Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ mal-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-appartament imsemmi, kif ukoll l-appartamenti l-oħra kollha fil-blokk li d-dettalji dwaru qed jingħataw b’mod separat ġew mibjugħa. Is-sidien il-ġodda ta’ dawn l-appartamenti huma responsabbli li jwettqu t-tiswijiet meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward żbroff ta’ drenaġġ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-każ ġie investigat u rriżulta li l-iżbroff kien dovut minħabba sadd fil-medda privata tal-istess blokk. Għaldaqstant il-każ joħroġ barra mill-ġurisdizzjoni tal-Korporazzjoni.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward tindif ta’ ġibjun?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ġibjun imsemmi ma jaqgħax taħt il-ġurisdizzjoni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettajli dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ dħul f’Dar tal-Anzjani jew f’post għall-persuni b’diżabilità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li ma jixtieqx li jidħol f’Dar tal-Anzjani imma jixtieq li l-ammont ta’ sigħat ta’ Home Help li għandu jiżdied?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija tibbenifika mill-massimu tas-sigħat skont kif irrakomanda l-Bord, wara li ġew ikkonsidrati l-fatturi kollha.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ min-naħa tal-ARMS tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward kont tad-dawl u l-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u l-kaŻ huwa solvut.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ min naħa tal-ARMS tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward pagament ta’ kont tad-dawl u l-ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Intepellant illi l-kaŻ qed jiġi nvestigat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li ħadu s-servizz tal-iskema tal-Housing Authority u mil-liema lokalità huma? Jista’ jgħid x’tip ta’ sussidju ħadu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu u jgħid għal liema skema qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social workers fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol hemm 15-il social worker li jinkludu Principal Social Worker, Senior Social Worker, u 13-il Social Worker li dawn tal-aħħar jaħdmu fil-Kulleġġi.