Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #27920 Sitting 596 2001-09-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Pilloli Out of Stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pilloli out of stock li hemm fl-ispiżeriji ta' dawn ċ-ċentri tas-saħħa: Raħal Ġdid, Furjana, Qormi, Rabat, Gzira u Mosta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-pilloli li kienu 'Out of Stock' fid-29 t'Awissu 2001 fl-ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa ta` Raħal Ġdid, Furjana, Qormi, Gżira u Mosta huma ndikati hawn taħt: MEDIĊ INA RAĠ UNI Labetalol 100mg tablets Contractor cancelled tender Propranolol 40 mg tablets Contractor cancelled tender Levodopa and Bensarizide 125mg tablets Awaiting delivery Pyridostigmine 60mg tablets Problem with CPP Chlorpromazine 25mg tablets Awaiting delivery Haloperidol 0.5mg capsules Awaiting delivery Levodopa and Bensarizide 62.5mg tablets Awaiting delivery Propantheline bromide tablets Awaiting delivery Spironolactone 25mg tablets Awaiting delivery Clomipramine 10mg tablets Awaiting delivery Acetazolamide 250mg tablets Awaiting delivery Vitamin A & D tablets Awaiting release Calciferol 0.25mg tablets No source of supply - Specs changed through DTC Pyridoxime 10mg tablets No source of supply - Specs changed through DTC Ferrous sulphate tablets Tenders cancelled - Specs had to be updated Tetrabenazine 25mg tablets Financially authority granted for a limited quantity only Fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat ma hemmx spiżerija.
Leg 9 PQ #27921 Sitting 596 2001-09-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

HIV

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni infettati bl-HIV matul l-2000 u l-2001 u x'kienet l-eta' tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-HIV mhix marda notifikabbli bil-liġi. Madanakollu, in-numru ta` testijiet pożittivi għall-HIV matul is-sena 2000 kien ta` 14 filwaqt li bejn Jannar u Ġunju 2001, kien hemm 10 testijiet pożittivi għall-HIV. Dawn il-figuri ma jeskludux testijiet li saru aktar minn darba minħabba li t-testijiet ma jirrekjedux li tkun magħrufa l-identita` tal-pazjent. Minħabba raġunijiet ta` kunfidenzjalita u biex nipproteġu l-individwi, informazzjoni fuq l-eta` u s-sess ma tingħatax.

Sptarijiet — Tqassim ta' Gazzetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema gazzetti jitqassmu fis-swali ta' l-Isptar San Vinċenz de Paule?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-gazzetti li jitqassmu fis-swali tar-Residenza San Vinċenz de Paule huma dawn: Matul il-ġimgħa - In-Nazzjon L-Oriżżont Malta Independent Il-Ħadd - Il-Mument It-Torċa Il-Kulħadd Malta Independent on Sunday
Leg 9 PQ #27822 Sitting 595 2001-07-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

AFM

Question

B'referenza għal tħarrik ta' suldati mit-Taqsima Maritima tal-AFM li saret reċentament, jista' l-Ministru jgħid jekk apparti in-nies imsemmija pubblikament li ġew imressqa l-qorti kienx hemm persuni oħra mill-istess Taqsima jew Taqsimiet oħra tal-AFM li kienu involuti? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk kienx hemm arresti ta' persuni f'dan is-sens? Jista' jgħid kemm kienu l-persuni arrestati? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li uħud ġew meħlusa u ma ittieħdux passi kontrihom? Kienu nvoluti jew le? Intervjena xi ħadd biex ma jittieħdux passi kontrihom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi f`dan il-każ inbdew proċeduri quddiem il-Qorti fil-konfront ta` kull persuna li kienet involuta.

Somma

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni lill-anzjana li l-partikularijiet tagħha jidhru separatament min din il-mistoqsija għaliex ma ingħatawx is-somma meta ir-raġel tagħha kien jaħdem ma' l-Enemalta mill-1964? Jista' din is-sinjura tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għall-liema somma qiegħed jirreferi.
Leg 9 PQ #27830 Sitting 595 2001-07-30 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Reserved Parking

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir reserved parking quddiem Garage no. 80, Triq Louis Schickluna, Fgura peress li sid tal-garage għandu vettura tal-linja u jkun hemm ħafna problemi? Jista' dan is-sinjur li l-partikularijiet jinsabu separatament min din il-mistoqsija jiġi infurmat?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #27766 Sitting 593 2001-07-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mil-kapijiet tal-5 istituti tal-MCAST għandhom id-diploma in Administration & Monument?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għas-sejħa pubblika li kienet saret għal ħames Kapijiet ta' l-Istituti tal-Kulleġġ Malti ta' l-Arti, Xjenza u Teknoloġija. Kull Kap ta' l-Istitut intgħażel skond il-kriterji ppublikati fis-sejħa pubblika. Tlett Kapijiet li ntagħżlu huma ex-Kapijiet ta' Skejjel pubbliċi, wieħed mill-Kapijiet għandu Diploma fl-Administration u Kap ieħor huwa b'self minn Kumpanija sussidjarja tal-MALTACOM.

Home Help

Question

Jista' l-Ministru jara li anzjana li l-partikularijiet tagħha jinsabu separatament min din il-mistoqsija tingħata is-servizz tal-home help minħabba l-bżonn soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna msemmija biex tingħata is-servizz tal-Home Help għada kemm waslet fid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani ftit ġranet ilu, propju fis-16 ta' Lulju, 2001 u għaldaqstant qed tiġi proċessata.
Leg 9 PQ #27769 Sitting 593 2001-07-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema mal-Maltapost matul dawn l-aħħar 3 xhur? Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki kellhom? Hemm xi ħadd li ma kellux kwalifiki?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul dawn l-aħħar tlitt xhur daħlu jaħdmu dsatax-il Postal Operator ma' Maltapost kif ukoll Personal Assistant taċ-Chairman. Il-kriterji li talbet il-Maltapost mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għall-eżami tal-Postal Operators kienu li l-kandidati ried ikollhom mhux anqas minn ħames 'O' Level Standard GCE/GCSE/Matsec sa grad 7 jew ekwivalenti. Passes f'suġġetti ta' Business Studies, Environmental Studies, Graphical Communications, Social Studies, Typing, Technical Drawing, Engineering, Art u Needlework kienu aċċettati. Id-dsatax-il persuna li ġew ingaġġati kollha ssodisfaw il-kriterji msemmija. Fir-rigward tal-Personal Assistant taċ-Chairman, il-persuna magħżula għandha l-kwalifiki meħtieġa għal dan il-post.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara għala anzjan armel li l-partikularijiet tiegħu jidhru separatament min din il-mistoqsija qatt ma ha pensjoni tas-sigurta' soċjali bejn 1983 sal 1986, jista' l-Ministru jinforma bil-miktun lil din il-persuna l-aħħar żvillupi bi tweġiba għal dan l-ilment? Jista' jara x'rimedju jista' jsir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nfakkar lill-Onor. Interpellant li b'effett mill-1 ta' April 1978, Gvern Soċjalista kien emenda l-Liġi dwar is-Sigurta' Nazzjonali (kif kien magħruf dak iż-żmien l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali) b'mod li kien jipprekludi lil kull pensjonant li jirċievi pensjoni taħt l-istess Att, jekk kien qed jirċievi wkoll pensjoni minn fuq ix-xogħol li kienet ġa tammonta għal mhux anqas minn żewġ terzi tal-paga kurrenti tal-post li kellu. Għaldaqstant peress li wkoll kien hemm friża fuq il-Benefiċċji Soċjali ma kienx hemm lanqas żiedit għall-għoli tal-ħajja, dawn il-pensjonijiet baqgħu l-istess, jiġifieri mingħajr ebda żieda. Ovjament, Gvern Nazzjonalista neħħa dawn l-inġustizzji, iżda ma nara l-ebda rimedju li jista jingħata llum b'mod retroattiv għaż-żmien tal-Gvern Soċjalista.
Leg 9 PQ #27661 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Lift Vans

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex il-vannijiet (lift vans) li jintużaw għat-trasport tal-pazjenti mid-djar tagħhom għall-isptar San Luqa, m'għandhomx ventilazzjoni adekwata minkejja li din is-sitwazzjoni ilha tiġi diskussa għal dawn l-aħħar tliet snin u qegħda tkun ta' detriment għas-saħħa tal-pazjenti, speċjalment fix-xhur sħan tas-sajf, meta l-maġġoranza tagħhom huma anzjani w morda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li diġa ittieħdu l-passi neċessarji sabiex dawn ikollhom it-twieqi jinfetħu. Ħarġet tender u x-xogħol ġie mogħti lill-kuntrattur sabiex dan jagħmel ix-xogħol neċessarju.

Telecare

Question

Jista' l-Ministru jara li titħaffef l-applikazjoni għas-servizz tat-Telecare għal anzjana li l-partikularijiet tagħha jinsabu separatament ma' din il-mistoqsija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni għas-servizz tat-Telecare tal-persuna indikata waslet fiċ-Ċentru tat-Telecare fil-21 ta' Ġunju 2001 u l-kuntratt, flimkien ma' l-applikazzjoni ntbagħat lill-Maltacom plc biex jingħata s-servizz.

Maltapost

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema mal-Maltapost matul dawn l-aħħar 3 xhur? Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki kellhom? Hemm xi ħadd li ma kellux kwalifiki?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Flus tal-Mard

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-flus tal-mard u supplimentari lill-anzjan li l-partikularijiet tiegħu qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija? Jista' dan l-anzjan jiġi infurmat bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ser tiġi infurmata bl-aħħar żviluppi.
Leg 9 PQ #27499 Sitting 586 2001-07-20 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Finanzi

Arretrati ta' Anzjan

Question

Jista' l-Ministru jiverifika li l-arretrati tat-Teżor ta' anzjan li l-partikularijiet tagħhom jidhru separatament minn din il-mistoqsija ingħatax skond kemm suppost kellu jieħu peress li huma irċieva biss Lm 280. Jista' dan l-anzjan jiġi infurmat?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jirriżulta li l-persuna kkonċernata ma kienitx ikkommutat il-pensjoni tagħha. Għaldaqstant, ma ħaditx differenza fis-somma. Jirriżulta wkoll li l-pensjoni tagħha żdiedet minn Lm196.87 għal Lm202.67 (żieda ta' Lm5.80 fix-xahar). Għalhekk l-arretrati tagħha minn meta ħarġet bil-pensjoni (jiġifieri mill-1 ta' Marzu 1998) kienu ta' Lm226.20.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jiverifika li l-arretrati tat-Teżor ta' anzjan li l-partikularijiet tagħhom jidhru separatament minn din il-mistoqsija ingħatax skond kemm suppost kellu jieħu peress li huma irċieva bis Lm 280. Jista' dan l-anzjan jiġi infurmat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.