Jista' l-Ministru jgħid kemm ser jiġi jiswa l-proġett ta' Gabbana/stage li qed tinbena mill-ġdid fil-promenade f'Fond Għadir tas-Sliema quddiem Ta' Kolina Restaurant?
Jista' jgħid min ha d-deċiżjoni li l-gabbana li kien hemm titwaqqa u terġa tinbena mill-ġdid?
Jista' jgħid min ser iħallas għal dan il-proġett? Jista' jgħid kemm ser jiswa?
Jista' jgħid meta jitlesta x-xogħol huwiex ser terġa toħroġ tender mill-ġdid?
Jista' jgħid kemm qiegħed iħallas is-sit attwali bħala kera u jekk eventwalment ser tibqa għandu kemm ser jibda jħallas?
JIsta' jgħid ukoll jekk l-istruttura li qed tinbena hiex wkoll ser isservi bħalha bus shelter kif kienet l-istruttura preċedenti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li:
1. L-ispiża fuq il-gabbana/stage hu kif jidher hawn taħt:
a. Cast Iron Kiosk (skond il-prezz tat-tender kif ingħatat is-sena l-oħra - Lm39,784.
b. Xogħol ta' taħmil (dan ix-xogħol tlesta pero' għadu ma tkejjilx) - Lm1,620.
ċ. Ix-xogħol l-ieħor, dak li jikkonċerna l-bini ta' basement taħt l-art, qiegħed isir minn ħaddiema tal-Gvern, liema xogħol bħalissa jinsab fil-fażijiet inizjali tiegħu.
2. Bħala parti mid-disinn tal-promenade kien deċiż li l-gabbana li kien hemm ma kelliex disinn li jaqbel mal-kumplament tal-proġett.
3. L-ispejjeż ta' dan ix-xogħol qegħdin jitħallsu bħala parti mill-upgrading tal-promenade ta' Triq it-Torri Sliema. L-ispiża hi dik li tidher f'paragrafu 1 hawn fuq flimkien max-xogħol li ser iwettqu l-ħaddiema tal-gvern (i.e. pagi, kiri ta' inġenji bħal crane u materjal għax-xogħol.
4. It-Taqsima Propjeta tal-Gvern hi nfurmata b'dawn ix-xogħlijiet u dawn l-arranġamenti ser tieħu ħsiebhom l-istess Taqsima.
5. L-istess bħal paragrafu 4.
6. Iva. L-parti ta' quddiem tal-kiosk il-ġdid ġiet iddisinjata b'tali mod li toffri kenn għal dawk li jkunu qegħdin jistennew il-karozza tal-linja. Fil-fatt anke bankijiet ġodda ser jitwaħħlu għall-użu ta' dawn in-nies.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ta' safety ittieħdu min meta beda xogħol ta' kostruzzjoni fil-Fellenberg biex jissalvagwardja s-saħħa ta' l-istudenti u l-għalliema?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fil-Ministeru sal-ħin li konna kostretti nittrażmettu t-tweġiba lill-Uffiċjal ta' l-Iskrivan tal-Kamra, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma hux minnu lis-surmast tal-Fellenberg ta' ordni biex qabel l-eżamijiet annwali, l-għalliema tal-matematika jagħtu tutorials iffokati fuq l-karta ta' l-eżamijiet?
Jista' jikkonferma wkoll jekk hux minnu li student/a ipprotestat mas-surmast tal-Fellenberg qabel l-eżami tal-matematika għax fehem/et li l-eżami huwa corrupted?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fil-Ministeru sal-ħin li konna kostretti nittrażmettu t-tweġiba lill-Uffiċjal ta' l-Iskrivan tal-Kamra, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li l-koppja anzjana li l-partikularijiet tagħhom jinsabu separatament ma din il-mistoqsija jiġu infurmati dwar il-pensjoni tagħhom peress li mill-pensjoni tas-sigurta' soċjali jinqabdu biss somma ta' Lm 129.60? Jistgħu dawn l-anzjani jiġu infurmati personalment dwar jekk hemmx xi żball fil-pensjoni tagħhom ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 'l-persuna minnu ndikata qiegħda titħallas rata korretta ta' pensjoni tas-Sigurta' Soċjali. Inżid ngħid illi l-istess persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.
Jista' l-Ministru jara li b'mod immedjat jingħata s-servizz tat-telecare lill-anzjani li l-partikularijiet tiegħu jidhru separatament min din il-mistoqsija, peress li huwa rritorna id-dar minn Zammit Clapp?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-anzjan imsemmi ngħata s-servizz tat-Telecare fid-19 ta' Ġunju 2001.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-koppja anzjana li r-raġel jinsab bil-krozzi u l-mara marida tingħata b'mod urġentissmu s-servizz tal-home help minħabba l-bżonnijiet tagħhom? Tista' din il-koppja li l-partikularijiet tagħhom qed jitbagħtu separatament jiġu infurmati bl-aħħar żvillupi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-koppja msemmija qiegħed jiġi mistħarreġ ħalli s-servizz jingħata skond il-bżonnijiet meritati.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-każ ta' missier b'żewġt itfal, li nqata' mir-reġistru u jinsab fl-appell, jitmexxa b'mod urġenti peress li ma għandu l-ebda dħul ieħor? Il-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna minnu ndikata ser jiġi mistħarreġ mill-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol, fuq appell imressaq quddiem l-istess Awtorita' mill-persuna nnifisha minħabba li ġiet maqtugħha mill-ewwel parti tar-reġistru għar-raġuni li rrifjutat talba ta' xogħol.
Ninforma lill-istess Onor. Interpellant li peress li l-persuna msemmija qegħda tirreġistra taħt it-tieni parti tar-reġistru, il-mara tiegħu applikat għall-Għajnuna Soċjali f'isimha u għal bintha. L-applikazzjoni tal-mara ser tiġi eżaminata mill-Bord ta' l-Għajnuna Soċjali nhar il-15 ta' Ġunju, 2001.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li omm armla żagħżugħa li mietilha żewġha ftit tal-ġimgħat ilu tibda tirċievi l-pensjoni tar-romol u mhux ta' min jirtira? Il-partikolaritajiet tas-sinjura qed jintbagħtu separatament.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ.
Jista' l-Ministru jara li problema bil-posta li qed ikollu anzjan b'diżabilita', li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament, tiġi rranġata għax kull darba il-posta tiegħu qiegħda tmur għand individwi oħra, minkejja li dan l-individwu diġa' nforma lid-dipartiment tal-posta bil-problema li għandu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-direzzjoni tal-Maltapost plc ħadet il-passi meħtieġ wara li dan l-individwu kien ġa ressaq l-ilmenti tiegħu xi ġimgħat ilu.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li applikazzjoni ta' anzjana li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija tingħata attenzjon peress li ilha li applikat mingħajr ebda risposta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika dwar x'hiex saret l-applikazzjoni li rrefera għaliha.
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-permess ta' ħanut li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament peress li l-individwu dejjem iċempel biex jara fiex wasal il-każ imma jibqa' bla risposta?
Response (BORG, TONIO)
Jiena bħala Ministru ma għandi l-ebda poter li ngħid lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar x`għandha tagħmel. Ninsab infurmat iżda, li l-applikazzjoni qiegħda fi stadju finali għal deċiżjoni.
Jista' l-Ministru jara li kemm jista' jkun malajr, jinħareġ ir-relief ta' missier ġuvni li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament peress li m'għandhomx mezzi? JIsta' dan is-sinjur jiġi informat bl-aħħar żvilupp?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna minnu ndikata ġie maħdum u ser jitħallas l-Għajnuna Soċjali tal-Qgħad mit-30 ta' Mejju, 2001.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara l-każ li single mother li l-partikularijiet tagħha qed jintbagħtu separatament li għandha mal-Housing Authority tingħata l-attenzjoni u tiġi informata bl-aħħar żviluppi
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ qed ikun ikkunsidrat flimkien ma' oħrajn simili.
Jista' l-Ministru jara li pensjonant li ħareġ bil-wieħed u sittin sena jibda jirċievi l-pensjoni peress li mhu qed jirċievi xejn? Id-dettalji tiegħu qed jitbagħtu separatament min din il-mistoqsija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 'l-persuna minnu ndikata ser titħallas fl-aħħar ta' din il-ġimgħa. L-istess persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.
Jista' l-Ministru jara jistax jitmexxa 'l quddiem il-każ ta' l-anzjana li l-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija, biex tidħol f'dar ta' l-anzjan tal-Gvern?
Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar żvillupi dwar dan il-każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata applikat biex tidħol fid-Dar ta' l-Anzjani f'Mejju 1999. Fl-istess xahar saru l-assessments relatati u tpoġġiet fuq il-'waiting list' għax ma kienx każ urġenti. F'Mejju ta' din is-sena reġa' sarilha assessment soċjali.
Jista' l-Ministru jara issir spezzjoni fuq il-post li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament peress li minkejja li l-post ma jintużaw, qed jiġu kontijiet tad-dawl u ilma għolja?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara li anzjana ta' 86 sena tiddaħħal l-S.V.P.R. minħabba l-bżonnijiet urġenti li għandhom. Id-dettalji ta' l-anzjana qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata applikat f'April li għadda. L-Onor. Interpellant żgur li japprezza l-fatt li hemm lista ta' applikazzjonijiet pendenti li huma ġenwini.
Il-każ tal-persuna msemmija ġie mgħoddi lill-Board għall-attenzjoni u azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitħallsu is-sidien ta' postijiet li kienu twaqqgħu f'Marsa Road, Marsa u li l-qorti kienet qaltilhom li jitħallsu skond iż-żmien?
JIstgħu dawn l-individwi jiġi nfurmati bl-aħħar żviluppi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi f`Marsa Road twaqqgħu b`kollox sitta u tletin (36) post. Il-ħlas lis-sidien ta` wieħed u għoxrin (21) post minnhom tlesta. Għar-rigward tal-ħmistax-il post li l-ħlas għadu ma sarx, qegħdin isiru r-riċerki neċessarji, biex dawn jitlestew mill-aktar fis possibli.