjan ta' 75 għax qegħdin jidħlu ħafna ilmenti li din ir-regola mhux tiġi oservata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li r-regoli li jirrigwardaw il-Karta Anzjan ta' 75 huma osservati fiċ-Centri tas-Saħħa kollha. Is-Senior Medical Officer u n-Nursing Officer inkarigati miċ-Centri tas-Saħħa huma responsabbli li jaraw li d-drittijiet tal-Karta Anzjan jiġu osservati. Ma ġiex rappurtat li hemm xi problemi biex jottjeni d-dritt tiegħu skond il-Karta Anzjan dan għandu jirraporta lis-Senior Medical Officer jew in-Nursing Officer inkarigat/a miċ-Centru tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #25585 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Ġnien Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess ta' l-akkwist mill-Gvern Ċentrali tal-Ġnien Pubbliku fil-Marsa, dak ta' Belveder li kien beda żmien ilu w li kien ġie inawgurat mill-Eċċellenza tiegħu il-President ta' Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi, għalkemm din l-art ġiet żviluppata fi Ġnien Pubbliku fl-1970, id-Dipartiment ta` l-Agrikoltura għamel it-talba uffiċjali għall-esproprjazzjoni f’Ġunju ta’ l-1999. Għaldaqstant id-Dipartiment ta’ l-Artijiet lest li jippubblika d-Dikjarazzjoni tal-President sabiex jakkwista l-proprjeta` u jikkonkludi l-kuntratt mas-sidien meta jiġu eżawriti l-proċeduri normali.

Flat

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li immedjatament issir iż-żebgħa tal-flats, introduzzjoni ta' Intercom fil-flat ta' Triq il-Jum, Marsa. Fejn dan l-aħħar ġarab tluq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li x-xogħol tat-tibjid tat-tromba tat-taraġ ser isir mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fil-ġranet li ġejjin. Madanakollu l-intercom huwa r-responsabbilta' tar-residenti skond il-'policy' dwar it-tiswijiet.
Leg 9 PQ #25625 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Pilloli Zocor

Question

Jista' l-Ministru jara li t-talba tal-persuna għall-pilloli Zocor li ma ġietx aċċettata terġa tiġi mistħarġa mil-ġdid minħabba l-bżonn ta' dawn il-pilloli min din il-persuna? Il-partikularijiet ta' din il-persuna qed jitbagħtu separatament min din il-mistoqsija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li mill-informazzjoni mogħtija mill-ispiżerija ta' St. Luke's, id-Drugs and Therapeutics Committee ma għandu l-ebda rekord ta' rikjesta għall-pilloli Zocor, għall-persuna msemmija.
Leg 9 PQ #25626 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Patrol

Question

Jista' l-Ministru jara li fl-inħawi ta' Triq il-Jum, Marsa issir patrol mil-Pulizija wara li ħafna serq li sar u dan l-aħħar ġranet il-ħruq ta' bieb ta' persuna li tgħix waħida, minħabba l-biża li għandhom dawn ir-residenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tagħmel patrols aktar spissi f`dawn l-inħawi.

Molla ta' Bieb

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal molla ta' bieb ta' barra ta' flat li l-partikularijiet tiegħu jidhru separatament min din il-mistoqsija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa. Madanakollu nfakkru li xogħolijiet żgħar ta' manutenzjoni bħal bdil ta' bozoz maħruqa, ħġieg miksur jew serraturi f'postijiet komuni huma r-responsabbilta' ta' l-istess residenti skond il-policy approvata.