Legislature:
Category:
Reset
Active:

Benefiċċji Soċjali — Children Allowance

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-omm separata, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, tirċievi ċ-children allowance peress li bid-dħul tal-manteniment u tas-sigurta' soċjali huwa diffiċli biex hi tgħix ħajja normali? Jista' din l-omm tiġi informata bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata dwar il-każ tagħha.

Benefiċċju tal-Qagħad

Question

Jista' l-Ministru jara x'sar mill-appell għall-benefiċċju tal-qagħad ta' missier li l-partikularijiet tiegħu jidhru separatament minn din il-mistoqsija, peress li ilu jistenna dan l-appell imma bla risposta għall dan l-aħħar xhur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-każ tal-persuna ndikata mistenni li jidher quddiem l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol f'Awissu 2001.

Djar — Pagamenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 27080 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': jista' jara li jitmexxew l-aħħar pagamenti mill-housing authority tal-koppja anzjana, li l-partikolaritajiet dwarhom qed jintbagħtu separatament? Jekk hemm xi problemi, tista' l-awtorita' tinforma lil din il-koppja bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li peress li x-xogħol approvat għadu mhux lest kollu, l-Awtorita' tad-Djar ħallset parti sostanzjali mis-somma approvata għax-xogħol li sar. Pagament finali jsir meta x-xogħol jitlesta kollu. Il-persuna konċernata diġa' ġiet infurmata b'dan mill-Awtorita'.

Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-misier ta' tifel b'diżabilita' mentali jinħariġlu l-benefiċċju soċjali li hu qiegħed jitlob? Id-dettalji qed jintbagħtu separatament.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jenħtieġ aktar dettalji biex jivverifika t-talba tal-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant. Għalhekk nitolbu jgħaddili b'mod kunfidenzjali l-isem, il-kunjom u possibilment in-numru tal-karta ta' l-identita' tal-persuna konċernata.
Leg 9 PQ #27285 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Maltacom tistħarreġ il-każ ta' single mother li l-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija peress li bi żball fuq il-kont tat-telefon taħt l-item donatin din is-sinjura qiegħda tiġi mitluba tħallas is-somma ta Lm 104? Tista' din is-sinjorina tiġi infurmata bir-riżultat ta' dan l-istħarriġ?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Maltacom sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u biex l-abbonata tiġi nfurmata bir-riżultat relattiv.

Sigurta' Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tal-persuna bi tliet itfal li d-dettalji qed jintbagħtu separatament peress li din il-persuna ilha ma tirċievi benefiċċju tas-sigurta' soċjali għall din l-aħħar sena? Tista' din il-familja tiġi infurmata bil-miktub?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna ndikata minnu kien ġie investigat mid-Dipartiment u jirriżulta li l-persuna konċernata reġgħet bdiet titħallas l-Għajnuna Soċjali għad-Disimpjieg mit-30 ta' Ġunju, 2001.
Leg 9 PQ #27159 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Dibenyline

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pilloli Dibenyline 10mg mill-professur ta' anzjan li l-partikularijiet tiegħu jidru separatament min din il-mistoqsija jitmexxew peress li huwa għamel l-applikazzjoni għalihom fuq shedule V u għadu ma irċieva xejn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Leg 9 PQ #27077 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizz tat-Telephone — San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jara li l-koppja żagħżugħa, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, jingħatalha s-servizz tat-telephone?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Maltacom sabiex tiġi kkunsidrata.
Leg 9 PQ #27080 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Djar — Pagamenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitmexxew l-aħħar pagamenti mill-housing authority tal-koppja anzjana, li l-partikolaritajiet dwarhom qed jintbagħtu separatament? Jekk hemm xi problemi, tista' l-awtorita' tinforma lil din il-koppja bl-aħħar żviluppi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Reserved Parking

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-anzjana li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament issirilha reserved parking għax ilha li applikat mill-bidu ta' Marzu 2001 u għadha bla risposta? Tista' din l-anzjana tiġi nformati bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-aħħar ta' Ġunju 2001, il-Bord tal-Kummissjoni li jeżamina applikazzjonijiet għal reserved parking bagħat rakkomandazzjoni pożittiva lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku dwar l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant. Applikazzjonijiet ta' dan it-tip jieħdu ċertu tul ta' żmien biex jiġu proċessati primarjament għax il-Kummissjoni obbligata tikkonsulta mal-Kunsill Lokali konċernat qabel tibgħat ir-rakkomandazzjoni tagħha.
Leg 9 PQ #26983 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fellenberg

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26532?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li b'sens ta' responsabilta' u minħabba xi ċaqliq li sar fl-għalliema tal-matematika fil-Fellenberg matul is-sena, is-surmast ġibed l-attenzjoni ta' xi għalliema ġodda li ġew għal dan is-suġġett li jista' jkun għaqli li wieħed jiddedika xi ħin għar-reviżjoni qabel l-eżami biex l-istudenti jkunu ppreparati aħjar bħalma jsir f'ħafna istituzzjonijiet u skejjel oħra. Din ir-reviżjoni saret lill-klassi kollha flimkien u mhux f' tutorial sessions'. Ma ngħatat ebda ordni biex din ir-reviżjoni tkun iffokata fuq il-karta ta' l-eżami. Is-surmast sema' li kien hemm min, minn fost l-istudenti interpreta ħażin l-iskop ta' reviżjoni. Hu avviċina lil min kien kkonċernat biex jiċċara l-fatti.
Leg 9 PQ #26985 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kindergarten

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26648?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni issegwi regolarment id-'demographic trends' tat-tfal li jilħqu l-eta' tal-kindergarten fil-lokalita` ta' Raħal Ġdid. Mill-indikazzjonijiet, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jidhrilha li, f'dan l-istadju għadu prematur biex wieħed jgħid meta sejjer jingħata bidu għax-xogħlijiet meħtieġa ta' bini ta' Ċentru ġdid.
Leg 9 PQ #26942 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jara li jitneħħew il-wires zejda tal-Maltacom li hemm quddiem ir-residenza tal-persuna li l-partikularijiet tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill Maltacom sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #26945 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li jitneħħew il-wires zejda ta' Enemalta li hemm quddiem ir-residenza li d-dettalji jinsabu separatament min din il-mistoqsija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #26948 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Melita Cable

Question

Jista' l-Ministru jara li jitneħħew il-wires żejda tal-Melita Cable li huma quddiem ir-residenza tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbatu separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Melita Cable hija kumpanija privata u għaldaqstant ma taqax taħt il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi. Ir-regolatur f'dan il-qasam jaqa' taħt il-Ministeru għat-Trasport u Telekomunikazzjoni.
Leg 9 PQ #26962 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħalla qliegħ ix-xogħol li għamlet it-tarzna fuq il-vapur La Salle? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dwar qliegħ u spejjes li saru fuq il-vapur imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ir-rapport mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma jkunx fl-interess tat-Tarzna ta' Malta li dan jiġi ppubblikat. Madanakollu inserraħ ras l-Onorevoli Interpellant li dan ix-xogħol kien ta' fejda mhux żgħira għal din l-azjenda u ħalla frott ħafna iżjed minn bosta xogħol ieħor li daħlet għalih fil-passat. Fil-fatt huwa stmat li dan il-proġett ħalla profitt ta' Lm1 miljun, waqt li l-infieq ieħor fil-pajjiż mhux konness mat-Tarzna huma stmat li kien maż-żewġ miljun lira.
Leg 9 PQ #26964 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Out of Stock

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pilloli Cardevilol 625 mg jkunu regolari fl-isptar peress li spiss ikunu out of stock? Jista' l-Ministru jgħid mill-2001 kemm u meta kienu out of stock?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li s-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern waqgħu 'Out of Stock' mill-pilloli Carvedilol 6.25mg minħabba li ma kien hemm l-ebda offerta aċċettabbli meta ħarġet 'it-tender' għal dan il-prodott. Il-'GPS' bħalissa jinstabu fil-proċess li jimportaw huma dirett din il-mediċina mill-Ingilterra. Il-perjodu minn meta l-Carvedilol 6.25mg kien 'out of stock' huwa indikat hawn taħt: 2 ta' Jannar sat-23 ta' Jannar 2001 6 ta' Frar sat-18 t'April 2001 9 ta' Ġunju sa llum.
Leg 9 PQ #26968 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fellenberg

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ta' safety ittieħdu min meta beda xogħol ta' kostruzzjoni fil-Fellenberg biex jissalvagwardja s-saħħa ta' l-istudenti u l-għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għalliem inkarigat mis-Saħħa u s-Sigurta` ġewwa l-Istitut tal-Fellenberg flimkien ma' l-awtoritajiet qegħdin kontinwament jimmoniterjaw is-sitwazzjoni. Fejn tinħass il-ħtieġa jsir ippjanar ta' xogħol mal-kuntrattur u jittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex l-għalliema, studenti, viżitaturi eċċ., ikunu mħarsa minn kull periklu.
Leg 9 PQ #26648 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kindergarden

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-konklużjonijiet dwar il-bini taċ-ċentru tal-kindergarden fiż-żona ta' Lourdes? Jista' jgħid fejn tinsab din l-iskola fil-lista ta' prijoritajiet? Meta ser jibda x-xogħol tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif ma laħaqx wasal fil-Ministeru, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26651 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Tarxien — Sqaq Kurunell

Question

Jista' l-Ministru jara li terġa titwaħħal bozza li kienet tinsab fi Sqaq Kurunell Mas, f'Ħal Tarxien? Ma' din il-mistoqsija parlamentari qed nibgħat il-korrispondenza kollha li għaddiet bejn il-Kunsill Lokali, Tarxien u petizzjoni mar-residenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.