Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz ta' l-Inkontinenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' anzjani u persuni b' diżabilita' li qed jagħmlu użu miż-żewġ skemi A u B tas-Servizz ta' l-Inkontinenza matul is-snin 2000 u 2001?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' persuni li kienu jagħmlu użu mis-servizz dwar l-Inkontinenza f'Malta sa l-aħħar ta' Diċembru 2000 kien: Skema A 566 Skema B 1028 In-numru ta' persuni li qed jagħmlu użu mis-servizz dwar l-Inkontinenza f'Malta sa l-aħħar t'Awissu 2001 kien: Skema A 580 Skema B 1099
Leg 9 PQ #28043 Sitting 605 2001-09-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Traffikar ta' Drogi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew misjuba ħatja persuni fuq traffikar ta' drogi din is-sena u kemm minnhom kienu Maltin u kemm minnhom kienu barranin u x'weħlu f'kull każ individwali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar u s-17 ta` Settembru 2001 kien hemm 39 persuna li ġew misjuba ħatja ta` traffikar ta` drogi. Minn dawn 8 kienu ta` nazzjonalita` barranija. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-piena li ngħatat lil dawn il-persuni.
Leg 9 PQ #28044 Sitting 605 2001-09-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu l-qorti matul din is-sena b'konnessjoni ma' droga u reati kriminali oħra? Jista' jgħid ukoll kemm minnhom weħlu ħabs?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm 981 persuna li ġew akkużati quddiem il-Qorti b`delitti. Minn dawn, 256 huma relatati ma` droga. Infurmat ukoll illi 40 persuna mill-ammont ta` 961, kellhom il-każ tagħhom deċiż u weħħlu piena ta` ħabs, filwaqt li 704 għad għandhom il-każ tagħhom pendenti quddiem il-Qorti.
Leg 9 PQ #28045 Sitting 605 2001-09-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Snatch and Grab

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew solvuti każi ta' Snatch and Grab mis-sena l-oħra sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 14-il persuna dwar 11-il każ ta` snatch & grab li seħħew bejn l-1 ta` Jannar 2000 u s-17 ta` Settembru 2001.

San Vincenz De Paule — Spiża Globali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża attwali globali maqsuma f' kapital u rikorrenti li ntefqedt għar-residenza San Vincenz De Paule, sena b' sena fis-snin 2000 u 2001?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża attwali li ntefqet għar-Residenza San Vinċenz de Paule hija kif spjegat hawn taħt: Sena 2000 Spiża Kapitali - Lm 91,883 Spiża Rikurrenti - Lm6,963,854 Sena 2001 Spiża Kapitali - Lm 21,445 (Sa Lulju) Spiża Rikurrenti - Lm5,163,302 (Sa Awissu)

San Vinċenz De Paule

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' anzjani rġiel u nisa li ġew ammessi f'San Vinċenz De Paule minn Jannar ta' din is-sena sa' Ġunju 2001 u kemm minnhom ġew ammessi direttament mid-dar tagħhom jew mill-isptar San Luqa jew minn xi istituzzjonijiet oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

Telecare — Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' anzjani li qed jagħmlu użu mit-Telecare u kemm fadal nies fil-waiting list matul is-snin 2000 u 2001?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 8467 abbonati tat-Telecare. Filwaqt li hemm 7 każijiet pendenti għas-sena 2000 u 12-il każ pendenti għas-sena 2001 - hemm ukoll 38 anzjani jistennew l-installazzjoni tas-sett tat-Telecare mill-Maltacom plc.

Boarding Out

Question

Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' ġuvni li qiegħed jitlob biex jiġi boarded out jitmexxa mil-aktar fis permess li l-każ tiegħu jidher li ilu mhux ħażin? Il-partikularijiet ta' dan il-każ jinsabu annessi separatament min din il-mistoqsija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma rċieva ebda talba għall-Pensjoni ta' l-Invalidita' mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.

Marsa — Triq Santa Rita

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar żviluppi dwar postijiet nri. 26-27 fi Triq Santa Rita(jinfdu ma' Triq San Vinċenz) il-Marsa

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali m'għandu l-ebda nformazzjoni dwar il-postijiet indikati mill-Onor. Interpellant. Għalhekk nitolbu jispeċifika għal liema żviluppi qed jirreferi.

San Vinċenż De Paule

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhi l-proċedura li tintuża mill-Bord tad-Dħul tar-residenti f'San Vinċenż De Paule biex jittrattaw il-każijiet urġenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każijiet kollha jiġu trattati fuq il-meritu individwali tagħhom. Każijiet jiġu meqjusa bħala urġenti huma dawk li - - l-anzjani jkunu ta' eta' avvanzata ħafna - dawk li jkollhom mard kroniku u serju u jkollhom bżonn kura intensiva minn naħa tan-nursing. - dawk il-persuni li ma jkollhomx post fejn joqgħodu minnħabba ċirkustanzi li ma jkunx hemm kontroll fuqhom. - każijiet oħra li l-Bord jaħseb u jaqbel li għandhom jingħataw prijorita'.

Servizzi ta' Handyman

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' anzjani li għamlu użu mis-servizz tal-handyman matul is-snin 2000 u 2001 u kemm kien hemm minnhom li ħadu dan is-servizz b' xejn għax għandhom il-karta r-roża u kemm kien hemm minnhom li ħadu s-servizz b' sussidju għax ma kellhomx karta roża?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' anzjani li għamlu użu mis-servizz tal-Handyman matul is-sena 2000 u din is-sena sat-18 ta' Settembru li għadda hu ta' 2187. Minn dawn, 1320 kellhom il-Karta r-Roża u 867 ħadu s-servizz b'sussidju.

San Vinċenz de Paule

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' anzjani li applikaw biex jidħlu f'San Vinċenz de Paule u fid-Dar ta' l-Imtarfa sal-lum? Kemm minnhom huma nisa, rġiel jew koppji ta' kull raħal jew belt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #28030 Sitting 603 2001-09-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Ophthalmic Dept

Question

Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' anzjan b'dħul baxx li għandha bżonn tagħmel operazzjoni tal-kataretti jitmexxa 'l quddiem ma' l-Ophthalmic Dept, peress li mill-isptar qalulha li għal-appuntament trid tistenna sena u nofs? Tista' din l-anzjana tiġi infurmata bl-aħħar żvillupi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Leg 9 PQ #28031 Sitting 603 2001-09-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Mewt b' Overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemm hu n-numru ta' persuni li mietu b' overdose minn Jannar Sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur mir-Reġistru Nazzjonali ta` l-Imwiet jirriżulta li minn Jannar 2001 sal-lum kien hemm ħames (5) każi ta` mwiet reġistrati kaġun ta` "overdose". Mwiet kaġun ta` "overdose" jinkludu każijiet fejn l-'underlying cause of death' kienet iklassifikata skond l-ICD-10 fil-kategoriji: X40-X44 (Accidental overdose), X60-X64 (Suicidal overdose) u Y10-Y14 (Undetermined intent of overdose).
Leg 9 PQ #28032 Sitting 603 2001-09-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Tobba — Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet għall-vizti fid-djar minn tobba taċ-Ċentri tas-Saħħa dan ix-xahar? Kemm saru u kemm ma tlaħħqux mit-tobba ta' kull Ċentru tas-Saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li numru ta` talbiet għall-viżti fid-djar minn tobba taċ-Ċentri tas-Saħħa, huma kif ġej:- 1-10 Settembru Viż ti Mitluba Viż ti li Saru Pariri/Viż ti Kanċ ellati Viż ti li ma Sarux Furjana 244 217 24 3 Gżira 102 49 51 2 Mosta 234 97 132 5 Raħal Ġdid 377 182 174 21 Qormi 29 23 5 1 Rabat 16 4 9 3 Minħabba li għadna wasalna biss f'nofs ix-xahar il-figuri li jistgħu jingħataw sa issa huma dawk ta` mill-1 sa l-10 ta` Settembru. L-istatistika għax-xahar kollu ta` Settembru tkun tista` tingħata wara l-ewwel ġimgħa ta` Ottubru.

Anzjani — Meals on Wheels

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' anzjani li qed jirċievi s-servizz ta' Meals on Wheels u f' liema lokalitajiet f' Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' Anzjani li qed jirċievu s-servizz tal-Meals on Wheels huwa ta' 1278, iżda dawn ma jieħdux kollha l-ikel kuljum. Fil-fatt l-ammont ta' ikel li jitqassam huwa medja ta' 131 ikla kuljum. Is-servizz jingħata kull fejn jiġi mitlub u llum il-ġurnata infirex mal-maġġoranza tal-Bliet u Rħula f'Malta kollha.

Home Help/Care

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi flus intefqu fis-sena 2000 fid-Day Centres? X' inhu n-numru ta' anzjani l qed jirċievu s-servizz ta' Home Help/Care mis-sena 2000 sallum? Jista' jgħid ukoll jekk twaqqafx xi bord biex imexxi dan l-istess servizz offrut jiġifieri s-servizz tal-Home Help/Care u jekk fl-affirmattiv kif inhu kompost dan il-bord?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2000 intefqu Lm38560 fuq id-Day Centres. Ninfurmah ukoll li n-numru ta' persuni li qed jirċievu s-servizz tal-Home Help/Care hu ta' 2797. Hemm Bord ta' l-Allokazzjoni tas-Servizz li hu kompost minn Chairperson u żewġ membri.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex l-anzjan ta' 72 sena li l-partikularijiet tiegħu jinsabu annessi separatament ma hax żieda kif ħadu anzjani oħra u l-anqas żieda mat-teżor? Jista' dan l-anzjan jiġi infurmat bil-miktub dwar is-sitwazzjoni tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 'l-persuna minnu ndikata qed titħallas korrett u kif suppost skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali 1987 (Kap 318). Inżid ngħid li l-istess persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.
Leg 9 PQ #28023 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Vjolenza Domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każi lill-Pulizija dwar vjolenza domestika mis-sena l-oħra sallum u kemm minnhom se jitressqu l-qorti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta` Jannar 2000 u s-17 ta` Settembru 2001, kien hemm 310 rapport lill-Pulizija dwar każi li b`xi mod jinkwadraw taħt it-titolu ta` vjolenza domestika. Infurmat ukoll illi fl-istess perijodu, dwar dawn il-każi, tressqu l-Qorti 248 persuna.