Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' klandestini li nqabdu minn Jannar sallum? Minn liema pajjiżi kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn Jannar ta` din is-sena sal-lum, ma kien hemm ebda każ ta` klandestini li nqabdu jippruvaw jidħlu Malta illegalment. Naturalment diversi persuni tressqu l-Qorti talli kienu f`Malta illegalment; oħrajn ġew respinti fil-punt ta` dħul fl-Airport jew Seaport.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 28025?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Matul l-2001 tħallsu LM5400 lil St. James' Hospital, Zabbar sabiex setgħu isiru 15-il test urġenti magħrufa bħala "diagnostic and titration sleep studies".
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt is-16-il sena li tressqu l-qorti minn Jannar 2001 sallum? Għaliex tressqu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sal-25 ta` Settembru 2001, tressqu 72 persuna taħt is-16-il sena l-Qorti. It-tipi ta` reati li dwarhom kienu akkużati kienu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li jitkompla jingħata s-servizz tal-Home Help lill-kopja anzjana fejn waħda mill-partijiet hija b' diżabilita? Jistgħu dawn l-anzjani jiġu infurmati bl-aħħar żviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li s-servizz twaqqaf fl-1 ta' Settembru 2001 wara tilwima bejn il-helper u t-tifel tal-persuna indikata. Ninsab infurmat ukoll li, wara laqgħat bejn dawk konċernati, ġie miftiehem li s-servizz jerġa' jibda jingħata meta tkun tista' tiġi allokata helper oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numra ta' persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol full-time, part-time u kemm minnhom instabilhom xogħol din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li:
1. Il-Korporazzjoni m'għandhiex reġistru tax-xogħol għal part-time;
2. In-numru ta' nies jirreġistraw għax-Xogħol sal-aħħar ta' Marzu, 2001 kien ta 6,591;
3. In-numru ta' persuni li nstabilhom xogħol mill-Korporazzjoni minn Jannar 2001 sal-aħħar ta' Marzu, 2001 kien ta' 499.
Jista' l-Ministru jara li l-applikazzjoni biex familja li l-partikularijiet dwarha jinsabu anessi separatament tieħu s-servizz tat-telephone?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li s-servizz ingħata wara li għal bosta drabi saru sforzi minn ufficjali tal-Maltacom biex jikkuntattjaw lill-applikant fuq in-numru tat-telefon cellulari li ħalla bħala "contact telephone number".
Jista' l-Ministru jikkonferma li fis-sala St. Joseph S.V.P.R. hemm kamra li suppost tintuża minn koppja anzjani imma minflok qiegħda tintuża minn persuna weħidha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tqassim tar-residenti fil-kmamar ġewwa r-Residenza San Vinċenz isir skond il-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi tar-residenti nfushom bi qbil mal-kapijiet tal-post.
Jista' l-Ministru jgħid il-post li l-partikularijiet tiegħu jidhru separatament huwiex tal-Gvern jew tal-Privat u x' inhi l-pożiżżjoni tad-dipartiment dwaru?
Jista' l-Ministru jara li kartuna tas-Shedule V ta' anzjan li l-partikularijiet tiegħu jidhru separatament minn din il-mistoqsija titmexxa mill-aktar fiss peress li għadu ma rċieva xejn u qiegħed jkollu problema dwar dawn il-pilloli? Jista' dan l-anzjan jiġi infurmat bl-aħħar żvillupi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba hija ta` natura personali għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Jista' l-Ministru jgħati informazzjoni lill-mara armla li partikolarijiet jidhru separatament min din il-mistoqsija għaliex din is-sena għada ma ħadet l-ebda risposta jekk hux ser tieħu s-sussidju fuq il-kera? Jista' jagħti l-aħħar żviluppi lil din is-sinjura?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ħadet il-passi neċessarji biex isir il-pagament tas-sussidju fuq il-kera lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiza attwali fir-Residenza San Vinċenz de Paule għas-sena 2000 f'pagi, salarji u overtime?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża attwali fir-Residenza San Vinċenz de Paule għas-sena 2000 huwa kif ġej:
Salarji Lm4,843,747.462
Overtime Lm 422,570.995
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li qed jistennew li jaddottaw tfal minn pajjiżi barranin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li hemm 74 applikant li bdew il-proċess biex jaddottaw tfal minn pajjiżi barranin u li dwarhom tlesta l-Home Study Report. Barra minn dawn hemm 38 applikant li għad irid isirilhom il-Home Study Report.
Preżentement hemm 14-il applikant li għadhom mhumiex eliġibbli skond il-liġi biex jaddottaw u għalhekk ma jistax isirilhom il-Home Study Report għalissa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' nies li kienu jibbenefikaw mis-sistema SKA u din l-għajnuna nqatgħethilhom u x'kienet ir-raġuni mis-sena l-oħra 'l hawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27653.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nstab li abbużaw minn xi tip ta' benefiċċju soċjali u qed jintalbu jingħataw l-flus lura?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22878 f'Seduta Numru 478, ninfurmah li bejn Jannar u l-aħħar t' Awissu ta' din is-sena kien hemm 5,907 każijiet fejn id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali sab li kien hemm xi forma ta' abbuż fid-dikjarazzjonijiet dwar talbiet għall-benefiċċji soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni barranin li nqabdu jagħmlu xogħol bla permess fi gżiritna u kemm minnhom ġew deportati minn Jannar sallum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant kien hemm 18-il persuna ta` nazzjonalita` barranija li nqabdu mill-Pulizija jaħdmu bla permess. Infurmat ukoll illi dawn kollha ġew deportati.