Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus imħallas mid-dipartiment tas-saħħa għal servizzi offruti minn clinics jew sptarijiet privati għall-pazjenti li jkollhom bżonn xi servizz li d-dipartiment tas-saħħa ma joffrix matul din is-sena? X' kien is-servizz offrut f' kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu aktar Day Centres f' Malta u Għawdex? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb ta' xi Night Centres ħalli l-anzjani li għadhom jgħixu weħedhom ikollhom moħhom mistrieħ matul il-lejl?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftuħ tad-Day Centres għall-anzjani jsir skond il-bżonnijiet tal-lokalita' partikolari u b'arranġamenti jsiru mill-Kunsill Lokali.
Il-kunċett ta' Night Centres għadu qed jiġi kkunsidrat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb ta' proġetti ġodda f' San Vincenz De Paule?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern preżenti huwa mpenjat li jkompli jimmoderniżża r-residenza ta' San Vinċenz De Paule u għaldaqstant proġetti ġodda huma proċess kontinwu tal-Gvern favur l-anzjani tagħna.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' Assistenti Kazwali sal-lum, kemm hemm minnhom li qegħdin jagħtu servizz fid-djar ta' diversi anzjani, jagħtu servizz fid-djar ta' l-anzjani tal-gvern, jagħtu servizz fid-Day centres u jagħtu servizz x' imkien ieħor?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sallum in-numru ta' Assistenti Każwali huwa 477, li minnhom -
318 qegħdin fil-Komunita'
39 qegħdin fid-Day Centres
54 qegħdin fil-Homes
66 oħrajn
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 6678, jista' l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni mogħtija dakinhar sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'Awissu 1999 ingħata kuntratt ġdid bi prezzijiet orħos minn dawk ta' qabel għall-forniment ta' ħrieqi. Dan ir-roħs ġab tnaqqis fl-ispejjeż tas-servizz għall-inkontinenza ta' madwar Lm15,000 fis-sena.
Ninsab infurmat li fl-aħħar ta' Awwissu 2001, in-numru ta' dawk li kienu qed jibbenefikaw minn dan is-servizz kien ta' 580 taħt Skema A u 1099 taħt Skema B.
Jista' l-Ministru jara li l-każ tal-persuna li l-partikularijiet tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija u li qiegħda tistenna biex tgħaddi bord u li allura kull benefiċċju soċjali jinsab wieqaf, jitmexxa mill-aktar fis peress li l-familja m'għandha l-ebda dħul ieħor? Tista' din il-familija tiġi infurmata bl-aħħar żvillupi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ tal-persuna minnu ndikata qed jiġi maħdum. L-istess persuna qed tkun infurmata dwar dan bil-miktub.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 27828, fejn is-somma li kont qed nirreferi għaliha hi dik għas-servizz li għamel ir-raġel ta' l-anzjana meta kien jaħdem ma' l-Enemalta, jista' issa l-Ministru jagħti t-tweġiba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li l-ebda Dipartiment jew entita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi mhu responsabbli għall-ħlas tas-somma ndikata, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jara li ssir reserved parking quddiem Garage no. 80, Triq Louis Schickluna, Fgura peress li sid tal-garage għandu vettura tal-linja u jkun hemm ħafna problemi? Jista' dan is-sinjur li l-partikularijiet jinsabu separatament min din il-mistoqsija jiġi infurmat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li skond ir-Regolamenti Dwar il-vetturi bil-Mutur hija r-responsabilta' ta' kull persuna li tħalli d-dħul u l-ħruġ ta' garage liberu. Dan għandu jsir mingħajr il-bżonn ta' ebda sinjali (kemm traffic signs kif ukoll road markings) fit-toroq.
Parking (quddiem jew faċċata ta' xi garage) li joħloq ostakolu jikkostitwixxi ksur ta' dan ir-regolament u hija r-responsabilta' tal-Pulizija biex tieħu l-passi meħtieġa.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 5230, jista' l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni mogħtija dakinhar sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Ammont ta' Kartuna Roża maħruġa fis-snin 1999, 2000 u sat 30 ta' Lulju, 2001 lill-familji lokal b'lokal huma skond l-iskeda li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra li turi kemm Kartuni Roża saru ġodda jew iġġeddu fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-għases li bħalissa jinsabu magħluqa?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25196, ninsab infurmat illi minn dan is-sajf il-Pulizija bdiet tagħmel użu minn Mobile Police Station f`Wied il-Għajn.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ minn 16 sa 25 sena minn Ħal Tarxien li qed jirreġistraw għax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ma żżommx l-istatistika dwar il-persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol fil-grupp ta' eta' bejn 16 u 25 sena iżda bejn 16 u 24 sena u minn 25 sena 'l fuq.
In-numru ta' persuni bejn 16 u 24 sena li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f'Ħal-Tarxien fl-aħħar ta' Ġunju 2001, kien 40.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nies ta' aktar min 25 sena minn Ħal Tarxien li qed jirreġistraw għax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ewwel parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 27931 f'din l-istess Seduta, ninfurmaħ li n-numru ta' persuni minn 25 sena 'l fuq li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f'Ħal-Tarxien fl-aħħar ta' Ġunju 2001, kien 92.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 10446 u ċioe: jgħid kemm twieldu tfal fl-Isptar Karen Grech taħt unknown father għas-snin 2000-2001. Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan it-tagħrif li jinsab fir-Reġistru Pubbliku?
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 6778, jista' l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni li ngħatat dakinhar sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Assistenti Soċjali Każwali ingaġġati bejn Settembru 1998 u Lulju 2001 huma kif ġej:
Reġistrati Numru ta ASK ingaġġati bejn
fis-Sena Settembru 1998 u Lulju 2001
1994 2
1995 2
1996 7
1997 14
1998 26
1999 36
2000 53
2001 63
Il-figuri t'hawn fuq jinkludu fihom l-informazzjoni mogħtija fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6778.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom il-kartuna r-roża? Kemm hemm anzjani li jieħdu s-servizz tat-telecare? Kemm hemm persuni li jieħdu servizz tal-home help? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal persuni minn Ħal Tarxien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li din is-sena, sat-30 ta' Lulju, kien hemm 41 familja minn Ħal-Tarxien li nħarġitilhom jew iġġedditilhom il-kartuna roża.
Fl-istess lokal hemm 196 persuna li jibbenefikaw mis-servizz tat-Telecare u 46 persuna li jirċievu s-servizz ta' Kura u Għajnuna fid-Dar.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma dawk l-impjegati tal-gvern li għandhom karozza tal-gvern? Jista' jagħti l-ismijiet u l-gradi ta' dawn il-persuni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-impjegati tal-gvern fil-Ministeru tiegħi li għandhom korozza tal-gvern huma:
Is-Segretarju Permanenti, is-Segretarju tal-Kabinett, id-Diretturi Ġenerali, id-Diretturi, il-Kummissarju Elettorali Prinċipali, is-Segretarju tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, il-Kap tad-“Defence Section”, il-“Principal Information Officer”, l-“EU Negotiations Coordinator (Operations)” u dawk il-persuni fis-Segretarjat Privat tiegħi li huma intitolati għal korozza skond id-dokument “Engagement of Staff for Private Secretariats” li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra fit-2 ta’Novembru 1998.
Fil-Forzi Armati dawk il-fizzjali li għandhom il-grad ta Logutenent Kurunell jew ogħla għandhom il-faċilita’ li jużaw “staff car” u sewwieq għal waqt il-ħin tax-xogħol kif ukoll għal obbligi uffiċjali wara l-ħin.
Rigward impjegati f’Ministeri oħra, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri individwalment.